Titolu tal-Arti, Isem tal-Artist, SSSS

Skema ta’ Appoġġ għall-Arti

Invalid deadline format: June 23, 2026 12:00 pm

Skadenza

L-iskadenza biex tapplika hija June 23, 2026 fi

12:00 pm.

Applikazzjonijiet tardivi mhux se jiġu aċċettati

L-Iskema ta’ Appoġġ għall-Arti hija parti mill-portafoll ta’ appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti li jinvesti f’espressjoni artistika u kulturali diversa u fl-iżvilupp tas-setturi kulturali u kreattivi ta’ Malta. L-iskema tippermetti individwi, gruppi u organizzazzjonijiet biex jippjanaw, jiżviluppaw, jiġu rrappreżentati, u jwettqu proġetti artistiċi skont l-Istrateġija 2030 tal-Kunsill, li primarjament tindirizza lill-komunitajiet u l-professjonisti kreattivi. L-iskema tħaddem l-Istrateġija 2030 billi tfittex b’mod attiv li:

  • Trawwem il-potenzjal kreattiv u tappoġġa l-iżvilupp tiegħu, tinkoraġġixxi l-kokreazzjoni, il-kollaborazzjoni u l-esperimentazzjoni;
  • Tinvesti f’eċċellenza artistika permezz ta’ inkoraġġiment ta’ teħid ta’ riskju kreattiv, innovazzjoni, u involviment attiv tal-komunitajiet;
  • Tiddokumenta u tesplora l-komunitajiet artistiċi u kulturali tal-passat u tal-preżent, billi tippreserva u tippromwovi il-legat kulturali u artistiku ta’ Malta;
  • Tippromwovi d-diversità, l-inklussività, u l-iżvilupp tal-komunità billi tagħmel possibbli proġetti artistiċi kollaborattivi, billi tavvanza għarfien u tiddisseminal-prattiki tajba;
  • Tiżgura aċċess ekwu għal esperjenzi artistiċi u kulturali, partikolarmenti għal gruppi żvantaġġati, li jippermettu parteċipazzjoni sinifikanti; ;
  • Tiffaċilita pjattaformi għal talent emerġenti, filwaqt li tinkoraġġixxi l-iskambju interġenerazzjonali u interkulturali. li jipprometti, involviment interġenerazzjonali, kif ukoll involviment interkulturali.

L-applikazzjonijiet imressqa jistgħu:

  • Jagħmlu parti minn proġett/korp ta’ xogħol usa’;
  • Ikunu proġetti awtonomi;
  • Jikkonsistu f’serje ta’ proġetti fi ħdan programm ta’ attivitajiet.

Din l-iskema tikkonsisti f’żewġ oqsma ta’ fokus ewlenin, kull wieħed maqsum f’ tipi ta’ attivitajiet. L-applikanti jistgħu jagħżlu li jiffokaw f’qasam wieħed jew aktar minn dawn jew f’tipi ta’ attivitajiet fi ħdan il-proġetti tagħhom:

Prattika artistika, jiġifieri:

Proġetti artistiċi – inklużi l-produzzjoni u l-programmar ta’ xogħol kreattiv ta’ kwalità għolja – li jwessgħu l-fruntieri tal-involviment ta’ esperjenzi kreattivi għall-artisti, il-professjonisti kulturali u kreattivi, is-setturi relevanti u l-komunitajiet;

Inizjattivi ta’ produzzjoni u dokumentazzjoni ffukati fuq il- komunitajiet artistiċi ta’ Malta, bil-għan li jaqbdu u jippreservaw il-wirtkulturali u artistiku tal-pajjiż b’mod miftuħ, aċċessibbli u sostenibbli.

Involviment tal-komunità u l-udjenza, jiġifieri:

  • Produzzjoni artistika u/jew programmar li tagħmel possibbli u tippromwovi l-parteċipazzjoni kulturali, l-espressjoni kreattiva, u/jew l-għarfien u l-apprezzament relatati mal-memorja kollettiva, kif ukoll il-legat kulturali u artistiku tal-komunità;
  • Esplorazzjoni ta’ approċċi innovattivi u parteċipattivi għall-involviment tal-udjenza li jwasslu biex japprofondixxu l-involviment ma’ udjenzi eżistenti u ġodda permezz ta’ prattika u/jew riċerka artistika;
  • Żvilupp ta’ modi biex itejbu l-aċċess għall-arti, billi jippromwovu parteċipazzjoni inklussiva u diversità akbar fi ħdan l-arti.

