Skema ta’ Appoġġ għall-Gazzetti

L-għan tal-Iskema ta’ Appoġġ għall-Gazzetti hija li tagħti appoġġ għall-assigurazzjoni ta’ kwalità relatata mal-arti, il-kultura, u l-wirt nazzjonali f’gazzetti stampati. L-iskema, li hi mgħarrfa bis-sitwazzjoni preżenti tas-settur f’dak li għandu x’jaqsam ma’ riżorsi finanzjarji u umani limitati, hi mmirata li tappoġġja u tiffaċilita modiu mezzi sabiex tindirizza dawn l-isfidi msemmija hawn fuq. L-iskema proposta hija […]

Micro Grant

Il-Micro Grant hija waħda mill-għodod tagħna biex nindirizzaw u nwettqu l-istrateġija preżenti tal-Kunsill Malti għall-Arti, bil-mira li nrawmu l-potenzjal kreattiv u nappoġġjaw l-iżvilupp tiegħu f’attività professjonali. Din l-għotja għandha l-għan li tipprovdi struttura ta’ appoġġ li tinkoraġġixxi applikanti ġodda biex jaċċessaw l-investiment pubbliku; u għalhekk hija mmirata lejn applikanti li ma rċivew l-ebda fondi mill-portafoll […]

Għotja għal Klabb 3-16

Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi (FES) u l-Kunsill Malti għall-Arti (KMA) b’mod kunġunt qed iħabbru sejħa għas-sottomissjoni/proposta ta’ touring ta’ proġetti artistiċi u kulturali mmirati lejn it-tfal u studenti li għandhom bejn 3-6 snin (gradi K1 – 3 snin, K2 – 4 snin, Y1 – 5 snin, Y2 – 6 snin). L-attivitajiet għandhom isiru tul is-sena skolastika […]

Għotja Legali u Finanzjarja

L-Għotja Legali u Finanzjarja hi waħda mill-għodod tagħna biex nittrattaw u nimplimentaw l-istrateġija kontinwa tal-Kunsill Malti għall-Arti, b’enfażi fuq it-trawwim tal-potenzjal kreattiv u l-appoġġ tal-iżvilupp tiegħu f’attività professjonali. L-għotja għandha l-għan li tagħti struttura ta’ appoġġ li tħeġġeġ lill-prattikanti kreattivi u lill-organizzazzjonijiet kreattivi biex jirrispondu għall-ħtiġijiet professjonali, strutturali u ta’ konformità fis-settur. L-Għotja Legali u […]

Skema ta’ Għotjiet tal- Culture Pass

Permezz tal-Culture Pass studenti tal-kindergarten, tal-primarja, tal-iskejjel medji, skola anzjana u studenti post-sekondarji sal-Livell 4 tal-MQF ser jingħataw l-opportunità li jgawdu mill-inqas produzzjoni artistika waħda matul is-sena skolastika. Dawn il-produzzjonijiet jittellgħu minn professjonisti kreattivi permezz ta’ programm ikkurat. Il-Culture Pass tfassal biex: I. Joffri lit-tfal u lill-istudenti mill-kindergarten sal-iskejjel post-sekondarji jew istituti edukattivi sal-Livell 4 […]

Skema ta’ Appoġġ għal Mużika Maltija fuq Stazzjonijiet tar-Radju Privati

L-Iskema ta’ Appoġġ għal Mużika Maltija fuq Stazzjonijiet tar-Radju Privati tifforma parti mill-portafoll li jinvesti fl-espressjoni artistika u kulturali diversa u fl-iżvilupp tas-setturi kulturali u kreattivi Maltin. L-iskema ġiet żviluppata sabiex tippromwovi u tappoġġja l-espożizzjoni tat-talent mużikali lokali fuq pjattaformi tax-xandir. Din l-iskema tipprovdi assistenza finanzjarja lil entitajiet tax-xandir eliġibbli impenjati sabiex ixandru l-mużika Maltija […]

Il-Fond tal-President għall-Kreattività

Il-Fond tal-President għall-Kreattività huwa inizjattiva minn serje sħiħa ta’ inizjattivi, u għandu l-għan li jsaħħaħ l-inklużività, l-iżvilupp komunitarju, u l-benesseri permezz tal-ingaġġar kulturali u l-espressjoni kreattiva. Dan il-fond huwa marbut mat-twettiq tal-Istrateġija 2030 tal-Kunsill Malti għall-Arti. Il-Fond tal-President għall-Kreattività jippromwovi l-qsim ta’ stejjer xi ftit moħbija li iżda jgħaqqduna, waqt li jiżgura li ħadd ma […]

Skema ta’ Appoġġ għall-Arti

L-Iskema ta’ Appoġġ għall-Arti hija parti mill-portafoll ta’ appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti li jinvesti f’espressjoni artistika u kulturali diversa u fl-iżvilupp tas-setturi kulturali u kreattivi ta’ Malta. L-iskema tippermetti individwi, gruppi u organizzazzjonijiet biex jippjanaw, jiżviluppaw, jiġu rrappreżentati, u jwettqu proġetti artistiċi skont l-Istrateġija 2030 tal-Kunsill, li primarjament tindirizza lill-komunitajiet u l-professjonisti kreattivi. L-iskema tħaddem […]

Skema ta’ Appoġġ għall-Produzzjonijiet Teatrali

L-Iskema ta’ Appoġġ għall-Produzzjonijiet tat-Teatru tagħmel parti mill-portafoll ta’ appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti li jinvesti fil-prattiki u fil-produzzjonijiet tat-teatru u fl-iżvilupp tal-udjenzi fi ħdan is-setturi kulturali u kreattivi ta’ Malta. L-iskema tawtorizza lil individwi, gruppi, u organizzazzjonijiet biex jippjanaw, jiżviluppaw, ikunu rappreżentati, u jwasslu proġetti artistiċi konformi mal-Istrateġija 2030 tal-KMA. Fuq kollox, hija mmirata lejn […]

Skema ta’ Skambji Kulturali Internazzjonali

Din l-Iskema ta’ Skambji Kulturali Internazzjonali tifforma parti mill-Istrateġija għall-Internazzjonalizzazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti għas-setturi kulturali u kreattivi. Tittratta l-iskambji kulturali internazzjonali, b’attenzjoni speċifika fuq il-mobbiltà barra l-pajjiż tal-artisti Maltin u ta’ dawk ibbażati f’Malta li għandhom aktar minn 18-il sena kif ukoll fuq ix-xogħlijiet artistiċi u l-produzzjonijiet kulturali tagħhom. L-objettiv ta’ din l-iskema huwa li […]