Introduzzjoni għall-Iżvilupp tal-Udjenzi ma’ Síle Culley

Artwork title, Artist name, YYYY

Published on 1 September 2026

Síle Culley, esperta magħrufa madwar id-dinja għall-Iżvilupp tal-Udjenzi, se tkun qed tagħti masterclass miftuħ dwar is-suġġett tal-iżvilupp tal-udjenzi qabel ma tibda l-workshop residenzjali tagħha li se jdum ġimgħa fil-Belt Valletta.

L-Iżvilupp tal-Udjenzi huwa l-proċess fejn wieħed jidentifika u jifhem l-udjenza fil-mira għal film, u kif wieħed għandu jmur lil hinn mid-demografika wiesgħa biss u jikkunsidra x’inhu dak li verament jorbot udjenza ma’ storja.   

Síle se tkun qed tibbaża fuq l-esperjenza tagħha fid-distribuzzjoni u fl-esibizzjoni u se tkun qed tispjega kif il-metodoloġija tal-Iżvilupp tal-Udjenzi tista’ tappoġġa proġetti ta’ films ta’ tul ta’ film fil-katina ta’ valur kollha kemm hi – kemm ma’ finanzjaturi pubbliċi kif ukoll ma’ udjenzi li qed iħallsu huma stess –  u anke mill-istadji bikrin kif ukoll sal-istadji tardivi fl-Iżvilupp.

Il-parteċipanti se jakkwistaw ħiliet prattiċi li jistgħu japplikaw fil-proġetti tagħhom b’mod dirett.

Din hija sessjoni li ddum 60 minuta bl-aħħar kwarta ddedikata għall-mistoqsijiet tal-parteċipanti.

  • Data: It-Tnejn 28 ta’ Settembru 2026
  • Ħin: 13.30pm – 14.30pm
  • Post: Masterclass online
  • Kapaċità: Hemm ftit postijiet biss għalhekk tingħata preferenza lil dawk l-applikazzjonijiet li jidħlu l-ewwel
  • Reġistrazzjoni: Email [email protected]
  • Data sa meta tista’ tirreġistra: Il-Ġimgħa 18 ta’ Settembru sa nofsinhar
  • Nota importanti: Din is-sessjoni se tkun live u mhux se tiġi rrekordjata jew imqassma ma’ oħrajn. Is-sessjoni hija miftuħa għas-settur tal-Films Domestiċi.