L-aħħar aħbarijiet kollha mill-Kunsill Malti għall-Arti
12 September 2025
Mit-23 sat-28 ta’ Settembru 2025, il-Festival tal-Films Ewropej tal-EUNIC jirritorna fil-Belt Valletta għall-ħames edizzjoni tiegħu. Organizzat mill-Cluster ta’ Malta tal-EUNIC (Istituti Nazzjonali tal-Unjoni Ewropea għall-Kultura), dan l-avveniment annwali jenfasizza l-qawwa tal-films biex iqanqlu djalogu u jmorru lil hinn mill-fruntieri. L-avveniment isaħħaħ l-importanza tad-diversità. Imtella’ fi Spazju Kreattiv, il-festival ta’ din is-sena jinkludi 11-il wirja fuq […]
9 September 2025
It-Tlieta’, 2 ta’ Settembru, fl-EXPO ta’ Osaka, il-Ġappun 2025, il-Padiljun ta’ Malta esebixxa l-installazzjoni ‘The Black Garment’, produzzjoni mill-istudjo tad-disinjatur Malti Luke Azzopardi. L-installazzjoni ‘The Black Garment’ hija ikkummissjonat mill-Kunsill Malti tal-Arti. ‘The Black Garment’ huwa proġett tal-moda li jesplora s-sinifikat kulturali u storiku profond tal-Għonnella Maltija, bħala kontinwazzjon tal-pubblikazzjoni ta’ Luke Azzopardi, ‘Għonnella: Deconstructing the Garment’ ippubblikata […]
5 September 2025
Is-sessjoni se tiffoka fuq l-arti, il-kultura u s-settur kreattiv fi ħdan l-erba’ pilastri strateġiċi tal-viżjoni ta’ Malta għall-2050. Il-Kunsill Malti għal-Arti qed iħeġġeġ lill-membri tal-pubbliku biex jattendu u jikkontribwixxu l-fehmiet tagħhom dwar il-viżjoni fit-tul ta’ Malta għall-2050 waqt sessjoni ta’ konsultazzjoni ddedikata u ffukata fuq l-arti, il-kultura u s-settur kreattiv. Is-sessjoni se tesplora kif is-settur […]
28 August 2025
22 applikant li laħqu l-kriterji meħtieġa qed jiġu miżjuda mal-lista ta’ proġetti li jibbenefikaw mill-iskema Il-Kunsill Malti għall-Arti, bħala parti mill-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, għadu kif ħabbar il-lista sħiħa ta’ 55 proġett li ser ikunu qed igawdu mill-fondi tal-Iskema ta’ Appoġġ għall-Iscreen taħt il-fergħat 1 – 5. L-iskema, li għalqet fil-15 ta’ April, oriġinarjament […]
5 August 2025
Il-Kunsill Malti għall-Arti se jkun qed jipparteċipa fil-Biennale prestiġġjuż ta’ Gwangju fil-Korea t’Isfel fl-2026, bil-proġett BEJN / IN-BETWEEN. Din se tkun l-ewwel darba li Malta se tkun qed tieħu sehem f’dan l-avveniment, li ġie stabbilit sew bħala wieħed mill-avvenimenti tal-arti kontemporanja ewlenin tal-Asja, u jservi ta’ pjattaforma għal artisti kontemporanji ewlenin sabiex jippreżentaw xogħol esperimentali […]
1 August 2025
Il-Kunsill Malti għall-Arti qed iniedi l-konsultazzjoni pubblika għall-iżvilupp taċ-ċiklu strateġiku li jmiss li se jwasslu sal-2030. Strateġija 2030 qed tiġi mfassla fuq il-bażi ta’ valutazzjoni bir-reqqa ta’ Strateġija 2025, li qed tiġi fi tmiemha, kif ukoll diskussjonijiet u analiżi fil-fond li qed jevalwaw il-kuntest attwali u jħarsu ’l quddiem biex jidentifikaw sfidi u opportunitajiet futuri […]
29 July 2025
Il-Ministru ghall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri varaw skema ta’ għajnuna finanzjarja għall-għaqdiet volontarji sabiex jingħataw appoġġ u sostenn pekunjarju b’rabta ma’ l-aspett taż-żamma tal-ordni fl-organizzar ta’ attivitajiet li jsiru minn żmien għal żmien fid-diversi komunitajiet. B’kollox se jkunu qed jiġu investiti €600,000 fuq firxa ta’ […]
16 July 2025
Wara li aktar kmieni dan ix-xahar il-Kunsill Malti għall-Arti nieda RETOLD—inizjattiva li permezz tagħha numru ta’ progetti minn artisti u kreattivi Maltin li għamlu suċċess barra minn xtutna fl-aħħar snin qed jintwerew hawn Malta biex jitgawdu mill-Maltin—illum tnieda l-proġett Revisiting Maleth, fil-Mużew tal-Istorja Naturali, l-Imdina. Revisiting Maleth hi l-verżjoni mtennija tal-proġett li rrappreżenta lil Malta […]
