Titolu tal-Arti, Isem tal-Artist, SSSS

Għotja Legali u Finanzjarja

Invalid deadline format: 02-09-2026 12:00 pm

Skadenza

L-iskadenza biex tapplika hija 02-09-2026 fi

12:00 pm.

Applikazzjonijiet tardivi mhux se jiġu aċċettati

L-Għotja Legali u Finanzjarja hi waħda mill-għodod tagħna biex nittrattaw u nimplimentaw l-istrateġija kontinwa tal-Kunsill Malti għall-Arti, b’enfażi fuq it-trawwim tal-potenzjal kreattiv u l-appoġġ tal-iżvilupp tiegħu f’attività professjonali.

L-għotja għandha l-għan li tagħti struttura ta’ appoġġ li tħeġġeġ lill-prattikanti kreattivi u lill-organizzazzjonijiet kreattivi biex jirrispondu għall-ħtiġijiet professjonali, strutturali u ta’ konformità fis-settur. L-Għotja Legali u Finanzjarja tippermetti lill-benefiċjarji jsostnu l-iżvilupp tal-prattika tagħhom. L-għotja ser tiffaċilita l-aċċess għal għarfien espert legali u finanzjarju kkwalifikat, tappoġġa lill-artisti fin-navigazzjoni tal-kuntratti, it-tassazzjoni u l-oqfsa regolatorji, u tipprevjeni jew ittaffi t-tilwim professjonali u l-ġestjoni finanzjarja ħażina filwaqt li tikkontribwixxi għal ekosistema kulturali iżjed reżiljenti.

L-Għotja Legali u Finanzjarja hi għotja ta’ darba mfassla biex tipprovdi appoġġ għall-bini tal-kapaċità. Din l-għotja għandha l-għan li:

  • ssaħħaħ kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti fis-settur kulturali;
  • ttejjeb il-litteriżmu legali u s-sigurtà kuntrattwali;
  • ttejjeb is-sostenibbiltà finanzjarja u l-konformità;
  • tnaqqas ir-riskju professjonali assoċjat mal-prattika artistika.

L-applikanti mistennija jagħtu konsiderazzjoni dovuta, kif xieraq, lill-prinċipji ewlenin deskritti fil-Karta għall-Istatus tal-Artisti meta jressqu l-proposta tagħhom biex jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti għall-artisti. Dawn jinkludu d-dritt għal-libertà artistika, aċċessibbiltà mtejba, ir-rikonoxximent tal-ħiliet formali/informali/mhux formali, kundizzjonijiet soċjoekonomiċi deċenti, in-non-diskriminazzjoni u l-ekwità, kunsiderazzjonijiet etiċi u aderenza għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-liġi internazzjonali tax-xogħol. Il-Karta għall-Istatus tal-Artisti hi maħsuba biex tipprovdi qafas ta’ referenza dinamiku għal kwalunkwe leġiżlazzjoni, politika jew inizjattiva li tħalli impatt dirett jew indirett fuq l-artisti u s-setturi kulturali u kreattivi. Tfasslet ukoll biex tiżgura li kwalunkwe azzjoni tkun allinjata mal-viżjoni aħħarija fit-tul tal-KMA li jevalwa l-istatus tal-artisti f’Malta skont il-valur tanġibbli tagħhom għas-soċjetà.

Arts Council Malta is organising an E-Info session on the 27th July at noon. Register here.

L-Għotja Legali u Finanzjarja hija miftuħa għal applikanti li ma bbenefikawx minn Skemi ta’ Finanzjament tal-KMA fl-aħħar tliet snin (2024–2026). L-applikanti għandhom ikunu ċittadini Maltin jew ikollhom permess ta’ residenza Malti, ċertifikat taċ-ċittadinanza Maltija jew passaport Malti.

L-applikanti għandhom jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:

  • Professjonisti kreattivi/artisti individwali
  • Entitajiet reġistrati mar-Reġistru tan-Negozji ta’ Malta (inkluż kumpaniji, sħubijiet, fondazzjonijiet, u organizzazzjonijiet/assoċjazzjonijiet);
  • Koperattiva reġistrata;
  • Organizzazzjonijiet Volontarji rreġistrati mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji li jwettqu attività ekonomika skont it-tifsira tal-Artikolu 107 tat-TFUE.

L-għotja hija miftuħa għal applikanti li jitqiesu bħala impriżi u li jwettqu attività ekonomika skont it-tifsira tal-Artikolu 107 tat-TFUE. L-assistenza ser tingħata skont ir-regolament de minimis. Jekk jogħġbok irreferi għat-Taqsima 9 ta’ dawn il-linji gwida għal aktar informazzjoni.

