Il-Kunsill Malti għall-Arti jospita seminar reġjonali fuq l-implimentazzjoni tal-istrateġija kulturali

Artwork title, Artist name, YYYY

Published on 9 June 2025

L-avveniment ġab flimkien is-sitt kunsilli reġjonali ta’ Malta sabiex jesploraw l-aħjar prattiċi, sfidi, u kollaborazzjonijiet fl-iżvilupp kulturali

Il-Kunsill Malti għall-Arti (KMA) ospita seminar reġjonali kulturali bil-mira li jġibu flimkien rappreżentanti mis-sitt kunsilli reġjonali ta’ Malta sabiex jiskambjaw ideat, jindirizzaw sfidi amministrattivi u kulturali, u jaqsmu studji ta’ każijiet fuq inizjattivi ta’ suċċess fi ħdan il-lokalitajiet tagħhom.

Is-seminar ta’ nofs ġurnata ffoka fuq it-tisħiħ ta’ kollaborazzjoni bejn ir-reġjuni filwaqt li jippromwovi l-prinċipji tal-Istrateġiji Kulturali Reġjonali introdotti fl-2022. Filwaqt li serva bħala pjattaforma għal networking, is-seminar stieden lill-parteċipanti biex jirriflettu fuq il-progress, għodda ta’ skambju sabiex jikkumbattu l-marġinalizzazzjoni, u jinkoraġġixxu parteċipazzjoni pubblika usa’ fil-politika u prattika kulturali.

Mary Ann Cauchi, is-COO għall-Finanzjament & Strateġija tal-KMA, qalet: “Din l-inizjattiva taċċenna direttament fuq il-prijoritajiet strateġiċi indikati fl-Istrateġija 2025, partikolarment dawk li jikkonċernaw involviment tal-komunità, governanza inklussiva, u tisħiħ reġjonali. Billi jinħalaq spazju għar-riflessjoni u l-iskambju bejn kunsilli reġjonali, aħna qed nappoġġjaw il-viżjoni fit-tul ta’ diċentralizzazzjoni tal-iżvilupp kulturali u nrawwmu l-innovazzjoni permezz tal-kollaborazzjoni.”

“Din l-inizjattiva tirrijinforza l-irwol tal-kunsill reġjonali bħala komunità ta’ prattika li tintegra l-kultura u l-arti fi ħdan is-soċjetà ċivili, filwaqt li tirrispondi għall-bżonn ta’ involviment strateġiku kulturali fit-tul fuq livelli reġjonali.”

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, l-Onorevoli Alison Zerafa Civelli, qalet li workshops bħal dan jgħinu sabiex jitfassal żvilupp kulturali tal-aqwa kwalità. Irridu napprezzaw fejn wasalna u nagħrfu fejn morna tajjeb, nirrikonoxxu fejn żbaljajna u naraw fejn irridu naslu. Fl-istess ħin għandna li naqsmu l-idejat bejn Reġjun u ieħor biex nitgħallmu flimkien u b’hekk naffaċċjaw l-isfidi ġodda. Hija żiedet li permezz ta’ policies u pjanijiet strateġiċi, qed inqarrbu l-kultura lejn in-nies fil-lokalitajiet tagħna.

Id-diskussjonijiet esploraw studji ta’ każijiet tal-aħjar prattiċi reġjonali fl-iżvilupp kulturali, u ġabru riflessjonijiet minn reġjuni li preċedentament kellhom it-titlu ta’ Reġjun tal-Kultura, u ġew murija wkoll preżentazzjonijiet minn reġjuni li se jkunu qed jieħu dan it-titlu. Il-programm ukoll indirizza sfidi assoċjati mal-implimentazzjoni tal-Istrateġiji Kulturali Reġjonali, u kkunsidra opportunitajiet għal kollaborazzjonijiet mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, kif ukoll introduċa inizjattiva ġdida tal-immappjar iddisinjata biex issaħħaħ l-ippjanar kulturali reġjonali.

Dan l-avveniment ġab miegħu firxa wiesa’ ta’ partijiet interessati, inkluż uffiċjali mill-Kunsill Malti għall-Arti, rappreżentanti tal-kunsilli reġjonali minn madwar Malta u Għawdex, delegati mill-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet, u l-Gvern Lokali, kif ukoll kontributuri ewlenin oħra għall-iżvilupp reġjonali kulturali.

Għak aktar informazzjoni żur www.artscouncil.mt.

Ritratti: Ruben Parnis

Skip to content