4 July 2025
Total ta’ 36 produttur tal-films Maltin se jibbenefikaw minn total ta’ €2 miljun f’investiment fil-proġetti tagħhom, hekk kif il-Kunsill Malti għall-Arti ħabbar il-lista ta’ proġetti magħżula taħt l-Iskema ta’ Appoġġ għall-Iskrin. Din l-iskema, li hija maqsuma f’ħames faxex, għandha l-għan li ssaħħaħ oqsma ewlenin fl-istess settur li ġew identifikati li għandhom bżonn prijoritizzazzjoni u appoġġ. […]
3 July 2025
Adrian Abela, Charlie Cauchi, u Raphael Vella se jkunu qed jippreżentaw lil Malta fl-Esebizzjoni Internazzjonali tal-Arti prestiġġjuża tal-Biennale di Venezia fl-2026. Stabbilita fl-1895, La Biennale di Venezia hija pjattaforma għall-esebizzjoni ta’ xogħlijiet ta’ artisti internazzjonali, u llum hija rikonoxxuta bħala waħda mill-aktar istituzzjonijiet kulturali prestiġġjużi. Il-61 edizzjoni tal-Biennale di Venezia se tinżamm mid-9 ta’ Mejju […]
2 July 2025
Jitħabbar il-bidu tal-proċess ta’ konsultazzjoni għas-Strateġija2030. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici nieda RETOLD – inizjattiva li permezz tagħha numru ta’ progetti minn artisti, u kreattivi Maltin li għamlu success barra minn xtutna fl-aħħar snin, qed jintwerew hawn Malta biex jitgawdew mill-Maltin. Din l-inizjattiva, li qed issir mill-Kunsill Malti għall-Arti, bdiet bl-ewwel proġett […]
1 July 2025
Inizjattiva li tiċċelebra l-libertà tal-espressjoni artistika u l-aċċess għall-kultura għal kulħadd f’Malta Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar it-tnedija ta’ kampanja nazzjonali ta’ għarfien immirata lejn il-promozzjoni tad-Dritt għall-Kultura. L-inizjattiva, li hija mmexxija mill-Kunsill Malti għall-Arti, tiċċelebra l-libertà tal-espressjoni artistika u l-aċċess għall-kultura għal kulħadd fejn tisħaq dwar l-importanza tal-parteċipazzjoni u l-aċċess […]
13 June 2025
Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħatar lil Dr Luke Dalli bħala Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti. Dr Dalli se jkun qiegħed jassumi dan l-irwol wara li Albert Marshall, li ta snin twal ta’ servizz dedikat u kiseb riżultati sinifikanti fil-promozzjoni u t-tisħiħ tas-settur kulturali u kreattiv f’Malta, għażel li jassumi rwol differenti […]
9 June 2025
L-avveniment ġab flimkien is-sitt kunsilli reġjonali ta’ Malta sabiex jesploraw l-aħjar prattiċi, sfidi, u kollaborazzjonijiet fl-iżvilupp kulturali Il-Kunsill Malti għall-Arti (KMA) ospita seminar reġjonali kulturali bil-mira li jġibu flimkien rappreżentanti mis-sitt kunsilli reġjonali ta’ Malta sabiex jiskambjaw ideat, jindirizzaw sfidi amministrattivi u kulturali, u jaqsmu studji ta’ każijiet fuq inizjattivi ta’ suċċess fi ħdan il-lokalitajiet […]
6 June 2025
Midalja mogħtija lill-aktar kontribut eċċellenti b’mod ġenerali Kummissarju: Il-Kunsill Malti għall-Arti It-Tim Kreattiv ta’ URNA: Andrew Borg Wirth, Anthony Bonnici, Matthew Attard Navarro, Thomas Mifsud, Anne Immelé, Stephanie Sant, Tanil Raif It-Tim tad-Direttorat tar-Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali fil-Kunsill Malti għall-Arti: Annabelle Stivala, Kap Eżekuttiv tad-Direttorat; Dr Romina Delia, Kap tar-Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali; Gracelynn Attard, Eżekuttiv tal-Appoġġ […]
5 June 2025
