Id-Direttur tal-Finanzjament u l-Istrateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti (KMA) Mary Ann Cauchi nħatret direttur tal-bord tal-Istituti Nazzjonali tal-Kultura tal-UE (EUNIC). Malta ilha membru ta’ dan in-netwerk Ewropew tul l-aħħar 10 snin. Din hi l-ewwel darba li hemm rappreżentanza Maltija fuq dan il-bord – riżultat tal-impenn sod tal-KMA għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali, l-inklużività u t-trawwim ta’ kollaborazzjonijiet fix-xena globali.
L-EUNIC għandu l-għan li jrawwem il-kollaborazzjoni kulturali Ewropea permezz tal-preżenza tiegħu f’aktar minn 100 pajjiż madwar id-dinja b’netwerk ta’ 140 raggruppament billi juża l-esperjenza wiesgħa tal-membri tal-bord. Bl-għoti ta’ appoġġ lir-rwol prominenti tal-kultura fir-relazzjonijiet internazzjonali u bis-saħħa tas-sħubija strateġika mal-UE dan in-netwerk jistinka biex jibni il-fiduċja u l-fehim bejn in-nies tal-Ewropa u d-dinja usa’.
B’mod li jirrifletti l-approċċ meħud mill-Istrateġija 2025 l-EUNIC jieħu l-aktar fehim wiesa’ possibbli tal-kultura biex fost oħrajn jinkludi l-arti, l-industriji kreattivi, il-koperazzjoni għall-iżvilupp, id-diġitalizzazzjoni, l-edukazzjoni, il-ġeneru, il-patrimonju, id-drittijiet tal-bniedem, il-lingwa u l-multilingwiżmu, l-inklużjoni soċjali, is-sostenibbiltà, it-turiżmu u ż-żgħażagħ.
B’mod li jirrifletti l-approċċ meħud mill-Istrateġija 2025 l-EUNIC jieħu l-aktar fehim wiesa’ possibbli tal-kultura biex fost oħrajn jinkludi l-arti, l-industriji kreattivi, il-koperazzjoni għall-iżvilupp, id-diġitalizzazzjoni, l-edukazzjoni, il-ġeneru, il-patrimonju, id-drittijiet tal-bniedem, il-lingwa u l-multilingwiżmu, l-inklużjoni soċjali, is-sostenibbiltà, it-turiżmu u ż-żgħażagħ.
“Il-viżjoni tiegħi għar-rwol ta’ Malta fi ħdan l-EUNIC tenfasizza l-isfruttar tal-pożizzjoni ġeostrateġika u politika ta’ Malta biex narrikkixxu l-istrateġija tagħha u nrawmu tapizzerija kulturali aktar diversa fl-organizzazzjoni. Malta tinsab f’pożizzjoni tajba biex ixxerred u tippromwovi b’mod effettiv ir-rikkezza ta’ programmi, politiki u strateġiji ta’ implimentazzjoni offruti min-netwerk espansiv tal-EUNIC.
“Billi namplifika l-oqfsa u l-mentalitajiet u nappoġġa d-diversità kulturali għandi l-għan li nsaħħaħ il-preżenza ta’ stati iżgħar fi ħdan l-EUNIC u nwitti t-triq għal titjib fil-komunikazzjoni u fehim reċiproku bejn membri iżgħar bħal Malta u l-kontropartijiet tagħhom ta’ daqs medju u akbar,” temmet tgħid Cauchi.
Id-diskors ta’ aċċettazzjoni ta’ Cauchi ċċentra fuq l-identità Maltija u Mediterranja u l-karatteristiċi personali li biħsiebha tuża fl-istrateġija tagħha biex tappoġġa u twessa’ l-viżjoni tal-EUNIC. Filwaqt li semmiet il-libertà tal-espressjoni, ir-relazzjonijiet kulturali u d-dritt għall-kultura fost il-kunċetti li jmexxuha, Cauchi żiedet tgħid li għandha wkoll l-għan li tkun katalista għall-bidla permezz ta’ bosta valuri kruċjali li ser jgħinuha fl-isforzi tagħha biex twettaq l-objettivi tal-EUNIC, fosthom id-difiża, il-komunikazzjoni u d-djalogu miftuħ.
Tul għadd ta’ snin Malta kkollaborat mill-qrib ħafna ma’ din in-netwerk tal-UE billi ħadet sehem f’avvenimenti Internazzjonali tal-EUNIC u ngħaqdet ma’ diversi gruppi tal-EUNIC madwar id-dinja permezz ta’ sforzi kollaborattivi ma’ Ambaxxati Maltin u Kummissjonijiet Għolja barra l-pajjiż. Barra minn hekk il-KMA hu involut ukoll fil-Malta EUNIC Cluster illi jorganizza Festival tal-Films fuq bażi annwali. Il-ħatra ta’ Cauchi mistennija tkompli ssaħħaħ din is-sħubija u toħloq opportunitajiet ġodda għat-tkabbir u l-kollaborazzjoni kondiviża.
Għal aktar informazzjoni żur www.artscouncil.mt u www.eunicglobal.eu.