Titolu tal-Arti, Isem tal-Artist, SSSS

Skema ta’ Skambji Kulturali Internazzjonali

Invalid deadline format: tas-Skadenza: 26 Mejju 2026 12:00 pm

Skadenza

L-iskadenza biex tapplika hija tas-Skadenza: 26 Mejju 2026 fi

12:00 pm.

Applikazzjonijiet tardivi mhux se jiġu aċċettati

Din l-Iskema ta’ Skambji Kulturali Internazzjonali tifforma parti mill-Istrateġija għall-Internazzjonalizzazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti għas-setturi kulturali u kreattivi. Tittratta l-iskambji kulturali internazzjonali, b’attenzjoni speċifika fuq il-mobbiltà barra l-pajjiż tal-artisti Maltin u ta’ dawk ibbażati f’Malta li għandhom aktar minn 18-il sena kif ukoll fuq ix-xogħlijiet artistiċi u l-produzzjonijiet kulturali tagħhom.

L-objettiv ta’ din l-iskema huwa li tassisti lill-artisti bbażati f’Malta biex:

  • Iżidu l-aċċessibbiltà u l-viżibbiltà internazzjonali, jagħmlu tours bil-produzzjonijiet tagħhom, jibnu networks u jesperjenzaw ix-xogħol ta’ artisti mid-dinja kollha fil-kuntest kulturali tiegħu
  • Jinkuraġġixxu kollaborazzjonijiet u skambji internazzjonali, bil-għan li joħolqu konnessjonijiet mal-bqija tad-dinja biex jiffaċilita fehim aħjar ta’ persuni oħrajn u biex tinkiseb il-fiduċja tagħhom permezz tal-kultura
  • Jippromwovu d-diversità kulturali u jsaħħu r-relazzjonijiet kulturali mad-dinja kollha
  • Juru eċċellenza kreattiva lil programmaturi kulturali internazzjonali, entitajiet li jtellgħu festivals, operaturi u udjenzi ġenerali, u jsostnu u jiżviluppaw ix-xogħol professjonali tagħhom

Din l-iskema tappoġġa:

  • Parteċipazzjoni f’festivals, esibizzjonijiet, wirjiet, films, residenzi ta’ artisti u fieri internazzjonali
  • Marketing, kemm dak diġitali kif ukoll reklami stampati, pereżempju f’rivisti internazzjonali tal-arti/letteratura/films, stazzjonijiet ferrovjarji, subways, karozzi u vendi tal-linja, vapuri, parks, siti elettroniċi, pjattaformi tal-midja soċjali, programmi televiżivi, eċċ. Dan huwa speċifikament maħsub għal kollaborazzjonijiet/proġetti barra minn Malta
  • Produzzjoni ta’ materjal awdjoviżiv ta’ xogħlijiet artistiċi u produzzjonijiet kulturali diġà mitmuma li mbagħad jiġu ppreżentati lil programmaturi, produtturi u kollaboraturi internazzjonali barra l-pajjiż. Din tista’ tinkludi, pereżempju, l-iffilmjar ta’ produzzjoni teatrali jew ta’ żfin, l-iffilmjar ta’ installazzjonijiet artistiċi, qari ta’ poeżiji, esibizzjonijiet, sfilati tal-moda, eċċ
  • Produzzjoni ta’ siti web u demos għal finijiet ta’ promozzjoni internazzjonali.

Rekwiżiti skont l-Istrateġija 2030 tal-Kunsill Malti għall-Arti:

F’konformità mal-impenn tiegħu li jappoġġja l-arti permezz ta’ approċċ sostenibbli u responsabbli lejn l-investiment pubbliku, l-KMA jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti għal dan li ġej:

L-applikanti huma inkoraġġuti li jagħtu kunsiderazzjoni xierqa, skont il-bżonn, lill-prinċipji spjegati fir-Right to Culture – Resource Pack, meta jkunu qed jiżviluppaw il-proposta tagħom fir-rigward tal-involviment komunitarju u l-kunsiderazzjonijiet tad-drittijiet kulturali ta’ kulħadd f’xogħolhom. Dan il-pakkett ta’ riżorsi huwa mmirat li jżid għarfien fir-rigward tal-inklussività, u lejn l-appoġġjar tal-implimentazzjoni tad-drittijiet kulturali fil-prattika ta’ kuljum.