Malta rebħet il-midalja għall-aqwa Padiljun tal-London Design Biennale 2025 minn fost 50 esebitur minn madwar id-dinja, bl-installazzjoni URNA. Din hija t-tieni darba li Malta qed tieħu sehem f’dan il-Biennale prestiġjuż. URNA għandha tema u messaġġ kulturalment sinifikanti li jdur madwar il-kunċett tal-immaniġġjar tal-fdalijiet umani u tantiċipa, b’mod artistiku, l-adozzjoni tal-kremazzjoni fil-gżejjer Maltin. Din l-installazzjoni u […]
27 May 2025
📅 25 ta’ Ġunju | 🕕 18:00 | 📍 Sala Egmont fil-Fort Sant’Anġlu, il-Birgu Ingħaqad magħna għas-sessjoni ACMlab li jmiss li ser tiffoka fuq l-Involviment Komunitarju u Transsettorjali, b’ħarsa speċjali lejn l-Involviment u l-Iżvilupp tal-Udjenza u l-Komunità. Kif iddefinit mill-Kummissjoni Ewropea, dan hu: “proċess strateġiku, dinamiku u interattiv biex l-arti ssir aċċessibbli b’mod wiesa’. Dan […]
16 May 2025
Ġie ffirmat ftehim bejn il-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kunsilli Reġjonali ta’ pajjiżna li se jwassal għal inizjattiva fuq skala nazzjonali li se tiddokumenta l-wirt divers ta’ Malta u Għawdex, fil-forom varji tiegħu, sabiex ikompli jiġi ppreservat. Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici spjega fid-dettall din l-inizjattiva li se tiddokumenta u tiċċelebra elementi […]
15 May 2025
Investiment ta’ €1 miljun f’għajnuna lill-festi Maltin Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar il-benefiċjarji tal-Iskema għall-Wirt Artistiku 2025. Għal din is-sena ġie allokat investiment bla preċedent ta’ €1 miljun. Fl-ewwel sejħa, 83 applikant se jingħataw għotja ta’ €800,000 bħala appoġġ għall-Festa Maltija. It-tieni sejħa se tiġi mnedija f’Awwissu. Għal din is-sena […]
7 May 2025
Il-Kunsill Malti għall-Arti bħalissa qiegħed iwettaq eżerċizzju qasir ta’ Stħarriġ ta’ Riċerka dwar is-Suq biex jivvaluta l-kapaċità tas-suq li jipprovdi taħriġ imfassal apposta flimkien ma’ servizzi ta’ post u catering għas-Setturi Kulturali u Kreattivi (SKKs) f’Malta. Dan l-eżerċizzju jifforma parti mill-fażi preparatorja għal inizjattiva ffinanzjata mill-UE taħt il-programm FSE+ u jista’ jappoġġa l-pubblikazzjoni ta’ sejħa […]
5 May 2025
Permessi relatati mal-festa issa se jkunu jistgħu jinkisbu permezz ta’ pjattaforma ġdida Ġiet imnedija inizjattiva ġdida li se toffri servizz One-Stop-Shop lill-organizzazzjonijiet volontarji u l-persuni kollha involuti fl-organizzazzjoni tal-festi tradizzjonali. Din ġiet imnedija mill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali flimkien mal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Permezz ta’ pjattaforma ġdida se jiġi ssimplifikat il-proċess sabiex […]
2 May 2025
L-artisti Martina Georgina u Nina Gerada ser jibdew vjaġġi kreattivi ġodda fis-Soċjetà Maltija tal-Arti. Il-Kunsill Malti għall-Arti (KMA), b’kollaborazzjoni mas-Soċjetà Maltija tal-Arti (MSA), bi pjaċir iħabbar il-parteċipanti magħżula għat-tieni edizzjoni ta’ Variations on Emergence – il-Programm ta’ Residenza MSA x ACM, wara sejħa miftuħa. L-artisti magħżula huma Martina Georgina, artista performattiva multidixxiplinari, u Nina Gerada, […]
9 April 2025
Lokali Għal Globali huwa serje ta’ workshops maqsuma fi tliet partijiet fuq medda ta’ disat
ijiem. Il-programm huwa ddisinjat sabiex iforni lil produtturi ta’ films u professjonisti tat-televiżjoni
Maltin—speċjalment produtturi—bil-ħiliet neċessarji sabiex jespandu l-operat tan-negozju tagħhom
u sabiex jiżviluppaw vantaġġ kompetittiv fis-suq internazzjonali.
