Il-Kunsill Malti għall-Arti dejjem għaraf l-importanza li għandhom is-soċjetajiet tal-banda fi ħdan l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda, mhux biss fit-tkattir tal-kultura mużikali imma wkoll fil-ħarsien u t-tisħiħ tat-tradizzjonijiet kulturali f’pajjiżna.
Dan kollu jsir primarjament fuq bażi volontarja u għalhekk, sabiex isaħħaħ il-ħidma kontinwa ta’ dawn is-Soċjetajiet, qiegħed għat-tielet sena konsekuttiva jniedi l-iskema bl-isem “ngħinu finanzjarjament lis-soċjetajiet tal-banda”. Bħala parti mill-Programm ta’ Kollaborazzjoni u Tisħiħ Implimentattiv, din l-iskema qiegħda tiġi amministrata mill-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda bil-Kollaborazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti fi ħdan l-istess Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali.
F’bosta bliet u rħula, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, is-soċjetajiet tal-banda huma parti integrali mit-tessut soċjali u kulturali ta’ pajjiżna. L-attività ta’ dawn is-soċjetajiet bandistiċi ġewwa l-każini u mħażen tagħhom ma tieqaf qatt u barra li l-għan prinċipali tagħhom jibqa’ dejjem it-tagħlim tal-mużika li dejjem jingħata kważi kullimkien mingħajr ħlas lil ħafna tfal u żgħażagħ, hemm ukoll is-sengħa u l-arti tal-armar kemm dak antik u anke dak li sar f’dawn l-aħħar snin li prinċipalment jintuża fil-ġranet tal-festi jew f’xi okkażjoni tal-komunità.
Huma eliġibbli dawk is-soċjetajiet tal-banda kollha ta’ Malta u Għawdex li huma membri attivi u regolari skont l-istatut tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda u li huma iskritti bħala Organizzazzjoni Volontarja mal-Kummissarju tal-Organizzazzjonijiet Volontarji kif ukoll ikunu konformi (compliant) mal-Ligi tal-Organizzazzjonijiet Volontarji għas-sena 2021 sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet.
Is-soċjetajiet tal-banda membri fi ħdan l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda jridu jkunu wkoll konformi mar-regolamenti ġodda u l-istatut tal-istess Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda u dan sad-data tal-għeluq tal-proġett li jkun ġie propost u approvat.
Data tal-għeluq taż-żmien sakemm jintlaqgħu l-proposti fl-4 ta’ Mejju 2023 f'nofsinhar.
Agħfas hawn għal-linji gwida.
Agħfas hawn għall-kopja tal-applikazzjoni.
L-applikanti jridu jirreġistraw profil ġdid mill-ewwel ta’ Jannar 2021.
Applika hawn.
Riżultati hawn.
Submitting ...
Saving ...
Any applications related to this entity, will also be automatically deleted.