L-applikanti huma wkoll mistennija li jikkunsidraw, kif xieraq, il-prinċipji ewlenin deskritti fil-qosor fil-Karta għall-Istatus tal-Artist rter for the Status of the Artist meta jipproponu l-attivitajiet operattivi u ta’ programmazzjoni tagħhom biex jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol aċċettabbli u ġusti għall-artisti. Dawn jinkludu d-dritt għal-libertà artistika, l-aċċessibbiltà mtejba, ir-rikonoxximent ta’ ħiliet formali/informali/non-formali, kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi deċenti, non-diskriminazzjoni u ekwità, konsiderazzjonijiet etiċi u aderenza mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-liġi internazzjonali tax-xogħol. Il-Karta għall-Istatus tal-Artist hija maħsuba biex tipprovdi qafas dinamiku ta’ referenza għal kwalunkwe leġiżlazzjoni, politika, jew inizjattiva li jkollha impatt dirett jew indirett fuq l-artisti u s-setturi kulturali u kreattivi, u tiżgura li kwalunkwe azzjoni tkun allinjata mal-viżjoni aħħarija fit-tul li tgħolli l-istatus tal-artisti f’Malta f’konformità mal-valur tanġibbli tagħhom għas-soċjetà.

L-iskema għandha żewġ għażliet – għażla ta’ għajnuna mill-Istat (State aid) u għażla mingħajr għajnuna mill-Istat (non-State aid). L-għażla ta’ għajnuna mill-Istat hija disponibbli għal impriżi li jwettqu attività ekonomika fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, li għalihom l-għajnuna tingħata skont ir-Regolament de minimis. L-għażla mingħajr għajnuna mill-Istat hija disponibbli għal dawk l-applikanti li ma jwettqux attività ekonomika fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, kif ukoll għal proġetti proposti li ma jinvolvux attività ekonomika bħal din. Għal aktar informazzjoni rreferi għat-Taqsima 9 ta’ dawn il-linji gwida.

L-applikanti jridu jkunu ċittadini Maltin jew ikollhom permess ta’ residenza Malti jew ċertifikat ta’ ċittadinanza Maltija jew passaport Malti.

L-applikanti jistgħu jkunu:

  • Professjonisti kreattivi/artisti individwali.
  • Entitajiet irreġistrati mar-Reġistru dwar in-Negozju ta’ Malta (inklużi kumpaniji, sħubiji, fondazzjonijiet u organizzazzjonijiet/assoċjazzjonijiet)
  • Gruppi, kollettivi u konsorzji
  • Kooperattivi Reġistrati
  • Organizzazzjonijiet Volontarji iskritti mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.

Agħfas hawn biex tniżżel il-linji gwida u agħfas hawn biex tniżżel il-mudell tal-applikazzjoni.

Skadenza għall-applikazzjonijiet: 26 ta’ Mejju f’nofsinhar

Klassifika

Benefiċjarja: Christina Lejman
Numru ta’ referenza: ICE32-26-9178
Titlu tal-Proġett: YOU, ME & the rest of the world – Leeds Playhouse Industry Showcase

Ammont mogħti: €15,000

YOU, ME & the rest of the world huwa musical Malti kompletament oriġinali b’librett, mużika u lirika minn Hollie Cassar illi jesplora x’tassew isawwar familja u kif dawk ir-rabtiet jibqgħu jtulu maż-żmien. Id-drama tiegħu mhix fl-ispettaklu iżda fil-kwotidjanità: żewġ nisa jaffrontaw l-isfidi tal-maternità queer mentri mara żagħżugħa tiffaċċa l-imħabba, il-kontroll u tqala mhux mistennija. Wara r-Riċerka u l-Iżvilupp preċedenti appoġġati mill-Kunsill Malti għall-Arti fl-2024, dan il-proġett jappoġġa l-pass illi jmiss fil-vjaġġ tal-musical: vetrina professjonali tal-industrija internazzjonali fil-Leeds Playhouse. Perjodu ta’ prova ta’ ġimagħtejn ser jilħaq il-qofol tiegħu fi preżentazzjoni għall-produtturi, għall-programmaturi u għad-diretturi artistiċi, b’kondiviżjoni ulterjuri għall-komunità usa’ li jippożizzjona ’l dan ix-xogħol għal produzzjoni ġejjiena filwaqt li jamplifika l-kreattività Maltija u n-narrattivi queer fuq il-palk internazzjonali.

