Lokali Għal Globali

Artwork title, Artist name, YYYY

Published on 9 April 2025

Lokali Għal Globali huwa serje ta’ workshops maqsuma fi tliet partijiet fuq medda ta’ disat ijiem. Il-programm huwa ddisinjat sabiex iforni lil produtturi ta’ films u professjonisti tat-televiżjoni Maltin—speċjalment produtturi—bil-ħiliet neċessarji sabiex jespandu l-operat tan-negozju tagħhom
u sabiex jiżviluppaw vantaġġ kompetittiv fis-suq internazzjonali.

Il-workshops se jipprovdu esperjenza tanġibbli u gwida esperta f’aspetti ewlenin tal-produzzjoni tal-films u t-televiżjoni lill-parteċipanti, inkluż żvilupp tal-proġetti, finanzjament, u distribuzzjoni, b’enfasi partikolari fuq
intelliġenza artifiċjali (AI) bħala għodda moderna għal suċċess fl-industrija.

Oqsma Ewlenin ta’ Fok

  • Żvilupp & Dehra – Fehim ta’ kif wieħed jibni qafas ta’ żvilupp b’saħħtu u kif effettivament
    joħloq id-dehra mixtieqa għall-proġetti tiegħu. (Online)
  • Finanzjament & Produzzjoni – Tagħlim fuq strutturi ta’ finanzjament, pjanar ta’ baġits, u
    workflows ta’ produzzjoni. (Online)
  • Distribuzzjoni, Reklamar, & AI – Esplorazzjoni ta’ strateġiji ta’ distribuzzjoni, l-essenzjali
    fir-reklamar, u l-impatt tal-AI fuq l-industrija. (In persona)

Parteċipanti fil-mora tal-programm

l-programm hu miftuħ għal professjonisti minn diversi saffi tal-industrija tal-films u tat-televiżjoni
Maltija:

  • L-1 SAFF: Kumpaniji Lokali tal-Produzzjoni impenjati li jiżviluppaw Proprjetà Intelettwali (IP)
    u proġetti ffukati fuq dehra lil hinn mill-mudell ta’ servizz tagħhom.
  • It-2 SAFF: Produtturi individwali, inkluż line producers u maniġers ta’ units li għandhom
    l-għan li jistabbilixxu kumpanija ta’ produzzjoni u li jiżviluppaw sensiela ta’ proġetti
    tat-televiżjoni u tal-films.
  • It-3 SAFF: Kittieba, Diretturi, Kittieba-Diretturi, u produtturi tal-films ‘below-the-line’, inkluż
    Kapijiet ta’ Dipartimenti (HODs).
  • Ir-4 SAFF: Eżekuttivi u amministraturi governattivi li jaħdmu fi ħdan l-industrija
    tad-divertiment tal-iscrin Maltija.
  • Il-5 SAFF: Servizzi t’appoġġ, inkluż avukati u kontabilisti b’relevanza għall-industrija.

Rekwiżiti tal-Applikazjoni:

L-applikanti jridu jissottomettu d-dokumenti li ġejjin:

  1. Dettalji Personali: Isem, Indirizz, Nazzjonalità.
  2. CV/Bijografija & Filmografija: Turija ta’ esperjenza fl-industrija relevanti.
  3. Dikjarazzjoni ta’ Intenzjoni (Paġna 1): Spjegazzjoni ta’ għala l-applikant jixtieq
    jipparteċipa u kif din se timpatta l-karriera jew il-kumpanija tiegħu.
  4. Dettalji tal-Proġett jew ta’ Sensiela ta’ Proġetti:
    A: Għal Kumpaniji: L-iżvilupp tas-sensiela, inkluż sommarji, trattamenti, u decks (jekk
    disponibbli).
    B. Għal Individwi: Proposta dettaljata ta’ proġett li qed jiġi żviluppat (meħtieġa
    sommarju/trattament/deck).
  5. Limitazzjoni tan-Numru ta’ Parteċipanti: Massimu ta’ 20 parteċipant se jintgħażlu abbażi
    tas-saħħa tal-proposta tal-proġett tagħhom, kif ukoll l-esperjenza u l-koerenza
    tad-dikjarazzjoni tagħhom.
  6. Kunsiderazzjonijiet Finanzjarji: Filwaqt li m’hemmx miżata għall-parteċipazzjoni,
    il-parteċipanti magħżula jridu jkopru l-ispejjeż individwali tagħhom tal-ivjaġġar
    għas-sessjonijiet li se jsiru in persona.

Dati u Notamenti Ewlenin

  • Ftuħ tal-Applikazzjonijiet: 9 t’April, 2025
  • Data tal-Iskadenza tal-Applikazzjonijiet: 30 t’April, 2025
  • Il-parteċipanti jridu jkunu disponibbli għad-9 sessjonijiet kollha
  • Is-sessjonijiet online u in persona se jiġu rrikordjati għal skopijiet edukattivi.
  • Parteċipant wieħed biss minn kull tim jista’ jingħaqad mas-sessjonijiet online f’kwalunkwe
    waqt. Il-membri tat-tim iridu jeqilbu l-attendenza skont il-bżonn.
  • Agħfas hawn biex tniżżel il-linji gwida
  • Jekk inti interessat, jekk jogħġbok ibgħat id-dokumentazzjoni meħtieġa fuq
    filmunit.acm@artscouncil.mt sabiex tapplika.

Skip to content