2 April 2025
New collaboration aims to boost visibility and professional development opportunities for creatives in the publishing industry
17 February 2025
Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici nieda l-linji gwida u r-regolamenti għall-Iskema għall-Wirt Artistiku 2025. Din l-iskema se tkompli tappoġġja l-għaqdiet kulturali u soċjali f’Malta u Għawdex, li jaħdmu b’mod volontarju biex isaħħu u jippreservaw it-tradizzjonijiet relatati mal-festi Maltin. Din l-iskema tkopri tliet kategoriji ewlenin: Soċjetajiet tal-Banda u Soċjetajiet Mużikali tal-Festa – […]
17 February 2025
Ċelebrazzjoni tal-eċċellenza tal-industriji kulturali u kreattivi ta’ Malta
17 February 2025
28 proġett ieħor relatat mal-festi ser jibbenefikaw mill-fondi ta’ din l-iskema
17 February 2025
L-artisti magħżula għall-ewwel Programm ta’ Residenza tal-Arti MSA x ACM li sar din is-sena ppreżentaw xogħlijiet bħala parti minn Variations on Emergence
17 February 2025
€1 miljun f’fondi investiti fi 23 proġett ċinematografiku permezz ta’ din l-iskema
17 February 2025
Għaxar apprendisti se jsegwu programm ta’ mentoring ma’ għaxar ospitanti
17 February 2025
Spazju Kreattiv ser jospita l-esebizzjoni But I See Beauty and Wonder... – esplorazzjoni li tqanqal il-ħsieb dwar il-kapaċità trasformattiva tal-arti li tikxef is-sbuħija fil-mhux mistenni. L-esebizzjoni kollettiva tidħol fil-fond dwar kif l-espressjoni artistika kapaċi tfassal mill-ġdid dak li spiss inqisu ikrah, inkwetanti, jew spjaċevoli billi tikxef faxxini u meravilji moħbija f’oġġetti u f’sitwazzjonijiet ta’ kuljum.
17 February 2025
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 jirritorna bl-45 edizzjoni tiegħu li ser issir mis-6 sal-10 ta’ Novembru fl-MFCC, Ta’ Qali. Il-festival ta’ din is-sena għandu t-tema #bindingworlds – riflessjoni tal-vjaġġ b’bosta aspetti tal-proċess tal-pubblikazzjoni, mill-bidu ta’ idea sal-prodott finali.
17 February 2025
l-Karta Nazzjonali għall-Istatus tal-Artisti tnediet waqt avveniment ta’ jumejn organizzat mill-Kunsill Malti għall-Arti
17 February 2025
Imnedija l-Karta għall-Istatus tal-Artisti
17 February 2025
Skema mfassla biex tipprovdi esperjenzi kulturali u artistiċi professjonali ta’ kwalità għolja lill-istudenti, mill-kindergarten sal-iskejjel post-sekondarji
17 February 2025
Sensiela ta’ inizjattivi edukattivi ser isiru flimkien ma’ attivitajiet oħra.
17 February 2025
Id-Direttur tal-Finanzjament u l-Istrateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti hi l-ewwel Maltija li rċeviet din il-ħatra prestiġjuża
14 February 2025
Is-7 edizzjoni tal-World Summit on Arts and Culture se ssir f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta bejn it-18 u l-21 t’Ottubru 2016.
14 February 2025
Il-Kunsill Malti għall-Arti jħabbar li fetħu l-applikazzjonijiet għall-kompetizzjoni Nazzjonali tal-Presepji tal-Milied.
14 February 2025
Il-Kunsill Malti għall-Arti ser jorganizza l-ewwel konferenza nazzjonali tiegħu li tenfasizza l-fokus strateġiku tal-Kunsill għall-ħames snin illi ġejjin.
29 January 2025
Kollaborazzjonijiet mal-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali u l-Fondazzjoni għall-Artiġjanat Malti biex isaħħu l-professjonalità u s-sostenibbiltà tal-komunità kreattiva
27 November 2024
Is-seba’ edizzjoni ser ikollha 14-il kategorija kompetittiva b’5 proġetti magħżula biex jiġu magħżula bħala finalisti u 3 kategoriji ta’ unuri.