Ingħaqad magħna għal taħdita bejn Kit Azzopardi u Thomas Pace, immoderata minn Simone Inguanez, fuq:
Il-Lingwa tal-Arti
kemm bħala mezz ta' aċċessibbiltà, kif ukoll bħala medium fiha nfisha
Din it-taħdita se tolqot b’mod partikulari lil kull min jaħdem fl-arti u jixtieq jippromwovi xogħlu ma' udjenzi Maltin, u lil artisti li jixtiequ jesploraw il-potenzjal tal-interdixxiplinarjetà mal-arti letterarji.
Kelliema:
Kit Azzopardi
Kit Azzopardi huwa lettur tal-Malti u membru ta' Inizjamed, għaqda mhux governattiva li ta' kull sena ttella' l-Festival tal-Letteratura. Huwa qeda diversi rwoli f'għaqdiet kulturali differenti, fosthom l-Għaqda tal-Malti – Università u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, u jagħmel xogħol ta' editjar, traduzzjoni, u kitba għat-TV (Ilsienna, Maltarti, u Il-Mara).
Thomas Pace
Thomas Pace hu għalliem tal-Malti u d-Direttur tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. F'xogħlu, attiv fil-politika u l-pjanifikazzjoni tal-lingwa. Kellu rwoli f'għaqdiet volontarji tal-Malti differenti, u jagħti sehmu fil-koordinazzjoni tal-Kors fil-Qari tal-Provi bil-Malti. Involut ukoll fil-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta' programm tar-radju fuq il-lingwa.
Ingħaqad magħna nhar il-Ħamis 9 ta' Diċembru fis-18:30 fil-Bibljoteka Nazzjonali, Il-Belt Valletta.
Irreġistra fuq https://forms.gle/xN2gFEkBG2xUW9AV8
Is-sessjoni se ssir bil-Malti. The session will be held in Maltese.
Għal aktar informazzjoni ibgħatilna email fuq fundinfo@artscouncil.mt
Submitting ...
Saving ...
Any applications related to this entity, will also be automatically deleted.