Numru tal-Permess tal-JobsPlus: 578/2026
Skop tal-Pożizzjoni
L-Eżekuttiv (Edukazzjoni u Żvilupp) ser ikun responsabbli għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku tal-Edukazzjoni u l-Iżvilupp bħala parti mit-twettiq tal-Istrateġija 2030 tal-Kunsill Malti għall-Arti (KMA). L-Eżekuttiv ser jaħdem mill-qrib mat-Tim tal-Istrateġija biex jagħti direzzjoni strateġika dwar it-tagħlim kreattiv, l-edukazzjoni artistika, l-involviment taż-żgħażagħ fl-arti, il-bini tal-kapaċità, il-professjonalizzazzjoni u l-iżvilupp tal-ħiliet għas-setturi kulturali u kreattivi.
L-Eżekuttiv ser ikun mistenni wkoll jikkordina u jagħti appoġġ fuq firxa ta’ programmi u inizjattivi strateġiċi nazzjonali ta’ investiment pubbliku maħsuba għall-edukazzjoni artistika, it-taħriġ, l-istituzzjonijiet edukattivi formali u informali, l-iżvilupp professjonali u l-kollaborazzjonijiet bejn is-setturi artistiċi u edukattivi. Il-bini tal-kapaċità għandu jkun orjentat kemm lejn aspetti operattivi, kummerċjali u legali u ħtiġijiet oħra ta’ taħriġ identifikati fis-settur kollu kif ukoll lejn ħtiġijiet speċifiċi tas-settur relatati mal-produzzjoni u mal-konsum tal-kultura. Il-bini tal-kapaċità għandu jinkludi wkoll il-faċilitazzjoni ta’ koperazzjoni transsettorjali skont il-prijoritajiet ibbażati fuq l-evidenza u mmexxija mill-politika tas-setturi kreattivi u kulturali.
Il-persuna maħtura ser taħdem mill-qrib flimkien ma’ Organizzazzjonijiet Kulturali Pubbliċi (PCOs), il-Ministeru għall-Edukazzjoni, organizzazzjonijiet kulturali privati u volontarji, skejjel u istituzzjonijiet edukattivi, edukaturi, artisti u prattikanti kreattivi u ma’ partijiet interessati ewlenin oħra, skont kif meħtieġ.
Il-kandidat ideali għandu jkollu rekord ta’ suċċess fil-ġestjoni ta’ proġetti u għarfien tajjeb tal-edukazzjoni artistika, tat-tagħlim kreattiv, tal-involviment taż-żgħażagħ u tal-iżvilupp tal-karriera fl-arti. L-għarfien, l-esperjenza u l-interess fis-setturi kulturali u kreattivi huma essenzjali, b’mod speċjali fir-rigward tal-edukazzjoni u l-iżvilupp.
