Il-Kunsill Malti għall-Arti jagħraf l-importanza li għandhom l-għaqdiet kulturali u għaqdiet soċjali Maltin li jaħdmu b’mod volontarju, fit-tkattir, ħarsien u tisħiħ tat-tradizzjonijiet kulturali f’pajjiżna. Dan kollu jsir primarjament fuq bażi volontarja u għalhekk, sabiex tissaħħaħ il-ħidma ta’ dawn l-għaqdiet, qed tiġi mnedija l-iskema għall-assistenza loġistika tal-festa. Din l-iskema hija amministrata mill-Kunsill Malti għall-Arti fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.

F’bosta bliet u rħula, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, insibu għaqdiet li normalment huma marbuta mal-festi tradizzjonali Maltin u li jaħdmu fuq bażi volontarja. F’dawn l-għaqdiet jinsab nukleu ta’ nies li jaħdmu s-sena kollha b’mod volontarju biex jippreparaw attivitajiet marbuta mal-festa tar-raħal jew belt tagħhom. Din l-iskema hija maħsuba biex jingħata finanzjament ta’ darba, b’rabta mal-COVID-19, lil kull organizzazzjoni volontarja li hija attiva fl-organizzazzjoni tal-festa tal-2022. Dan il-finanzjament iservi biex itaffi spejjeż relatati mal-loġistika tal-organizzazzjoni ta’ attivitajiet marbuta direttament mal-festa tar-raħal jew belt. 

L-għaqdiet għandhom ikunu attivi f’wieħed, jew aktar mill-għanijiet li ġejjin:

  • Fil-mużika tal-banda tal-festa
  • Fin-nar tal-art u tal-ajru tal-festa
  • Fl-armar artistiku semi-permanenti għall-ġimgħa tal-festa


Fil-każ ta’ għaqda illi l-għan tagħha huwa wieħed speċifiku mil-lista msemmija, din tingħata massimu ta’ €2,000.

Fil-każ ta’ għaqda illi l-għanijiet tagħha huma aktar minn wieħed, din tingħata €2,000 għal kull għan mil-lista msemmija, sa massimu ta’ €6,000.

Min jista’ japplika?

L-applikanti għandhom jikkwalifikaw bħala:

• Organizzazzjonijiet Volontarji iskritti mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji u li diġa kienu mwaqqfa fl-2019.

Data ta' skadenza

30 ta’ Settembru 2022 f’nofsinhar (12:00).

Linji Gwida

Agħfas hawn għall-linji gwida. Agħfas hawn għall-kopja ta' l -applikazzjoni. 

Biex tressaq l-applikazzjoni agħfas hawn

Jekk l-organizzazzjoni volontarja m'għandiex profil irreġistra profil hawn.

Importanti: Meta tirreġistra il-profil għandek bżonn tinkludi kopja tal-Istatut iffirmat, u kopja tad-dokument ta' identita tas-segretarju tal-organizzazzjoni (legal representative). 

Results

List of beneficiaries - 30th June 2022

List of beneficiaries - 29th July 2022

List of beneficiaries - 31st August 2022

List of beneficiaries - 30th September 2022

List of beneficiaries - 1st November 2022