Il-European Film Festival 2026

Artwork title, Artist name, YYYY

Published on 1 September 2026

Il-European Film Festival miġjub f’Malta mill-EUNIC jirritorna għas-sitt edizzjoni tiegħu mit-Tlieta 15 sal-Ħadd 20 ta’ Settembru 2026 b’għaxar films kontemporanji minn għaxar pajjiżi differenti.

Tlieta mill-wirjiet ta’ din is-sena ser ikunu segwiti minn diskussjoni mat-timijiet illi ħadmu fuq il-films. Il-festival jiftaħ fil-15 ta’ Settembru b’Wishbone – drama Griega dwar gwardjan tas-sigurtà fi sptar involut f’każ ta’ frodi medika. Id-direttur ser ikun preżenti għal sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet mal-pubbliku.

Fis-16 ta’ Settembru ser jintwera l-film Pollakk The Altar Boys li juri grupp ta’ abbatini jieħdu l-ġustizzja b’idejhom. Wara jsegwi l-film Malti Ciao Ciao: erba’ koppji, lejl kaotiku u sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet mal-kast u mal-kittieba tal-iskripts. Din is-sena ser naraw ukoll id-dokumentarju rebbieħ tal-Oscar u l-BAFTA Mr Nobody Against Putin ta’ David Borenstein u Pavel Talankin. Dan id-dokumentarju tal-2025 jirrakkonta l-istorja ta’ għalliem Russu li jiddokumenta bil-moħbi t-trasformazzjoni tal-iskola żgħira tiegħu f’ċentru ta’ reklutaġġ għall-gwerra waqt l-invażjoni tal-Ukrajna.

Il-bqija tal-programm jinkuldi l-films Duse (l-Italja) fejn l-attriċi Eleonora Duse tirritorna fuq il-palk filwaqt li l-faxxiżmu jibda jogħlli rasu; The Fourth Wall (Franza) li jikkonsisti fl-adattament minn David Oelhoffen tar-rumanz ta’ Sorj Chalandon dwar it-tħejjija ta’ Antigone f’Beirut fi żmien il-gwerra; 22 Lengths (il-Ġermanja); Brazilians (l-Ungerija); Our Girls (in-Netherlands); u House on Fire (Spanja). Il-films kollha ser jintwerew bil-lingwa oriġinali tagħhom b’sottotitoli bl-Ingliż.

Dan il-festival qiegħed jiġi organizzat mill-grupp ta’ Malta tal-EUNIC – in-netwerk tal-Istituti Nazzjonali tal-Unjoni Ewropea għall-Kultura. Il-membri tiegħu jinkludu l-Ambaxxati ta’ Spanja, Franza, tal-Ġermanja, tal-Greċja, tal-Ungerija, tan-Netherlands u tal-Polonja, l-Alliance Française de Malte-Méditerranée, l-Istituto Italiano di Cultura, il-Kunsill Malti għall-Arti u r-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta.

Programm

DataĦinPajjiżFilm
It-Tlieta
15 ta’ Settembru
7pmIl-GreċjaWhishbone (2024) – issegwi sessjoni Q&A
L-Erbgħa 16 ta’ Settembru5.45pmIl-PolonjaThe Altar Boys / Ministranci (2025) – issegwi sessjoni Q&A
L-Erbgħa 16 ta’ Settembru8.45pmMaltaCiao Ciao (2025) – issegwi sessjoni Q&A
Il-Ħamis 17 ta’ Settembru6.00pmL-ItaljaDuse (2025)
Il-Ħamis 17 ta’ Settembru8.30pmFranzaThe Fourth Wall / Le Quatrième mur (2024)
Il-Ġimgħa 18 ta’ Settembru6.00pmIl-Ġermanja22 Lengths / 22 Bahnen (2022)
Il-Ġimgħa 18 ta’ Settembru8.30pmIl-Kummissjoni EwropeaMr Nobody Against Putin (2025)
Is-Sibt 19 ta’ Settembru4.00pmL-UngerijaBrazilians / Brazilok (2017)
Il-Ħadd 20 ta’ Settembru4.30pmIn-NetherlandsOur Girls / Voor de Meisjes (2025)
Il-Ħadd 20 ta’ Settembru7.30pmSpanjaHouse on Fire / Casa en llamas (2024)

Informazzjoni prattika

Post: Spazju Kreattiv

Dħul: B’xejn

Agħfas hawnhekk għall-biljetti.

Il-Films ser jintwerew bil-lingwa oriġinali b’sottotitli bl-Ingliż.