Minn dawn ix-xogħolijiet, intagħżlu erba’ tpinġijiet minn tfal li jgħixu fil-creche tal-Ursolini Sisters, Dar San Ġużepp, Warm Haven (FSWS) u Sempre Viva (FSWS) u li dan il-Milied se jwasslu l-awguri tal-Prim Ministru lil dinjitarji u persuni oħra f’pajjiżna u lil hinn minn xtutna.
Waqt l-inawgurazzjoni ta’ eżebizzjoni tas-sottomissjonijiet kollha fi Spazju Kreattiv, Dr Lydia Abela fissret ix-xogħol tat-tfal u ż-żgħażagħ bħala turija tat-talent straordinarju li jeżisti f’pajjiżna.
Dawn id-diżinji juru ħsibijiet differenti dwar il-Milied; id-diffikultajiet li ġabet magħha l-pandemija din is-sena, iżda wkoll it-tama għal żmien aħjar bis-saħħa tal-vaċċin li jinsab fil-viċin.
“It-tfal jemmnu li anke dan il-Milied se jkun wieħed ta’ ferħ, imħabba u għaqda,” qalet il-mara talPrim Ministru.
Dr Abela semmiet messaġġ partikolari ta’ waħda mill-kartolini, li kien jgħid li ‘Għalkemm aħna kollha differenti, xorta għandna bżonn lil xulxin biex niffjorixxu’. Xhieda li, minkejja sfidi li jistgħu jinqalgħu, flimkien nistgħu nimxu ’l quddiem u nagħmlu affarijiet kbar.
Il-mara tal-Prim Ministru temmet tgħid li, minkejja li ntgħażlu erba’ kartolini għal din is-sena, issottomissjonijiet kollha huma rebbieħa għaliex iwasslu messaġġ ta’ ispirazzjoni għalina lkoll. Qalet li qed tħares ’il quddiem għal sejħa simili s-sena d-dieħla.
Intant, il-Kummissarju għat-Tfal Pauline Miceli qalet li, b’din l-inizjattiva, il-messaġġi dwar il-Milied ħarġu direttament minn fomm it-tfal. Fost il-messaġġi li laqtuha kien hemm dak li, bl-innoċenza tipika tat-tfal, ħass li kellu jwassal l-awguri għal għeluq snin Ġesu Bambin.
Christabel Catania, f’isem il-Kunsill Malti għall-Arti, qalet li, fiż-żmien il-pandemija, l-arti u lkultura kienu essenzjali aktar minn qatt qabel. Semmiet il-pjan tal-Kunsill li jibqa’ jaħdem bis-sħiħ biex tfal u żgħażagħ ikollhom dejjem iktar aċċess għall-kreattività.
Dan il-proġett, li sar b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, se jwassal biex kull dar residenzjali li pparteċipat se tingħata l-opportunità biex it-tfal u żgħażagħ jattendu lezzjonijiet tal-arti bl-għan li jkomplu jiżviluppaw it-talenti tagħhom.
Stqarrija Mill-Uffiċċju Tal-Prim Ministru.
Submitting ...
Saving ...
Any applications related to this entity, will also be automatically deleted.