 

 

Benefiċjarju: Jesmond Vassallo
Numru ta’ referenza: ICE07-26-8902
Titlu tal-Proġett: Contours Revisited : A Living Dialogue
Ammont mogħti: €12,250

Contours Revisited: A Living Dialogue huwa skambju u residenza tal-istampar illi jgħaqqad lil Malta, l-Iżvezja, il-Messiku, Franza u lil hinn. Jesmond Vassallo ser jiżviluppa korp ġdid ta’ xogħlijiet litografiċi mnebbħa mir-riċerka mwettqa fil-Fondazzjoni Frank Portelli, Malta. It-tpinġijiet inizjali ser jiġu ppreżentati fid-9 Simpożju Internazzjonali tal-Litografija f’Tidaholm, l-Iżvezja. Vassallo mbagħad ser jiżviluppa l-litografi bħala parti minn masterclass f’Atelier d’Estampe Nicolaï f’Cognac, Franza. Din ir-residenza ser tpoġġi l-istudjo tal-istampar ta’ Vassallo – Atelier 10 – flimkien mal-litografija Maltija fi ħdan diskors globali. Il-proġett mistenni jikkonkludi bi preżentazzjoni pubblika fil-Fondazzjoni Frank Portelli biex ixandar ir-riċerka u r-riżultati tekniċi. Billi jgħaqqad il-patrimonju lokali mal-kompetenza internazzjonali, Contours Revisited ser jeleva l-viżibbiltà tal-litografija kontemporanja u l-istampar tal-arti fina Maltin u jistabbilixxi sħubijiet transkonfinali dejjiema.

Benefiċjarju: Gulja Holland
Numru ta’ referenza: ICE19-26-8997
Titlu tal-Proġett: Turps Summer Intensive Residency
Ammont mogħti: €9,775

Dan il-proġett, żviluppat matul xahrejn residenza f’Turps f’Londra, jestendi s-sensiela ta’ pitturi tiegħi għall-proġett tal- Malta Biennale 2026 intitolat Through The Looking Glass li jiffoka fuq l-ispettatur u l-konfini mibnija bejn il-bnedmin u l-annimali. Permezz tal-pittura, it-tpinġija, id-dokumentazzjoni, il-fotografija u l-vjaġġi didattiċi fuq il-post, biħsiebni ninvestiga kif l-ambjenti taż-żoo jinkwadraw l-annimali fi ħdan sistemi ta’ wirjiet ikkontrollati u sanitizzati li jsaħħu d-dominanza umana filwaqt li jaħbu l-interkonnessjoni ekoloġika. L-esperjenza ser tarrikkixxi l-prattika tiegħi permezz ta’ kritika fi grupp kull ġimgħa, workshops, żjarat f’galleriji, taħditiet mal-mistednin, sessjonijiet ta’ mentoraġġ ma’ għalliema fi Turps u mistednin illustri. Il-proġett ser jilħaq miljietu f’żewġ pitturi fuq skala kbira, sensiela ta’ xogħlijiet fuq il-karta, u kollaġġi diġitali żviluppati permezz ta’ riċerka, tpinġija u esperimentazzjoni fl-istudjo. Din ir-residenza mistennija tappoġġa l-iżvilupp ta’ korp ġdid ta’ xogħlijiet kif ukoll wirja waqt tmiem ir-residenza li ser tikkontribwixxi għall-programm internazzjonali ta’ esebizzjonijiet tiegħi filwaqt li ssaħħaħli l-involviment mad-diskors dwar il-pittura kontemporanja f’Londra.

