Il-Kunsill Malti għall-Arti jingħaqad ma’ Pearle* – Live Performance Europe

Is-sħubija ssaħħaħ ir-rabtiet ta’ Malta mal-politika u n-networks professjonali Ewropej fis-settur tal-ispettakli diretti Il-Kunsill Malti għall-Arti ngħaqad ma’ Pearle* – Live Performance Europe, in-network Ewropew li jirrappreżenta organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet li jaħdmu fil-mużika, fl-arti tal-ispettaklu u fl-ispettakli diretti. Stabbilita fl-1991, Pearle* tirrappreżenta aktar minn 14,000 teatru, postijiet għall-kunċerti, kumpaniji tal-produzzjoni, orkestri, kumpaniji tal-opri, tal-ballett u […]

Il-Kunsill Malti għall-Arti jospita l-programm ta’ skambju internazzjonali Re:Create Europe li esplora l-politika kulturali permezz tal-ekosistema kulturali ta’ Malta

Il-programm ta’ ġimgħa laqqa’ prattikanti kulturali minn pajjiżi oħra mal-istituzzjonijiet, l-ispazji indipendenti, l-artisti u l-professjonisti kulturali f’Malta Il-Kunsill Malti għall-Arti dan l-aħħar ospita l-programm ta’ skambju internazzjonali Re:Create Europe f’Malta, programm imqassam fuq ġimgħa sħiħa li esplora l-politika kulturali, il-prattika artistika u r-reżiljenza permezz ta’ interazzjoni diretta mal-ekosistema kulturali ta’ Malta. Il-programm ittella’ bejn is-6 […]

Il-Kunsill Malti għall-Arti jappoġġa opportunitajiet għas-settur tal-films fil-Malta Comic Con 2026

Permezz tat-Taqsima għall-Films Domestiċi, il-kollaborazzjoni offriet aċċess għal diskussjonijiet dwar l-industrija u kompetenza esperta internazzjonali lill-professjonisti tal-films lokali Għal darb’oħra din is-sena, il-Kunsill Malti għall-Arti kellu l-pjaċir joffri l-appoġġ tiegħu lil Malta Comic Con 2026 filwaqt li kkollabora wkoll f’għadd ta’ attivitajiet immirati speċifikament għas-settur tal-films domestiċi ta’ Malta. Permezz tat-Taqsima għall-Films Domestiċi, il-Kunsill Malti […]

Il-Kunsill Malti għall-Arti jappoġġa lid-diretturi tal-films lokali permezz ta’ workshops intensivi dwar l-Iżvilupp tal-Udjenzi (Audience Design)

Sitt kumpaniji tal-produzzjoni Maltin ħadu sehem fl-inizjattiva mmexxija minn Síle Culley, il-konsulenta rikonoxxuta internazzjonalment tal-Iżvilupp tal-Udjenzi Il-Kunsill Malti għall-Arti kompla jespandi l-opportunitajiet għall-iżvilupp professjonali għas-settur tal-films domestiku ta’ Malta b’sensiela ta’ workshops intensivi dwar l-Iżvilupp tal-Udjenzi mmexxija minn Síle Culley, konsulenta rikonoxxuta internazzjonalment. Il-workshops, li kienu organizzati mit-Taqsima għall-Iżvilupp u l-Istrateġija tal-Films Domestiċi, ġabru flimkien […]

Tmien proġetti mogħtija appoġġ permezz tal-Fond tal-President għall-Kreattività

Il-fond ta’ €150,000 huwa mmaniġġjat b’mod konġunt mill-Uffiċċju tal-President u l-Kunsill Malti għall-Arti Tmien proġetti ġew mogħtija total ta’ €150,000 permezz tal-Fond tal-President għall-Kreattività tal-2026, li huwa mmaniġġjat b’mod konġunt mill-Uffiċċju tal-President u l-Kunsill Malti għall-Arti. Fil-qalba tat-tmien proġetti appoġġati hemm komunitajiet u esperjenzi li jistgħu faċilment ħafna jibqgħu fuq barra tan-norma kulturali. Il-proġetti ppremjati […]