Responsabbiltajiet Prinċipali tal-Kandidat Magħżul
Eżekuttiv (Edukazzjoni u Żvilupp)
- Jiżviluppa u l-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku tal-KMA għall-Edukazzjoni u l-Iżvilupp u l-iffaċilitar ta’ inizjattivi u programmi ta’ kollaborazzjoni u sħubija transsettorjali bejn il-KMA, istituzzjonijiet edukattivi, entitajiet pubbliċi u privati b’portafoll edukattiv kif ukoll entitajiet speċjalizzati minn oqsma oħra bħax-xjenza, it-teknoloġija, il-midja, in-negozju u l-kummerċ, l-ospitalità, il-politika soċjali u l-innovazzjoni;
- Jistabbilixxi rabtiet ma’ istituzzjonijiet/akkademji edukattivi u ta’ taħriġ; irawwem rabtiet bejn l-industrija u l-istituzzjonijiet edukattivi bil-għan li jiġu stabbiliti jew imsaħħa l-effetti kollaborattivi eżistenti bejn l-industrija u l-akkademja kif ukoll jiżgura li t-taħriġ professjonali u vokazzjonali minn dawn l-istituzzjonijiet jissodisfa l-ħtiġijiet dejjem jinbidlu tas-suq tax-xogħol;
- Jappoġġa u jippromwovi n-netwerking bejn edukaturi, artisti żgħażagħ u prattikanti kreattivi fi ħdan ambjenti edukattivi formali u informali permezz ta’ proġetti u inizjattivi li jittrattaw il-ħtiġijiet tas-setturi kulturali u kreattivi;
- Jirriċerka u jfassal inizjattivi f’kollaborazzjoni mal-entitajiet relevanti, lejn l-investiment fit-taħriġ pedagoġiku għall-edukaturi u għall-prattikanti kreattivi li jaħdmu fl-edukazzjoni u fil-komunitajiet biex jippromwovi l-professjonalizzazzjoni u fehim aktar profond tal-edukazzjoni artistika, inkluż it-tagħlim kreattiv;
- Jikkollabora mal-PCOs biex isaħħaħ il-pjattaformi tagħhom tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ biex jipprovdi edukazzjoni ta’ kwalità għolja u programmi ta’ sensibilizzazzjoni;
- Jiżviluppa u jwassal inizjattivi maħsuba biex iżidu n-numri u japprofondixxu l-involviment ta’ udjenzi żgħażagħ permezz ta’ programmi speċifiċi ma’ organizzazzjonijiet kulturali;
- Jappoġġja t-twaqqif ta’ netwerks ta’ prattikanti kreattivi u edukaturi b’għarfien profond tal-prattiki pedagoġiċi relatati mal-edukazzjoni artistika u mal-arti fl-edukazzjoni;
- Jippromwovi u jiffaċilita l-iżvilupp ta’ mekkaniżmi ta’ akkreditazzjoni għal organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni artistika bil-għan illi jkompli jipprofessjonalizza s-settur;
- Jagħti appoġġ u pariri esperti dwar inizjattivi u miżuri maħsuba għat-taħriġ u għall-bini tal-kapaċità għall-iżvilupp tal-karriera fis-setturi kulturali u kreattivi;
- Jaħdem mill-qrib mat-Tim tal-Finanzjament fuq il-ġestjoni ta’ programmi ta’ finanzjament għat-taħriġ, l-iżvilupp professjonali, l-iskemi ta’ apprendistat, l-edukazzjoni artistika u proġetti kreattivi bbażati fl-iskejjel u programmi relatati;
- Jappoġġja u jimmaniġġa inizjattivi ta’ taħriġ għal mexxejja kulturali u impjegati fis-setturi kulturali u kreattivi, fosthom iżda mhux biss impjegati pubbliċi li jaħdmu fis-settur;
- Iniedi proġetti kollaborattivi maħsuba biex iżidu l-ispazji operattivi għas-setturi u flimkien mal-entitajiet relevanti jidentifika spazji u mudelli operattivi possibbli;
- Jappoġġja u jiżviluppa inizjattivi ta’ taħriġ maħsuba biex itejbu l-istatus tal-artisti, inkluż xogħol ta’ promozzjoni mal-entitajiet relevanti li jittrattaw il-ħtiġijiet legali, professjonali u operattivi tal-professjonisti kreattivi;
- Jikkordina ma’ Eżekuttivi oħra tal-Istrateġija dwar kwistjonijiet relatati mal-edukazzjoni u mal-iżvilupp;
- Jistabbilixxi rabtiet formali u informali ma’ netwerks u istituzzjonijiet internazzjonali u Ewropej illi jiffukaw fuq l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-bini tal-kapaċità, il-formazzjoni u l-professjonalizzazzjoni tas-settur, u jikkunsidra u fejn xieraq jiżviluppa standards nazzjonali bbażati fuq punti ta’ referiment internazzjonali għar-rikonoxximent professjonali tal-ħaddiema u tal-professjonisti kulturali u kreattivi;
- Jikkordina u jimmonitorja ftehimiet formali eżistenti u potenzjali ma’ istituzzjonijiet oħra li jaqgħu taħt dan il-mandat bil-għan li jiffaċilita l-aċċess għall-arti u għall-kreattività kif ukoll l-iżvilupp tal-ħiliet;
- Dmirijiet oħra kif assenjati.