 

Benefiċjarju: Karl Fiorini
Numru ta’ referenza: ICE20-26-9002
Titlu tal-Proġett: Cartographies of Sound
Ammont mogħti: €6,988

Dan il-proġett jikkonsisti f’residenza artistika ffukata fuq il-kompożizzjoni u l-prestazzjoni dinjija ta’ triju ġdid tal-pjanu (vjolin, vjolinċell u pjanu) mill-kompożitur Karl Fiorini, b’kollaborazzjoni ma’ membri tal-fakultà tal-Akkademja tal-Mużika Karol Szymanowski f’Katowice. Matul ir-residenza (19–31 ta’ Ottubru 2026), il-kompożitur ser jaħdem mill-qrib mal-artisti permezz ta’ provi u workshops biex jirfina l-biċċa. Il-proġett jinkludi wkoll komponent pedagoġiku, b’workshops tal-kompożizzjoni u masterclasses tal-mużika da camera għall-istudenti tal-Akkademja. Barra minn hekk, ir-residenza tipprovdi opportunitajiet għal skambju professjonali ma’ membri oħra tal-fakultà u tappoġġa kollaborazzjonijiet futuri. Il-proġett mistenni jilħaq il-qofol tiegħu bi prestazzjoni pubblika fl-Awditorju Bolesław Szabelski tal-Akkademja. Ix-xogħol jgħaqqad il-kreazzjoni, il-prestazzjoni u l-edukazzjoni filwaqt illi jikkontribwixxi għall-iskambju artistiku internazzjonali bejn Malta u l-Polonja u għall-iżvilupp ta’ repertorju ġdid tal-mużika da camera.

 

 

Benefiċjarju: Viper Soup Complex

Numru ta’ Referenza: ICE15-26-8975

Titlu tal-Proġett: Viper Soup Complex fit-Tour 2027

Ammont mogħti: €10,920

 

Viper Soup Complex huwa grupp Malti li jispeċjalizza fil-ġeneru tal-fużjoni esperimentali progressiva li kgħaqqad il-mużika, it-teatru u l-arti viżiva fi prestazzjonijiet immersivi. Il-programm tat-tur tagħhom tal-2027 jiffoka fuq kollaborazzjoni internazzjonali u skambju kulturali billi jibni fuq interess dejjem jikber fl-Ewropa, b’mod partikulari fir-Renju Unit. Il-grupp ser jidher f’festivals u postijiet fl-Ewropa u għall-ewwel darba wkoll fis-Slovenja fil-Ljubljana Prog Festival fejn ser jirrappreżenta lil Malta bħala l-uniku grupp Malti u jrawwem kollaborazzjoni fit-tul ma’ artisti Sloveni. Dan l-iskambju reċiproku ser isaħħaħ aktar ir-rabtiet artistiċi bejn iż-żewġ pajjiżi, qabelxejn għax qegħdin jiġu diskussi pjanijiet u proġetti ġodda. Appoġġat minn finanzjament għall-ivvjaġġar, għal-loġistika u għall-promozzjoni, dan il-proġett għandu l-għan illi jsaħħaħ il-mobbiltà internazzjonali, iwessa’ l-udjenzi u jippromwovi l-mużika kontemporanja Maltija fi ħdan netwerks Ewropej usa’ tal-mużika progressiva.

 

 

Benefiċjarja: Charlene Galea

Numru ta’ Referenza: ICE13-26-8927

Titlu tal-Proġett: ‘Tear Vases’ (Mahalla Festival, Istanbul)

Ammont mogħti: €5,419

 

Tear Vases hija prestazzjoni speċifika għas-sit tagħha żviluppata f’Büyük Valide Han f’Istanbul bħala parti mill-Mahalla Festival 2026 (KĪMIYĀ – The Alchemist’s Assembly) f’Settembru. B’ħidma fi ħdan il-Han, ser nidħol fl-ambjent materjali u soċjali tiegħu filwaqt illi niżviluppa lingwa ta’ prestazzjoni permezz ta’ prattika inkorporata, ġesti u elementi misjuba.

Ix-xogħol tnebbaħ mill-figura ta’ Kösem Sultan permezz ta’ stejjer marbuta ta’ kenn u aġenzija femminili fl-ispazju u fuq is-simboliżmu tal-vażuni tad-dmugħ bħala kontenituri tan-niket. Permezz ta’ dan kollu jesplora kif il-memorja, it-telf u r-reżiljenza jinġarru u jiġu ttrasfurmati permezz tal-ġisem. Maħluqa fi djalogu mas-sit u flimkien ma’ grupp ta’ artisti internazzjonali, Tear Vases tiżvolġi bħala prestazzjoni ħajja ffurmata mill-preżenza, l-inkontru u l-proċess.

