Adrian Abela, Charlie Cauchi, u Raphael Vella se jkunu qed jippreżentaw lil Malta fl-Esebizzjoni Internazzjonali tal-Arti prestiġġjuża tal-Biennale di Venezia fl-2026. Stabbilita fl-1895, La Biennale di Venezia hija pjattaforma għall-esebizzjoni ta’ xogħlijiet ta’ artisti internazzjonali, u llum hija rikonoxxuta bħala waħda mill-aktar istituzzjonijiet kulturali prestiġġjużi. Il-61 edizzjoni tal-Biennale di Venezia se tinżamm mid-9 ta’ Mejju sat-22 ta’ Novembru, 2026.
No Need to Sparkle: stedina biex wieħed iċedi għall-inċertezza u jabbraċċa ‘li tiddubita tajjeb’ bħala filosofija għaż-żminijiet instabbli tagħna.
Il-paviljun jipproponi spazju li jmur kontra l-konvinzjonijiet qawwija politiċi, u minflok jitfa’ l-fidi tiegħu f’inċertezza radikali. No Need to Sparkle teżisti f’triangolazzjoni ta’ sistemi ta’ twemmin li qed jiddiżintegraw quddiem għajnejna. Tliet xogħlijiet jippreżentaw finzjonijiet u realtajiet jinbidlu, li jeħduna fuq toroq mhux antiċipati. Sija konvinzjonijiet u sija twemmin jiċċirkondaw kull xogħol iżda jitilfu s-sinifkat tagħhom hekk kif temi u suppożizzjonijiet universali ta’ tajjeb u ħażin, identità, u selfhood jiġu żmantellati sistematikament u b’eleganza.
Nota fuq l-Artisti
Adrian Abela studja l-arkitettura u l-inġinerija ċivili f’Malta u Milan u rċieva MFA fl-iskultura minn UCLA. Bħalissa jgħix u jaħdem f’Los Angeles.
Charlie Cauchi huwa artist u produttur tal-films Malti interdixxiplinarju li x-xogħlijiet tiegħu jinkorporaw rakkuntar viżwali, advocacy, u esplorazzjoni kulturali.
Raphael Vella ilu attiv bħala artist u kuratur għal numru ta’ snin u bħalissa huwa Professur tal-Edukazzjoni tal-Arti u Arti Soċjalment Impenjata fl-Università ta’ Malta.
Nota fuq it-Tim Kuratorjali
B’aktar minn 20 sena esperjenza fis-settur tal-arti, il-Kuratriċi Margerita Pulè żviluppat prattika kuratorjali distinta u professjonali li hija politikament involuta, ibbażata fuq ir-riċerka, u speċifika għall-kuntest. Il-Ġestitur tal-Proġett Tamara Burr hija ġestitur tal-istudio stabbilita, b’ħiliet fil-kordinazzjoni u l-operat ta’ proġetti. Il-Produttur huwa Unfinished Art Space, filwaqt li R Gallery , filwaqt li Mark Sullivan u Julian Vassallo, f’isem SON Architecture Studio, huma l-periti. Weexhibit huwa t-Tim ta’ Produzzjoni. Alexandra Pace hija d-Disinjatur Grafiku. huwa l-Produttur Assoċjat. Kathrine Maj hija responsabbli għall-Programm ta’ Sensibilizzazzjoni u l-Ġbir ta’ Fondi filwaqt li Mark Sullivan u Julian Vassallo, f’isem SON Architecture Studio l-periti. Weexhibit huwa Tim ta’ Produzzjoni. Alexandra Pace hija d-Disinjatur Grafiku.
Il-Bord tal-Evalwazzjoni
Il-membri tal-bord kienu:
Dr Katya Micallef, Kuratriċi Prinċipali tal-Arti Moderna u Kontemporanja f’MUŻA
Perit Adrian Mamo, Direttur Artistiku tat-Teatru Manoel, President tas-Soċjetà Maltija tal-Arti
Daniel Azzopardi, Direttur Artistiku ta’ Spazju Kreattiv, iċ-Ċentru Nazzjonali ta’ Malta għall-Kreattività
“In Minor Keys”
Il-61 Biennale di Venezia, li se jinżamm fl-2026, se jkun intitolat ‘In Minor Keys’, u kkurat mill-mibkija Koyo Kouoh. It-tema, li ntgħażlet minn Kouoh, tesplora spazji fi ħdan ‘minor keys’ fil-mużika, u tiffoka fuq l-aspetti poetiċi, sensorjali, u eterjali li ħafna drabi nassoċjaw magħhom. Din l-esebizzjoni għandha l-għan li toħloq konnessjoni ma’ “frekwenzi tar-ruħ” u ssib soljiev, tama, u traxxendenza f’dawn l-ispazji, u billi tuża l-minor key bħala allegorija għal reżistenza kwieta permezz tal-arti kontemporanja.
Wara assenza ta’ 17-il sena, Malta rritornat fil-Biennale di Venezia fl-2017 bil-Paviljun Nazzjonali tagħha. Malta reġgħet irritornat fl-2019, l-2022, u l-2024. Qabel dan, kienet ipparteċipat fl-esebizzjoni speċjali t’artisti Maltin fl-1958 u b’Paviljun Nazzjonali fl-1999. Kemm il-Paviljun ta’ Malta tal-2017 (Homo Melitensis: An Incomplete Inventory in 19 Chapters), il-Paviljun ta’ Malta tal-2019 (Maleth / Haven / Port – Heterotopias of Evocation), u l-Paviljun ta’ Malta tal-2022 (Diplomazija Astuta), kif ukoll l-Paviljun ta’ Malta tal-2024 (I Will Follow the Ship), irċevew akklamazzjoni mill-midja internazzjonali, u akkwistaw ħafna tifħir u diversi rikonoxximenti mill-midja.
Il-Kunsill Malti għall-Arti—taħt l-awspiċi tal-Ministeru għall-Arti, l-Artijiet u l-Gvern Lokali—huwa l-kummissjonant tal-Paviljun ta’ Malta fil-Biennale di Venezia.
Applications deadline: 6th May 2025
Ritratt minn Shutterstock