Konsultazzjoni
Jikkordina ma’ dawn:
- Il-ġestjoni tal-KMA, il-PCOs, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u partijiet interessati oħra fi ħdan il-Gvern li l-politiki u l-operazzjonijiet tagħhom ikunu marbuta direttament jew indirettament mal-operat tas-settur;
- Il-partijiet interessati ewlenin u r-rappreżentanti settorjali (organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet professjonali) tas-SKKs, kemm nazzjonalment kif ukoll internazzjonalment;
- L-istituzzjonijiet edukattivi ewlenin responsabbli mit-taħriġ tal-istudenti u mill-professjonisti futuri fis-settur, fosthom iżda mhux biss l-Università ta’ Malta, l-MCAST, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u skejjel speċjalizzati li jipprovdu taħriġ fl-ambitu artistiku, fil-patrimonjali u awdjoviżiv;
- Istituzzjonijiet edukattivi li jipprovdu edukazzjoni formali u mhux formali, fosthom istituzzjonijiet tal-edukazzjoni artistika;
- Individwi, organizzazzjonijiet mhux governattivi u netwerks ta’ fornituri ta’ servizzi li jikkontribwixxu favur l-edukazzjoni u t-taħriġ fl-SKKs;
- L-istituzzjonijiet ta’ riċerka relevanti li jiġbru data u informazzjoni dwar il-kapaċità professjonali tas-settur;
- Netwerks u istituzzjonijiet internazzjonali u Ewropej li jiffukaw fuq l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-bini tal-kapaċità, il-formazzjoni u l-professjonaliżmu tas-settur.
Superviżjoni
Superviżjoni ġenerali mid-Direttur (Strateġija), bl-għajnuna tal-Kap (Strateġija).
Żvilupp Personali
- Jipparteċipa f’taħriġ xieraq fit-tmexxija u fil-ġestjoni fil-kuntest ta’ programm ta’ żvilupp professjonali kontinwu miftiehem mad-Direttur (Strateġija);
- Jaġixxi biex ikun infurmat tajjeb dwar:
- Kwistjonijiet ta’ żvilupp kulturali, soċjali u ekonomiku, b’mod speċjali dawk relatati speċifikament mas-settur kulturali u l-SKKs, b’enfażi fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ;
- Xejriet emerġenti fl-edukazzjoni, fit-taħriġ, fil-formazzjoni, fil-bini tal-kapaċità u fl-iżvilupp professjonali ġenerali tas-settur fi ħdan l-isfera internazzjonali, fosthom aspetti relatati mat-tagħlim kreattiv, approċċi pedagoġiċi, leġiżlazzjoni, standards, drittijiet, oqfsa ta’ kwalifiki u kwistjonijiet relatati;
- Żviluppi ġodda fl-operazzjonijiet tal-PCOs u l-SKKs f’Malta fl-ambitu tal-ħtiġijiet tal-formazzjoni u tat-taħriġ professjonali kontinwu tagħhom.
Din id-deskrizzjoni tal-impjieg mhix neċessarjament lista eżawrjenti ta’ dmirijiet iżda tfasslet biex tirrifletti firxa ta’ dmirijiet illi ser iwettaq l-Eżekuttiv (Edukazzjoni u Żvilupp). Din tista’ tiġi riveduta b’mod regolari u għaldaqstant tista’ tinbidel.
