Published on Thursday 9 May 2019

Il-Kunsill Malti għall-Arti dejjem għaraf l-importanza li għandhom is-soċejtajiet tal-banda fi ħdan l-Għaqda Każini tal-Banda, mhux biss fit-tkattir tal-kultura mużikali imma wkoll fil-ħarsien u t- tisħiħ tat-tradizzjonijiet kulturali f’pajjiżna

Dan kollu jsir primarjament fuq bażi volontarja u għalhekk sabiex isaħħaħ il-ħidma kontinwa ta’dawn is-soċjetajiet, qiegħed għat-tielet sena konsekuttiva jniedi l-iskema bl-isem “NGĦINU FINANZJARJAMENT LIS-SOĊJETAJIET TAL-BANDA.”


Bħala parti mill-Program ta’ Kollaborazzjoni u Tisħiħ Implimentattiv, din l-iskema qiegħda tiġi amministrata mill-Għaqda Każini tal-Banda bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.

Linji gwida

Applikazzjoni