 

 

Benefiċjarja: Bettina Paris

Numru ta’ Referenza: ICE56-26-9242

Titlu tal-Proġett: Summerhall Surgeries Sharing, opportunità ta’ żvilupp ta’ 4 iljieli fl-Edinburgh Festival Fringe + Residenza tal-Kitba f’Arvon

Ammont mogħti: €4,193

 

Prova u kondiviżjoni ta’ xogħol li għadu għaddej ta’ silta mid-dramm oriġinali l-ġdid Wild One, f’Summerhall Surgeries waqt l-Edinburgh Festival Fringe 2026, flimkien ma’ opportunità ta’ erbat ijiem ta’ netwerking u żvilupp artistiku fil-festival. Ir-rispons u r-riċerka miġbura matul din il-fażi ser jinfurmaw direttament il-parteċipazzjoni ta’ Bettina Paris fil-Kors Residenzjali tal-Kitba ta’ Arvon: Theatre, immexxi mid-drammaturgi akklamati Ella Hickson u Amy Rosenthal, biex jitħejja l-ewwel abbozz sħiħ tad-dramm. Wild One huwa dramm minn mara waħda miktub u interpretat minn Bettina Paris u dirett mid-direttriċi nominata għall-Offie Award Laura Killeen. Jesplora kif il-ħajja billejl u l-kultura tal-klabbs ta’ Malta jsawru l-esperjenzi li jkollhom iż-żgħażagħ adulti dwar il-libertà, ir-relazzjonijiet, is-sesswalità, il-kunsens u l-identità. Billi jikkombina teatru miktub u DJing lajv, il-proġett jesperimenta b’forma ta’ prestazzjoni interdixxiplinarji li ċċajpar il-konfini bejn it-teatru u l-mużika lajv.

 

Benefiċjarja: Steve Hili

Numru ta’ Referenza: ICE02-26-8859

Titlu tal-Proġett: Steve Hili – Manaconda Tour 2026/27

Ammont mogħti: €3,082

 

Steve Hili qiegħed jieħu l-ispettaklu sħiħ tiegħu ta’ siegħa Manaconda fuq tur Ewropew. Billi jħallat umoriżmu osservazzjonali qawwi, l-interazzjoni mal-udjenza u temi provokattivi, Manaconda jittraduċi l-perspettivi lokali f’lingwa komika universali li tippermetti lin-narrattivi Maltin jistabbilixxu konnessjoni ma’ udjenzi diversi filwaqt li jżommu identità kulturali distinta. Hili qiegħed jieħu r-rakkont qawwi u xejn aploġetiku tiegħu lejn Vjenna, Salzburg, Praga u Ateni ħalli b’hekk jespandi l-preżenza ta’ Malta fiċ-ċirkwit internazzjonali tal-kummiedja u jesporta l-perspettiva Maltija tiegħu lid-dinja. Bħala l-uniku komiku Malti li jaħdem bħala komiku stand-up professjonali barra minn Malta, Hili jinsab f’pożizzjoni unika biex jestendi dan ix-xogħol lil hinn minn Malta. Wara tur is-sena l-oħra fejn mexxa klabbs tal-kummiedja, din il-fażi li jmiss li ser jieħu l-ispettaklu sħiħ tiegħu fit-triq tirrappreżenta pass kritiku lejn il-bini ta’ netwerks internazzjonali sostenibbli u l-iżvilupp ulterjuri tal-ispettaklu. B’hekk l-artist jippożizzjona l-kummiedja stand-up bħala forma kulturali Maltija vijabbli u esportabbli.

 

 

Benefiċjarja: Soċjetà Filarmonika L-Unjoni
Numru ta’ Referenza: ICE10-26-8921
Titlu tal-Proġett: Mediterranean Harmonies: A Maltese Wind Band in Greece
Ammont mogħti: €15,000