Rekwiżiti ta’ Eliġibbiltà
Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet l-applikanti għandhom ikunu:
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li jkollhom jedd għal trattament ugwali bħaċ-ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni tal-UE u tad-dispożizzjonijiet tat-trattati li jittrattaw il-moviment liberu tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li jkollhom jedd, bis-saħħa tal-applikazzjoni għal dak il-pajjiż tal-leġiżlazzjoni tal-UE u tad-dispożizzjonijiet tat-trattati li jittrattaw il-moviment liberu tal-ħaddiema, għal trattament ugwali bħaċ-ċittadini Maltin fi kwistjonijiet relatati mal-impjieg; jew
- persuni oħra li jkollhom jedd għal trattament ugwali bħaċ-ċittadini Maltin fi kwistjonijiet relatati mal-impjieg skont il-liġi jew il-leġiżlazzjoni tal-UE u d-dispożizzjonijiet tat-trattati msemmija hawn fuq, minħabba r-relazzjoni familjali tagħhom ma’ persuni msemmija fil-paragrafu (a), (b) jew (c); jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ngħataw status ta’ residenti tul żmien twil f’Malta skont ir-regolament 4 tar-‘ Regolamenti dwar Status ta’ Residenti li Joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)’ tal-2006 jew li ngħataw permess ta’ residenza skont ir-regolament 18(3) tagħhom, flimkien mal-membri tal-familja ta’ dawn iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ngħataw permess ta’ residenza skont ir-‘Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji’; jew
- fil-pussess ta’ dokument ta’ residenza maħruġ skont it-termini tal-‘Regolamenti dwar l-Istatus ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u tal-Membri tal-Familja tagħhom skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika’.
Għandu jintalab il-parir tal-Unità taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunità Malta u l-Unità tal-Espatrijati fi ħdan Identità skont il-bżonn fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq.
Il-ħatra tal-kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq tkun teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol kemm-il darba dan ikun meħtieġ mill-Att dwar l-Immigrazzjoni u l-leġiżlazzjoni sussidjarja. Dwar din il-kwistjoni Jobsplus għandha tiġi kkonsultata kif meħtieġ.
U
kapaċi jikkomunikaw kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż sabiex iwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat id-dmirijiet li qegħdin japplikaw għalihom.
U
Għandu jkollhom ukoll:
- Kwalifika ta’ Maġisteru rrikonoxxuta fil-Livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 90 kreditu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, fir-rigward ta’ programmi li jibdew minn Ottubru 2008 ’l quddiem) fl-Edukazzjoni tal-Arti, it-Tagħlim u l-Apprendiment (Dixxiplina Artistika), l-Arti tal-Prattika Soċjali, l-Arti u/jew il-Ġestjoni Kulturali, l-Industriji Kreattivi u/jew l-Intraprenditorija kif ukoll sena (1) esperjenza relevanti;
JEW
- Kwalifika ta’ Baċellerat irrikonoxxuta fil-Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 180 kreditu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, fir-rigward ta’ programmi li jibdew minn Ottubru 2003 ’l quddiem) fl-Edukazzjoni tal-Arti, it-Tagħlim u l-Apprendiment (Dixxiplina Artistika), l-Arti tal-Prattika Soċjali, l-Arti u/jew il-Ġestjoni Kulturali, l-Industriji Kreattivi u/jew l-Intraprenditorija kif ukoll tliet (3) snin esperjenza relevanti.
