Titnieda RETOLD – numru ta’ progetti minn artisti lokali li għamlu success barra minnxtutna qed jintwerew f’pajjiżna

Artwork title, Artist name, YYYY

Published on 2 July 2025

Jitħabbar il-bidu tal-proċess ta’ konsultazzjoni għas-Strateġija2030.

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici nieda RETOLD – inizjattiva li permezz tagħha numru ta’ progetti minn artisti, u kreattivi Maltin li għamlu success barra minn xtutna fl-aħħar snin, qed jintwerew hawn Malta biex jitgawdew mill-Maltin.


Din l-inizjattiva, li qed issir mill-Kunsill Malti għall-Arti, bdiet bl-ewwel proġett – Urban Fabric – li qed jiġi esibit fil-Foss tal-Imdina. Il-Ministru Bonnici spjega kif RETOLD twettqet wara li l-Gvern, flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti, ħass il-ħtieġa li jqarreb dejjem aktar dawn l-oqsma tal-arti u l-kultura lejn ilpoplu.
“Permezz ta’ din l-inizjattiva, il-poplu jkun aktar konxju mhux biss tal-ħafna xogħol, siewi, li qed iseħħ f’dawn l-oqsma, iżda l-poplu jgawdi hu wkoll mix-xogħlijiet ta’ valur tant għoli li joħolqu l-artisti u l-kreattivi, Maltin u Għawdxin”, qal Dr Bonnici.


Il-Ministru Bonnici spjega kif “inizjattivi bħal RETOLD jagħtu pjattaforma xierqa, lill-artisti u kreattivi lokali, ġewwa pajjiżna stess.10 snin wara t-twaqqif tal-Kunsill Malti għall-Arti, llum ninsabu f’sitwazzjoni fejn l-artist lokali mhux biss qed jagħmel suċċess f’pajjiżu stess, imma saħansitra qed jibbrilla barra minn xtutna”.

Luke Dalli, ic-Ċermen Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti, qal li permezz ta’ RETOLD – It-talent u l-ħiliet tal-artisti Maltin, mhuwiex skoperta tal-lum, iżda realtà, li ħawret dawn il-gżejjer għal mijiet u eluf ta’ snin. Ir-rwol tal-Kunsill malti għall-arti f’dan kollu, huwa li jgħin dawn it-talenti jilħqu l-milja tagħhom u li jiġu ċelebrati bl-aħjar mod possibbli. “Għaldaqstant, issa wasalna għal pass ieħor importanti, fejn qegħdin inwittu t-triq għassnin li ġejjin, permezz tal-bidu ta’ konsultazzjoni mas-settur dwar l-
Istrateġija2030,” ħabbar Dalli. Hu temm id-diskors tiegħu billi rringrazzja lil Albert Marshall, il-ġredeċessur tiegħu talli ħalla warajh ekosistema sana u pożittiva li fuqha ser inkomplu nibnu id-dar naturali tal-artisti u kreattivi Maltin u Għawdxin.

Albert Marshall, iċ-Chairman uxxenti tal-Kunsill Malti tal-Arti, qasam il-ħsibijiet tiegħu permezz ta’ messaġġ bil-vidjo. Huwa rringrazzja lill-artisti u l-prattikanti kreattivi kollha li qed jagħmlu dan il-proġett possibbli, u stqarr li “RETOLD huwa mument sinifikanti li jiċċelebra l-kreattività Maltija b’mod li jressaqha eqreb lejn il-pubbliku, u jimmarka għaxar snin ta’ impenn lejn l-arti u l-kultura.”


Annabelle Stivala, l-Executive Head fi ħdan id-Direttorat tar-Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali tal-Kunsill Malti għall-Arti, spjegat kif RETOLD huwa tragward importanti kemm għall-Kunsill Malti għall-Arti iżda wisq aktar, għall-qasam tal-arti f’pajjizna.