Is-Soċjetà Filarmonika L-Unjoni, stabbilita fl-1880, qiegħda tressaq b’rispett din il-proposta lill-Kunsill Malti għall-Arti fejn titlob appoġġ finanzjarju għal programm internazzjonali ta’ skambju kulturali u prestazzjonijiet f’Patras, il-Greċja. Bħala organizzazzjoni bbażata fil-komunità li ilha teżisti, is-Soċjetà għandha rwol ċentrali fil-preservazzjoni u l-promozzjoni tat-tradizzjoni tal-baned tar-riħ ta’ Malta billi tikkontribwixxi b’mod attiv għall-identità kulturali tal-gżira permezz ta’ esebizzjonijiet, edukazzjoni u l-involviment tal-komunità.
Il-parteċipazzjoni f’dan il-programm toffri opportunità siewja biex tiġi ppreżentata l-kultura tal-baned tar-riħ ta’ Malta fuq palk internazzjonali filwaqt illi tinvolvi ruħha fi skambju artistiku ma’ mużiċisti minn sfondi diversi. Permezz ta’ kunċerti u attivitajiet kollaborattivi, il-mużiċisti tagħna ser iwessgħu l-perspettivi artistiċi tagħhom u jsaħħu l-iżvilupp professjonali. Din l-inizjattiva mhux biss ser issaħħaħ it-tkabbir artistiku tas-Soċjetà iżda wkoll mistennija tikkontribwixxi għall-evoluzzjoni kontinwa tal-patrimonju mużikali ta’ Malta filwaqt li tiżgura li l-għarfien miksub jiġi kondiviż lokalment għal impatt kulturali dejjiemi.

Benefiċjarju: Big Friends Guggen Musik Malta A.D. 2008
Numru ta’ Referenza: ICE29-26-9134
Titlu tal-Proġett: Ngħaqqdu l-Kulturi Permezz tal-Mużika, Skambju tal-Folklor Malta-Bulgarija 2026
Ammont mogħti: €15,000

Il-proġett Ngħaqqdu l-Kulturi Permezz tal-Mużika, Skambju tal-Folklor Malta-Bulgarija 2026 ser jara lil Big Friends Guggen Musik Malta A.D. 2008 jipparteċipa fil-Festival Internazzjonali tal-Folklor Maleshevo Sings and Dances f’Mikrevo, il-Bulgarija, organizzat mill-Muniċipalità ta’ Strumyani. Dan l-iskambju kulturali internazzjonali jgħaqqad flimkien gruppi folkloristiċi mill-Ewropa biex jiċċelebraw il-mużika tradizzjonali, iż-żfin u l-patrimomju kondiviż. Il-proġett jipprovdi pjattaforma siewja biex il-kultura mużikali Maltija tiġi ppreżentata internazzjonalment, ittejjeb il-viżibbiltà artistika u tippromwovi d-djalogu kulturali bejn Malta u l-Bulgarija. Il-parteċipazzjoni ser issaħħaħ l-iżvilupp artistiku tal-grupp permezz tal-esponiment għal udjenzi internazzjonali u standards ta’ prestazzjoni. Jappoġġa wkoll l-iżvilupp tal-mużiċisti, tal-kompożituri u tad-direttur mużikali tiegħu. Din l-opportunità tikkontribwixxi għall-internazzjonalizzazzjoni tal-espressjoni kulturali Maltija, tespandi l-firxa tal-ensemble lil hinn mill-udjenzi lokali u trawwem kollaborazzjonijiet artistiċi ġejjiena. B’mod ġenerali l-proġett isaħħaħ l-iskambju kulturali, l-iżvilupp artistiku u l-preżenza ta’ Malta fil-komunità folkloristika Ewropea.

 

Benefiċjarja: Rochelle Gatt

Numru ta’ Referenza: ICE35-26-9198

Titlu tal-Proġett: Roots

Ammont mogħti: €11,720

Dan l-iskambju kulturali internazzjonali jikkonsisti f’residenza artistika ta’ riċerka u żvilupp fil-Belġju li tgħaqqad flimkien kollettiv multidixxiplinari internazzjonali ta’ artisti, faċilitaturi, riċerkaturi u psikologi minn Malta, il-Belġju, Franza, il-Portugall, il-Lussemburgu, ir-Russja u s-Serbja, bl-appoġġ ta’ post tal-arti fil-Belġju u konsulent artistiku mir-Renju Unit. Ir-residenza tappoġġa lill-artista Maltija Rochelle Gatt fl-iżvilupp ta’ ROOTS – proġett parteċipattiv tal-arti u r-riċerka li jesplora l-migrazzjoni, l-appartenenza, il-memorja, l-identità, l-ispostament u d-djalogu interkulturali permezz ta’ prattika informata mit-trawma u impenjata fil-livell soċjali. Ir-residenza ser tiffunzjona bħala laboratorju għall-ħolqien ta’ qafas artistiku u metodoloġiku interdixxiplinari msejjes fuq il-parteċipazzjoni kulturali, il-prattika inkorporata, il-kura kollettiva u l-impenn komunitarju. Ser tistabbilixxi wkoll il-pedament għal workshops, prestazzjonijiet, podcasts, wirjiet u attivitajiet parteċipattivi ġejjiena f’kuntesti Ewropej.