Għarfien u Ħiliet:
- Għarfien u interess estensiv fis-setturi kulturali u kreattivi ta’ Malta;
- Esperjenza ppruvata fis-settur tal-edukazzjoni artistika hi essenzjali u esperjenza ta’ tmexxija f’dan ir-rigward hi mixtieqa;
- Passjoni u viżjoni fil-bini ta’ kapaċitajiet edukattivi aktar b’saħħithom għas-setturi kulturali u kreattivi;
- Esperjenza preċedenti fl-edukazzjoni tal-arti u/jew fl-arti f’kuntesti edukattivi;
- Fehim tal-politika u tal-leġiżlazzjoni internazzjonali, Ewropea u nazzjonali relatati mas-setturi kulturali u kreattivi, bżenfażi fuq l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-iżvilupp professjonali;
- Ħila fl-abbozzar ta’ korrispondenza, proposti ta’ riċerka, rapporti, noti ta’ diskorsi, dokumenti ta’ diskussjoni u dokumenti ta’ pożizzjoni;
- Kapaċità qawwija ppruvata fl-interpretazzjoni ta’ indikaturi kummerċjali biex jiġu identifikati xejriet relevanti;
- Ħiliet ta’ ħsieb orjentati lejn l-istrateġija u ħiliet analitiċi eċċellenti;
- Għarfien tajjeb tal-monitoraġġ, tar-riċerka u tal-metodi statistiċi;
- Fehim sod tal-prattiki tal-akkwist pubbliku fi ħdan entitajiet governattivi;
- Fehim tal-iżvilupp sostenibbli, b’mod speċjali fl-oqsma tal-kultura, tal-politika soċjali, tal-komunitajiet u tal-edukazzjoni;
- Abbiltà ġenerali ppruvata fl-ipproċessar tal-kliem, spreadsheets, bażijiet tad-data u applikazzjonijiet informatiċi oħra.
Ħiliet Tekniċi u Komunikattivi:
- Ħiliet eċċellenti fil-komunikazzjoni miktuba u verbali bl-Ingliż u preferibbilment ukoll bil-Malti kif ukoll ħiliet interpersonali b’saħħithom;
- Entużjażmu u motivazzjoni;
- Diplomazija u assertività fir-rapporti man-nies;
- Ġudizzju żviluppat tajjeb u abbiltà fit-teħid tad-deċiżjonijiet;
- Il-ħila fit-trawwim ta’ relazzjonijiet ta’ ħidma effettivi mal-entitajiet illi jaqgħu fil-portafoll tal-KMA;
- Kapaċità fil-ħidma indipendenti b’attenzjoni għad-dettalji.
Operattivi:
- Jirrapporta għand id-Direttur (Strateġija) fil-Kunsill Malti għall-Arti, bl-appoġġ tal-Kap tal-Istrateġija kif meħtieġ;
- Il-kandidat magħżul jista’ jintalab jaħdem sigħat flessibbli skont l-eżiġenzi operattivi, ġieli anke filgħaxija u fi tmiem il-ġimgħa;
- Ir-rwol jista’ jirrikjedi vjaġġar lokali u internazzjonali b’konnessjoni ma’ laqgħat, konferenzi, programmi ta’ taħriġ, attivitajiet ta’ networking u dmirijiet uffiċjali oħra.
Informazzjoni dwar il-Kuntratt u s-Salarju
Il-kandidat magħżul jidħol f’kuntratt ta’ impjieg full-time fuq bażi indefinita. Is-salarju mħallas ikun salarju bażiku ta’ €35,877 fl-2026 (massimu Grad 5 tal-Istruttura tal-Gradi u s-Salarji tal-Kunsill Malti għall-Arti), Bonus tal-Prestazzjoni sa 15% fis-sena, Allowance għad-Disturb sa 15% fis-sena, Allowance tal-Klassi tal-Entità ta’ €1,500 fis-sena u Allowance tat-Taħriġ ta’ €700 fis-sena.
Applikazzjonijiet
L-applikanti interessati għandhom jibagħtu ittra ta’ motivazzjoni flimkien ma’ CV u kopji taċ-ċertifikati tagħhom fuq [email protected]
Applikanti bi kwalifiki barranin għandhom jippreżentaw dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent miċ-Ċentru Malti għal Rikonoxximent ta’ Kwalifiki u ta’ Informazzjoni (MQRIC) fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA). Din tinkiseb bit-tressiq ta’ applikazzjoni online għar-rikonoxximent tal-kwalifiki fuq https://services.mfhea.mt/CertificationApplication.aspx. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun mehmuża mal-applikazzjoni u l-oriġinali għandha tiġi ppreżentata waqt l-intervista.
L-iskadenza għall-applikazzjonijiet tagħlaq fis-7 t’Awwissu 2026 f’nofsinhar.
L-applikanti eliġibbli jintalbu jattendu intervista ta’ selezzjoni.