Sejħa għal Applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Amministratur Anzjan fil-Kunsill Malti għall-Arti fi ħdan il-Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali.
Numru tal-Permess Jobsplus: 867/2026 Għan Ġenerali tal-Pożizzjoni L-Amministratur Anzjan għandu jirrapporta għand il-Kap (Żvilupp u Operat) kif ukoll, fejn meħtieġ, għand l-Uffiċjal Kap (Operat). Id-detentur tal-kariga għandu primarjament iwettaq dmirijiet ta’ reception iżda wkoll jikkoordina l-posta, il-kunsinni, il-faċilitajiet tal-uffiċċju u s-swali tal-laqgħat. Dmirijiet u Responsabbiltajiet Prinċipali Reception u Front Desk Rekwiżiti ta’ Eliġibbiltà Sal-ħin u […]
Sejħa għal Applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Amministratur fil-Kunsill Malti għall-Arti fi ħdan il-Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali.
Numru tal-Permess ta’ Jobsplus: 766/2026 Għan Ġenerali tal-Pożizzjoni L-Amministratur għandu jirrapporta għand il-Kap (Żvilupp u Operazzjonijiet) u, fejn meħtieġ, lill-Uffiċjal Kap (Operazzjonijiet). Id-detentur tal-kariga għandu jikkordina l-funzjonijiet tal-akkwist pubbliku u dawk amministrattivi filwaqt illi jiżgura wkoll konformità mal-leġiżlazzjoni tal-akkwist pubbliku, tal-governanza soda, l-effiċjenza operazzjonali u l-appoġġ effettiv għat-twettiq tal-objettivi strateġiċi tal-Kunsill Malti għall-Arti. Dmirijiet u […]
Euro Connection 2027 – Call for Projects

Euro Connection is a co-production forum designed for European producers, broadcasters, distributors and financial backers looking to partner on quality short projects from a diversity of European country. Producers and authors of selected projects are offered online script sessions and pitch training prior to pitching their project and meet potential co-producers in Clermont-Ferrand. The 19th […]
Introduzzjoni għall-Iżvilupp tal-Udjenzi ma’ Síle Culley

Síle Culley, esperta magħrufa madwar id-dinja għall-Iżvilupp tal-Udjenzi, se tkun qed tagħti masterclass miftuħ dwar is-suġġett tal-iżvilupp tal-udjenzi qabel ma tibda l-workshop residenzjali tagħha li se jdum ġimgħa fil-Belt Valletta. L-Iżvilupp tal-Udjenzi huwa l-proċess fejn wieħed jidentifika u jifhem l-udjenza fil-mira għal film, u kif wieħed għandu jmur lil hinn mid-demografika wiesgħa biss u jikkunsidra […]
Il-European Film Festival 2026

Il-European Film Festival miġjub f’Malta mill-EUNIC jirritorna għas-sitt edizzjoni tiegħu mit-Tlieta 15 sal-Ħadd 20 ta’ Settembru 2026 b’għaxar films kontemporanji minn għaxar pajjiżi differenti. Tlieta mill-wirjiet ta’ din is-sena ser ikunu segwiti minn diskussjoni mat-timijiet illi ħadmu fuq il-films. Il-festival jiftaħ fil-15 ta’ Settembru b’Wishbone – drama Griega dwar gwardjan tas-sigurtà fi sptar involut f’każ […]
Il-Vjaġġ tal-Artist: X’teħtieġ tassew biex issir artist professjonali
Lecture u masterclass ma’ James Gillick Deskrizzjoni tal-avveniment: X’teħtieġ tassew biex issir artist professjonali? Esplora din il-mistoqsija flimkien mal-pittur Ingliż James Gillick. Il-lecture u l-masterclass se joffru opportunità rara biex tisma’ artist rispettat internazzjonalment jiżvela r-realtajiet, il-kisbiet u r-responsabbiltajiet ta’ ħajja professjonali fl-arti. Il-lecture pubblika se toffri fehim profond ta’ dak li jissepara lil dawk […]
Rockestra: The Evolution – Sejħa Miftuħa għall-Fotografi

Il-Kunsill Malti għall-Arti qiegħed jikkura Rockestra: The Evolution, L-esebizzjoni Rockestra: The Evolution tiċċelebra l-patrimonju viżiv ta’ wieħed mill-aktar avvenimenti distintivi tal-mużika lajv Maltija permezz tax-xogħol tal-fotografi professjonali li ddokumentawh tul is-snin. Din l-esebizzjoni ser tittraċċa l-evoluzzjoni ta’ Rockestra permezz ta’ immaġnijiet illi jirriflettu l-enerġija, l-iskala, l-artistrija, l-udjenzi u l-mumenti ewlenin tagħha. Toħloq ukoll rekord viżiv […]
Sejħa Miftuħa għall-Produtturi: Delegazzjoni tal-2026 għall-AGORA ta’ Thessaloniki

Ħarsa Ġenerali It-Taqsima għall-Iżvilupp u l-Istrateġija tal-Films Domestiċi fi ħdan il-Kunsill Malti Għall-Arti se tmexxi delegazzjoni ta’ mhux aktar minn 4 produtturi Maltin biex jivvjaġġaw lejn Thessaloniki, bħala parti mis-67 Festival tal-Films Internazzjonali ta’ Thessaloniki, speċifikament l-AGORA Industry Events li se jsir mit-8 sat-12 ta’ Novembru 2026. Wara l-adeżjoni b’suċċess ta’ Malta għal Eurimages aktar […]
Series Rough Pitch – The Balkan Way #6: Call for TV Drama Series in Development!

Creative Europe MEDIA Desks from Croatia, Cyprus, Greece, Hungary, Montenegro and Serbia, together with Arts Council Malta, MEDIA Desk Suisse and Swiss Films, are organising the sixth edition of the online TV series event Series Rough Pitch – The Balkan Way #6. This year, Arts Council Malta, MEDIA Desk Suisse and Swiss Films are joining the event. […]
Sejħa għal Applikazzjonijiet għall-Pożizzjoni ta’ Eżekuttiv (Edukazzjoni u Żvilupp) fil-Kunsill Malti għall-Arti fi ħdan il-Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali.

Numru tal-Permess tal-JobsPlus: 578/2026 Skop tal-Pożizzjoni L-Eżekuttiv (Edukazzjoni u Żvilupp) ser ikun responsabbli għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku tal-Edukazzjoni u l-Iżvilupp bħala parti mit-twettiq tal-Istrateġija 2030 tal-Kunsill Malti għall-Arti (KMA). L-Eżekuttiv ser jaħdem mill-qrib mat-Tim tal-Istrateġija biex jagħti direzzjoni strateġika dwar it-tagħlim kreattiv, l-edukazzjoni artistika, l-involviment taż-żgħażagħ fl-arti, il-bini tal-kapaċità, il-professjonalizzazzjoni u l-iżvilupp tal-ħiliet għas-setturi […]