Allokazzjoni ta’ finanzjament ta’ €1 miljun għat-tisħiħ tat-tagħlim tul il-ħajja fis-setturi kulturali u kreattivi ta’ Malta

Il-Kunsill Malti għall-Arti qed jintroduċi proġett ta’ bini tal-kapaċitajiet b’firxa wiesgħa li joffri taħriġ lokali speċjalizzat u għotjiet għal żvilupp professjonali barra minn Malta kif ukoll online. Il-Kunsill Malti għall-Arti qed jimplimenta inizjattiva maġġuri ta’ taħriġ appoġġjata minn allokazzjoni ta’ finanzjament ta’ €1 miljun. L-inizjattiva se ssaħħaħ il-ħiliet, il-kapaċità professjonali u r-reżiljenza fit-tul ta’ kull […]

Imħabbra r-riżultati tal-Iskema tal-Appoġġ għall-Arti u l-Iskema l-ġdida ta’ Appoġġ għall-Produzzjonijiet Teatrali

Tnejn u tletin proġett artistiku u teatrali se jirċievu investiment b’total ta’ €1.24 miljun permezz tal-iskemi ta’ finanzjament mill-Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali, permezz tal-Kunsill Malti għall-Arti. Total ta’ 23 applikant li għaddew l-istadji kollha b’suċċess se jirċievu €800,000 f’appoġġ permezz tal-Iskema tal-Appoġġ għall-Arti, u disgħa applikanti oħrajn se jirċievu €440,000 permezz tal-Iskema ta’ […]

Proġetti Maltin tal-arti performattiva jispikkaw f’avveniment f’Edinburgh

Prattikanti Maltin tal-arti performattiva ppreżentaw il-proġetti tagħhom lil professjonisti internazzjonali tal-industrija waqt avveniment ta’ pitching li ttella’ waqt il-Fringe Festival f’Edinburgh, fl-Iskozja. Dan bħala parti mill-programm ta’ żvilupp professjonali tal-Kunsill Malti għall-Arti, liema programm idum 18-il xahar u jħejji lill-prattikanti fl-arti performattiva għat-touring internazzjonali. Dan l-avveniment offra opportunità lill-artisti Maltin sabiex japplikaw xhur ta’ mentoring […]

Allokati €3 miljun biex jappoġġjaw proġetti awdjoviżivi

Wieħed u tletin proġett awdjoviżiv se jirċievu total ta’ €2,883,916 permezz tal-Iskema tal-Appoġġ għall-Iscreen hekk kif ġew imħabbra r-riżultati għall-Fergħat 1 sa 5. Il-proġetti magħżula jinkludu sitt proġetti ta’ kitba għall-iskrin, 12-il proġett fl-istadju tal-iżvilupp, erba’ films qosra, sitt produzzjonijiet twal u tliet programmi kulturali. Permezz ta’ dawn il-proġetti, qiegħda titwettaq wegħda elettorali oħra. Il-proġetti […]

Immanuel Mifsud ippreżentat bil-Midalja Ewropea Homer tal-Poeżija u l-Arti

Il-premju internazzjonali jirrikonoxxi l-kontribut tal-kittieb Malti għal-letteratura kontemporanja u jfakkar li l-kitba Maltija qiegħda tinfirex dejjem aktar. L-awtur u l-poeta Malti Immanuel Mifsud formalment ġie ppreżentat bil-Midalja Ewropea Homer tal-Poezija u l-Arti għall-2026. Il-midalja ġiet ippreżentata minn Dariusz Tomasz Lebioda, il-President tal-Midalja Ewropea tal-Poezija u l-Arti, waqt ċerimonja li saret fid-Domus Zamittello. Il-Ministru għall-Arti, il-Kultura […]