 

Benefiċjarja: Philip Leone Ganado

Numru ta’ Referenza: ICE51-26-9235

Titlu tal-Proġett: WhatsTheirNames Theatre – Verona Shakespeare Fringe Festival

Ammont mogħti: €15,000

WhatsTheirNames Theatre ġie mistieden biex jagħti wirjiet fil-Verona Shakespeare Festival li ser isir bejn l-20 u s-26 ta’Lulju fit-Teatro SS. Trinità f’Verona. Il-kumpanija ser tippremja Perikles f’Nofs Baħar, immaġinazzjoni mill-ġdid multilingwi ta’ Perikle bħala storja Mediterranja kontemporanja dwar il-migrazzjoni, is-sopravivenza u l-qawwa tar-rakkont tal-istejjer. Imtella’ bl-Ingliż, bil-Malti, bit-Taljan u bl-Għarbi, il-produzzjoni tgħaqqad mużika tradizzjonali lajv ma’ ensemble biex tirrifletti l-moviment tan-nies, il-kulturi u l-lingwi fil-Mediterran. Flimkien mal-prestazzjoni, il-kumpanija ser tinvolvi ruħha f’diskussjonijiet, sessjonijiet Q&As u avvenimenti ta’ networking ma’ artisti, studjużi u udjenzi. Il-festival jikkoinċidi mal-Kungress Dinji ta’ Shakespeare u huwa parti min-Netwerk Ewropew tal-Festivals ta’ Shakespeare u għaldaqstant joħloq opportunitajiet għal aktar skambji internazzjonali. WhatsTheirNames huwa kollettiv Malti b’għaxar snin esperjenza fil-ħolqien ta’ Shakespeare sempliċi u b’kast żgħir fi spazji mhux konvenzjonali. Dan il-proġett ser juri x-xogħol tiegħu internazzjonalment u jappoġġa kollaborazzjonijiet Ewropej ġejjiena.

 

 

Benefiċjarju: Christian Scicluna

Numru ta’ Referenza: ICE25-26-9114

Titlu tal-Proġett: Borderless Culture
Ammont mogħti: €12,724

L-attur Christian Scicluna jagħmel awdizzjoni u networking f’Los Angeles b’kollaborazzjoni ma’ Ignite Elite Artists u l-Lee Strasberg Theatre & Film Institute.

 

 

Benefiċjarja: Sam Vassallo

Numru ta’ Referenza: ICE43-26-9221

Titlu tal-Proġett: PONKS International Development – Korea & China 2026/2027

Ammont mogħti: €12,929

Il-kollettiv tal-arti kontemporanja bbażat f’Malta PONKS intgħażel biex jippreżenta fil-Biennale ta’ Gwangju 2026 fil-Korea t’Isfel u ser jattendi xahar residenza f’Organhaus, Chongqing, iċ-Ċina, fir-Rebbiegħa tal-2027. Il-proġett ta’ Gwangju, Rope Temple, huwa installazzjoni immersiva fuq skala kbira li tgħaqqad struttura tal-ħabel, il-ħoss, il-film u l-poeżija li tinvolvi aktar minn 100 poeta internazzjonali. Sewwasew qabel il-ftuħ ta’ Gwangju l-kollettiv ser jattendi il-Frieze Seoul biex jiżviluppa relazzjonijiet ta’ galleriji fis-suq Asjatiku. Ir-residenza ta’ Organhaus ser tkun perjodu ddedikat ta’ produzzjoni u riċerka li japprofondixxi l-impenn ta’ PONKS max-xena tal-arti kontemporanja Ċiniża. Flimkien, dawn iż-żewġ mumenti jimmarkaw pass sinifikanti fl-iżvilupp internazzjonali ta’ PONKS billi jibnu kredibbiltà istituzzjonali, preżenza fis-suq u produzzjoni artistika f’żewġ mill-aktar kuntesti kulturali dinamiċi tal-Asja. Din l-applikazzjoni titlob appoġġ għal spejjeż mhux koperti minn fondi eżistenti.

 

 

Skip to content