Ġie mniedi l-ewwel Legal and Finance Grant għas-setturi kulturali u kreattivi

Il-Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali, permezz tal-Kunsill Malti għall-Arti, ħabbar l-ewwel Legal and Finance Grant, miżura ġdida ta’ appoġġ li se tgħin lill-artisti, lill-prattikanti kreattivi u lill-organizzazzjonijiet kulturali għall-aċċess għal pariri professjonali legali u finanzjarji. Permezz ta’ din l-għotja l-ġdida, il-benefiċjarji jistgħu jingħataw sa massimu ta’ €3,000. L-għotja, li tfasslet wara konsultazzjoni mal-Malta Entertainment […]

Infetħu n-nominazzjonijiet għall-Premju għall-Arti 2026

Il-Kunsill Malti għall-Arti, fi ħdan il-Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali, ħabbar li nfetħu n-nominazzjonijiet għall-Premju għall-Arti 2026, ċelebrazzjoni nazzjonali tal-eċċellenza, l-innovazzjoni u l-kisbiet fis-setturi kulturali u kreattivi. L-edizzjoni tal-2026 se tirrikonoxxi xogħlijiet artistiċi, proġetti, produzzjonijiet, inizjattivi u kisbiet li ġew ippreżentati lill-pubbliku matul il-perjodu ta’ eliġibbiltà. Dawn jinkludu xogħlijiet artistiċi, programmi, wirjiet, produzzjonijiet teatrali, […]

Il-Kunsill Malti għall-Arti jsaħħaħ opportunitajiet internazzjonali għall-produtturi ta’ films Maltin

Il-masterclass ta’ pjan direzzjonali dwar il-koproduzzjoni li seħħet riċentament jagħmel parti minn programm usa’ ta’ inizjattivi li jappoġġjaw il-koproduzzjoni, l-istrateġiji għall-udjenza, u opportunitajiet internazzjonali għal professjonisti tal-iskrin lokali. Il-Kunsill Malti għall-Arti riċentament organizza Masterclass ta’ Pjan Direzzjonali dwar il-Koproduzzjoni għal produtturi u għal produtturi ta’ films Maltin bil-ħsieb li joffri appoġġ lil professjonisti tal-iskrin lokali […]

Il-Kunsill Malti għall-Arti jħabbar il-koorti tal-2026 għas-sitt edizzjoni ta’ Artivisti

Ħames kreattivi żgħażagħ magħżula għall-programm ta’ mentorship ta’ 18-il xahar Il-Kunsill Malti għall-Arti, b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ, ħabbar ir-riżultati għas-sitt edizzjoni ta’ Artivisti, b’ħames kreattivi żgħażagħ magħżula biex jingħaqdu mal-koorti tal-2026 għall-programm ta’ mentorship ta’ 18-il xahar. Il-programm jadotta approċċ ta’ ħidma fost iż-żgħażagħ li jiffoka fuq l-ilħna taż-żgħażagħ, il-parteċipazzjoni u l-iżvilupp personali. Il-parteċipanti magħżula huma […]

Malta Mistennija tagħmel Debutt Storiku b’BEJN / IN-BETWEEN fil-Biennale ta’ Gwangju 2026

Il-Padiljun ta’ Malta fil-Biennale ta’ Gwangju Horanggasy 5 ta’ Settembru – 15 ta’ Novembru 2026 Arts Council Malta, with the support of the Ministry for Arts, Culture, and the National Heritage, announces Malta’s first-ever participation in the Gwangju Biennale, one of Asia’s most prestigious platforms for contemporary art.  Is-16-il edizzjoni tal-Biennale, li se ssir mill-5 […]

Il-Kunsill Malti għall-Arti jospita l-ewwel Padiljun ta’ Malta fil-Festival tal-Films ta’ Cannes

Pass ieħor importanti li jkompli jsaħħaħ il-preżenza ta’ Malta fl-industrija globali tal-films Il-Kunsill Malti għall-Arti ospita l-ewwel Padiljun ta’ Malta fid-79 edizzjoni tal-Festival tal-Films ta’ Cannes. L-inizjattiva mmarkat tragward sinifikanti għas-settur awdoviżiv lokali ta’ Malta u pprovdiet preżenza dedikata f’waħda mill-ikbar laqgħat tal-films prestiġġjużi fid-dinja. Il-Padiljun ta’ Malta serva bħala punt fejn setgħu jiltaqgħu produtturi […]

Il-Kunsill Malti għall-Arti Jsaħħaħ il-Kollaborazzjoni Kulturali Ewropea Permezz tal-Ħatra tal-Bord tal-ENCC

Daniel Azzopardi Maħtur fil-Bord tal-ENCC Waqt l-Assemblea Ġenerali f’Lisbona Daniel Azzopardi, Direttur tal-Istrateġija fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti, ġie elett b’suċċess biex iservi fil-Bord tan-Netwerk Ewropew taċ-Ċentri Kulturali (ENCC) waqt l-Assemblea Ġenerali li saret f’Lisbona. Din il-ħatra taħbat mas-sħubija tal-KMA fin-netwerk, li jgħaqqad flimkien aktar minn 200 organizzazzjoni soċjokulturali minn madwar l-Ewropa. L-iżvilupp jirrifletti l-impenn […]

Jitqassmu €1 miljun fost 77 għaqda volontarja li jaħdmu fil-qasam tal-festi Maltin

Total ta’ €1 miljun ġew distribwiti biex jiġu mgħejuna 77 proġett differenti magħmula minn organizzazzjonijiet attivi f’setturi relatati mal-festi Maltin, inkluża l-mużika strumentali li tindaqq fil-festi, kif ukoll is-saħħa u s-sikurezza fil-kmamar tan-nar u l-armar artistiku fit-toroq ta’ Malta u Għawdex. L-iskema Wirt Artistiku hija mmaniġġjata mill-Kunsill Malti għall-Arti fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti […]

Jiftaħ uffiċjalment il-Padiljun ta’ Malta fil-Biennale ta’ Venezja 2026

Il-parteċipazzjoni ta’ Malta tirrifletti l-iżvilupp tal-arti kontemporanja f’Malta, u tenfasizza l-kapacita’ tal-artisti sperimentali u multidixxiplinari tagħha fix-xena internazzjonali. Il-Kunsill Malti għall-Arti ħabbar il-ftuħ uffiċjali tal-Padiljun ta’ Malta bħala parti mill-wirja prestiġġjuża tal-arti La Biennale di Venezia, fejn Malta qed tippreżenta No Need to Sparkle: Experiments in Love and Revolution fl-Arsenale. Ikkummissjonat mill-Kunsill Malti għall-Arti, il-padiljun […]

Il-Premju tal-Kunsill Malti għall-Arti fi ħdan is-Sovereign Art Foundation jingħata lil Christina Sciberras

L-artista żagħżugħa se tirċievi għotja ta’ €2,000 mill-Kunsill Malti għall-Arti biex tkompli t-taħriġ u l-edukazzjoni tagħha fl-arti viżiva. Il-Premju tal-Kunsill Malti għall-Arti fi ħdan is-Sovereign Art Foundation Students Prize Malta & Gozo ngħata lil Christina Sciberras, studenta fis-St Martin’s Institute of Higher Education, ghax-xogħol bit-titlu ta’ What Time Leaves Behind. Il-premju tħabbar minn Dr Nikki […]