“Okkazjoni unika li tagħti dinjità xierqa lill-artist Malti, għax ma hemm xejn isbaħ milli lbiedem ikun apprezzat min-niesu stess. Permezz ta’ RETOLD, issa bdejna kaptilu ġdid filqasam tal-arti f’pajjiżna, fejn filwaqt li nindukraw dak li għandna, u nagħtu lgħodda kollha meħtieġa biex inxettlu suċċessi oħra, iżda b’mod specjali naraw li nqarrb u l-arti Maltija lejn il-poplu Malti, Bħala Direttorat, aħna impenjati li nkomplu nagħtu laqwa pjattaforma biex artisti Maltin jimirħu u jagħmlu suċċess mad-dinja kollha,” stqarret
Stivala.


Il-Perit Matthew Casha, f’isem il-progett Urban Fabric, fisser kif Urban Fabric jerġa’ jikkontestwalizza l-qalba tradizzjonali tar-raħal Malti billi jgħaqqad żewġ elementi – lippjanar tradizzjonali tal-belt u t-tradizzjoni Feniċja-Maltija tal-produzzjoni u ż-żebgħa tad-drapp. L-installazzjoni tuża injam, ġebel riċiklat u drapp organiku li huwa sostenibbli u ċċertifikat ekoloġiku bħala l-komponenti ewlenin tagħha. Dan huwa skont l-etos talartisti tar-riċiklabbiltà u l-kuxjenza ekoloġika. Dawn il-komponenti joħolqu tqassim ‘bħal ta’ triq’ li jippermetti lit-telespettatur jinteraġixxi direttament mal-installazzjoni.

Il-proġetti li jagħmlu Retold huma:


Urban Fabric – jikkontestwalizza l-qalba tradizzjonali tar-raħal Malti billi jgħaqqad żewġ elementi — l-ippjanar tradizzjonali tal-belt u t-tradizzjoni Feniċja-Maltija tal-produzzjoni u ż-żebgħa tad-drapp. Dan il-proġett kien esebit fil-Biennale tad-Disinn ta’ Londra , u kien l-ewwel proġett li ttella’ minn Malta f’dan il-Biennale prestiġjuż. Dati tal-wirja: 30 ta’ Ġunju sat-2 ta’ Awwissu. Post: Il-Foss tal-Imdina

Revisiting Maleth – jevoka l-origini primordjali tal-ezistenza tal-gzira, l-origini storici taghha u l-prezenza spazjali taghha fir-realtà kontemporanja fil-Bahar Mediterran. Dan ilprogett kien esebit fil-Biennale ta’ Venezja. Dati tal-wirja: 15 ta’ Lulju sal-31 ta’ Awwissu. Post: Il-Mużew tal-Istorja Naturali l-Imdina.


URNA – il-proġett rebbieħ tal-Biennale tad-Disnn ta’ Londra tal-2025, proġett innovattiv li jesplora s-suggett ahaxxinanti u distint tal-kremazzjoni. Dati tal-wirja: minn Settembru sa’ Novembru. Post: Ħaġar Qim, il-Qrendi.


The Ship (unseen) – jibni fuq u jimmaġina mill-ġdid il-kunċetti esplorati f’I WILL FOLLOW THE SHIP, esebit fil-Biennale ta’ Venezja. Dati tal-Wirja: mill-4 ta’ Ottubru sa Novembru. Post: Il-Palazz ta’ Inkwiżitur, il-Birgu..

Homo Melitensis – din il-verzjoni ta’ Homo Melitensis fl-2025, tipprovdi investigazzjoni aktar kompatta iżda inċiżiva fil-proċess perenniment mhux komplut tal-kostruzzjoni talidentità f’Malta. Proġett esebit fil-Biennale ta’ Venezja. Dati tal-wirja: 3 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Ottubru. Post: MUŻA, il-Belt Valletta..

ARCANGELO SASSOLINO: Diplomazija Astuta – Conflict: Fire, Steel and Paper – din il-verżjoni ta’ Diplomazija Astuta, toħodna lura biex nesploraw l-istallazzjoni magħmula mis-sħana, metall, nar, ilma u karta. Proġett esibit fil-Biennale ta’ Venezja. Dati tal-wirja: 9 ta’ Ottubru sat-3 ta’ Jannar. Post: Victor Pasmore Gallery, il-Belt Valletta. Għal aktar informazzjoni fejn se jkunu esebiti dawn il-progetti, inħeġġuk tinktieb għallittraħbar tagħna, u ssegwi s-siti soċjali, kif ukoll iżżur https://artscouncilmalta.gov.mt/retold.

Skip to content