Għaliex għandi nirreġistra

  • Tikkwalifika għal għadd ta’ privileġġi
  • Tista’ tapplika sabiex tibbenefika minn fondi pubbliċi u tal-Unjoni Ewropeja (UE)
  • Tista’ tidħol għal kuntratti ta’ koperazzjoni mal-Gvern
  • Tista’ tiġbor fondi bla mingħajr ma tapplika kull darba għall-permess tal-Pulizija
  • Tiggarantixxi li l-għaqda tkun qed titmexxa sew u b’mod trasparenti

 

Min jista’ japplika

Kull organizzazzjoni

  • Stabbilita bi statut
  • B’għan soċjali jew għan leġittimu ieħor
  • Titmexxa b’mod volontarju
  • Ma toperax b’għan ta’ qligħ
  • Indipendenti u awtonoma mill-Istat
  •  

X’għandi nippreżenta

  • Applikazzjoni (li tintniżżel mis-sit tal- Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Oganizzazzjonijiet Volontarji)
  • Id-dokumenti msemmija fl-applikazzjoni, fosthom: kopja aġġornata tal-istatut, l-aħħar rapport annwali u l-aħħar rapport finanzjarju annwali

 

Hemm xi ħlas

            Ħlas ta’ €40 mal-applikazzjoni (ta’ darba)

 

Kemm jieħu fit-tul il-proċess

Mhux aktar minn 3 xhur

 

Fejn nirreġistra

Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji

Binja Ċ, Beltissebħ, Il-Furjana FRN 1700

Tel | 2568 7261

Email | vo@gov.mt