Agħfas hawn biex tniżżel il-linji gwida u agħfas hawn biex tniżżel il-mudell tal-applikazzjoni.

Rank Order 

Benefiċjarju: Skorba Productions Limited

Numru ta’ Referenza: LFG07-26-9669

Ammont mogħti: €3000

Deskrizzjoni tal-Proġett:

Skorba Productions se tiżviluppa infrastruttura professjonali meħtieġa għal produzzjoni kulturali ġusta, sigura u sostenibbli, li tiżgura l-implimentazzjoni ta’ sistemi legali, kuntrattwali, finanzjarji u amministrattivi u tal-komunikazzjoni robusti li jħarsu lill-kumpanija u lill-artisti u l-kollaboraturi li taħdem magħhom. Din tinkludi l-iżvilupp ta’ kuntratti u ftehimiet xierqa, li jsaħħu l-proprjetà intellettwali u l-ġestjoni tad-drittijiet, it-titjib tal-konformità finanzjarja u fiskali, u l-istabbiliment ta’ proċeduri trasparenti għall-ibbaġitjar, il-pagamenti u ż-żamma tar-rekords. Il-konsulenza legali u professjonali se ssaħħaħ ukoll il-kapaċità tal-kumpanija li taħdem b’mod responsabbli fi ħdan koproduzzjonijiet internazzjonali. Bl-integrazzjoni ta’ dawn il-prattiki fi stadju bikri, Skorba għandha l-mira li toħloq kultura tax-xogħol ibbażata fuq it-trasparenza, it-trattament ekwu, il-libertà artistika u r-rispett għad-drittijiet tal-artisti. Il-proġett se jnaqqas ir-riskju professjonali u finanzjarju filwaqt li jipprovdi pedament sostenibbli għall-iżvilupp u l-kontribut tal-kumpanija għas-settur awdjoviżiv indipendenti ta’ Malta.

Benefiċjarju: The Storm Petrel Foundation

Numru ta’ Referenza: LFG08-26-9699

Ammont mogħti: €3000

Deskrizzjoni tal-Proġett:

Sabiex tottimizza l-amministrazzjoni u s-sostenibbiltà fuq żmien fit-tul tagħha, Storm Petrel Foundation qed taġġorna l-Istatut tagħha. Bidliet ewlenin jinkludu l-espansjoni tal-Bord tal-Amministraturi minn erba’ membri għal seba’ u l-ħolqien ta’ Kunsill Superviżorju indipendenti bi tliet membri. Megħjuna mis-servizzi legali ta’ Ganado Advocates, il-Fondazzjoni hija determinata li tistabbilixxi qafas amministrattiv robust. L-Istatut emendat se jiġi ppubblikat fir-rekords tan-Nutar  Luca Burlò u mbagħad jiġi sottomess lill-awtoritajiet rilevanti kollha, jiġifieri, lir-Reġistratur għal Persuni Legali u lill-Kummissarju għal Organizzazzjonijiet Volontarji. L-ismijiet tal-amministraturi l-ġodda se jiġu sottomessi lir-Reġistratur għas-Sidien Benefiċjarji permezz tal-formoli xierqa.

Benefiċjarju: Rachel Formosa

Numru ta’ Referenza: LFG14-26-9797

Ammont mogħti: €3000

Deskrizzjoni tal-Proġett:

Dan il-proġett għandu l-mira li jsaħħaħ il-qafas legali u professjonali li jirfed il-prattika tiegħi bħala direttur artistiku u kuratur li naħdem fi proġetti tal-arti pubblika, tal-arti tat-triq u proġetti kulturali.

Wara festival ewlieni tal-arti pubblika li involva artisti lokali u internazzjonali, il-proġett se jindirizza lakuni identifikati fl-arranġamenti kuntrattwali, fil-proprjetà intellettwali, fid-drittijiet tal-artisti, fir-responsabbiltajiet professjonali u fil-governanza ta’ proġetti futuri.

Se jitqabbdu esperti legali kkwalifikati biex jirrevedu u jifformalizzaw l-involviment professjonali tiegħi, jiżviluppaw ftehimiet xierqa tal-artisti u l-kuraturi, jikkjarifikaw id-drittijiet u r-responsabbiltajiet, u jistabbilixxu mekkaniżmi prattiċi biex jitnaqqas ir-riskju professjonali u finanzjarju.

Il-proġett se jikkontribwixxu għal prattika ta’ kuratur aktar sostenibbli u sigura professjonalment, filwaqt li jappoġġa relazzjonijiet tax-xogħol aktar ekwi u ċari bejn l-artisti, il-kuraturi u l-organizzazzjonijiet kulturali.  Se jipprovdi wkoll qafas li jista’ jiġi applikat għal proġetti u kollaborazzjonijiet futuri tal-arti pubblika.