Skema ta’ Appoġġ għall-Gazzetti

L-għan tal-Iskema ta’ Appoġġ għall-Gazzetti hija li tagħti appoġġ għall-assigurazzjoni ta’ kwalità relatata mal-arti, il-kultura, u l-wirt nazzjonali f’gazzetti stampati. L-iskema, li hi mgħarrfa bis-sitwazzjoni preżenti tas-settur f’dak li għandu x’jaqsam ma’ riżorsi finanzjarji u umani limitati, hi mmirata li tappoġġja u tiffaċilita modiu mezzi sabiex tindirizza dawn l-isfidi msemmija hawn fuq. L-iskema proposta hija […]
Skema ta’ Appoġġ għall-Produzzjonijiet Teatrali

L-Iskema ta’ Appoġġ għall-Produzzjonijiet tat-Teatru tagħmel parti mill-portafoll ta’ appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti li jinvesti fil-prattiki u fil-produzzjonijiet tat-teatru u fl-iżvilupp tal-udjenzi fi ħdan is-setturi kulturali u kreattivi ta’ Malta. L-iskema tawtorizza lil individwi, gruppi, u organizzazzjonijiet biex jippjanaw, jiżviluppaw, ikunu rappreżentati, u jwasslu proġetti artistiċi konformi mal-Istrateġija 2030 tal-KMA. Fuq kollox, hija mmirata lejn […]
Skema ta’ Appoġġ għall-Iscreen Is- Sitt Fergħa

L-għan tal-Iskema ta’ Appoġġ għall-Iscreen – Is-6 Fergħa: Internazzjonali huwa li jgħin fl-istadju tal-promozzjoni ta’ produzzjonijiet kulturali u kreattivi awdjoviżivi li tlestew sa mhux aktar minn 18-il xahar qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni kompluta jew li jinsabu fi stadju ta’ żvilupp avvanzat. Din il-Fergħa se jkun limitat għal waħda mill-produzzjonijiet segwenti li jilħqu l-kriterji kulturali eliġibbli: animazzjoni, […]
Skema ta’ Parteċipazzjoni Internazzjonali

Din l-Iskema ta’ Parteċipazzjoni Internazzjonali tifforma parti mill-Istrateġija għall-Internazzjonalizzazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti għas-setturi kulturali u kreattivi. Tittratta l-mobbiltà barra l-pajjiż tal-artisti Maltin u ta’ dawk ibbażati f’Malta li għandhom aktar minn 18-il sena kif ukoll ix-xogħlijiet artistiċi u l-produzzjonijiet kulturali tagħhom. L-objettiv ta’ din l-iskema huwa li tassisti l-mobbiltà ta’ artisti u operaturi kulturali biex […]
Skema għal Sussidju Parzjali ta’ Self Approvat mill-Banek lill-Każini tal-Banda

L-Iskema għal Sussidju Parzjali ta’ Self Approvat mill-Banek lill-Każini tal-Banda hija parti mill-iskemi ta’ finanzjament tal-Kunsill Malti għall-Arti bil-għan ta’ investiment fil-każini tal-banda lokali. Il-każini għandhom irwol kruċjali fil-preżervazzjoni ta’ tradizzjonijiet kulturali, it-trawwim ta’ identità komunitarja u tat-talent żagħżugħ fil-mużika u l-arti performattiva f’Malta. Madankollu organizzazzjonijiet volontarji bħalhom, spiss isibu quddiem wiċċhom sfidi finanzjarji kbar […]