Din l-iskema tipprovdi appoġġ lill-artisti, il-professjonisti kulturali u kreattivi, u l-komunitajiet matul il-fażijiet ta’ żvilupp u twettiq, u tkopri ż-żmien u r-riżorsi meħtieġa għall-professjonisti kreattivi u l-kollaboraturi tagħhom biex jiżviluppaw il-proġetti tagħhom.

F’konformità mal-impenn tiegħu li jappoġġja l-arti permezz tal-approċċ sostenibbli u responsabbli tiegħu għall-investiment pubbliku, il-KMA jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti għal dan li ġej f’konformità mal-Istrateġija 2030:

L-applikanti huma mħeġġa jikkunsidraw, kif xieraq, il-prinċipji spjegati ffid-Dritt għall-Kultura – Pakkett ta’ Riżorsi meta jizviluppaw il-proposta tagħhom b’rabta ma’ kif jimpenjaw ruħhom mal-komunitajiet u l-konsiderazzjonijiet tad-drittijiet kulturali ta’ kulħadd fix-xogħol tagħhom. Dan il-pakkett ta’ riżorsi għandu l-għan li jżid l-għarfien dwar l-inklussività u jappoġġja l-implimentazzjoni tad-drittijiet kulturali fil-prattika tagħna ta’ kuljum. 

L-applikanti huma wkoll mistennija li jikkunsidraw, kif xieraq, il-prinċipji ewlenin deskritti fil-qosor fil-Karta għall-Istatus tal-Artist meta jipproponu l-attivitajiet operattivi u ta’ programmazzjoni tagħhom biex jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol aċċettabbli u ġusti għall-artisti.  Dawn jinkludu d-dritt għal-libertà artistika, l-aċċessibbiltà mtejba, ir-rikonoxximent ta’ ħiliet formali/informali/non-formali, kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi deċenti, non-diskriminazzjoni u ekwità, konsiderazzjonijiet etiċi u aderenza mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-liġi internazzjonali tax-xogħol. Il-Karta għall-Istatus tal-Artist hija maħsuba biex tipprovdi qafas dinamiku ta’ referenza għal kwalunkwe leġiżlazzjoni, politika, jew inizjattiva li jkollha impatt dirett jew indirett fuq l-artisti u s-setturi kulturali u kreattivi, u tiżgura li kwalunkwe azzjoni tkun allinjata mal-viżjoni aħħarija fit-tul li tgħolli l-istatus tal-artisti f’Malta f’konformità mal-valur tanġibbli tagħhom għas-soċjetà. 

L-iskema tappoġġa proposti li għandhom l-għan li jixprunaw l-iżvilupp artistiku, it-trawwim ta’ sperimentazzjoni u innovazzjoni, l-iżvilupp ta’ udjenzi kif ukoll l-attrazzjoni ta’ udjenzi ġodda, waqt li jinħolqu esperjenzi bbażati fuq il-prinċipji ta’ eċċellenza. Din l-iskema tinkoraġġixxi wkoll proġetti bbażati fil-komunità.

L-iskema għandha żewġ għażliet – għażla ta’ għajnuna mill-Istat (State aid) u għażla mingħajr għajnuna mill-Istat (non-State aid). L-għażla ta’ għajnuna mill-Istat hija disponibbli għal impriżi li jwettqu attività ekonomika fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE (li għalihom l-għajnuna tingħata skont ir-Regolament de minimis). L-għażla mingħajr għajnuna mill-Istat hija disponibbli għal dawk l-applikanti li ma jwettqux attività ekonomika fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, kif ukoll għal proġetti proposti li ma jinvolvux attività ekonomika bħal din. (Għal aktar informazzjoni rreferi għat-Taqsima 9 ta’ dawn il-linji gwida).

 

Barra minn hekk, l-applikanti jridu jikkwalifikaw bħala wieħed jew waħda minn dawn:

  • Entitajiet irreġistrati mar-Reġistru dwar in-Negozju ta’ Malta (inklużkumpaniji, sħubiji, fondazzjonijiet u organizzazzjonijiet/assoċjazzjonijiet)
  • Gruppi, kollettivi u konsorzji
  • Koperattivi rreġistrati
  • Organizzazzjonijiet volontarji iskritti mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji
  • Professjonisti kreattivi/artisti individwali.

Agħfas hawn biex tniżżel il-linji gwida u agħfas hawn biex tniżżel il-mudell tal-applikazzjoni.

Skip to content