Sejħa għal Proposti għal Taħriġ u Żvilupp ta’ Proġetti
Data u Ħin ta’ skadenza għall-applikazzjonijiet: 15 ta’ Frar, nofsinhar (CET)
Dwar il-Programm
Il-Kunsill Malti għall-Arti qiegħed iniedi Sejħa għal Proposti għal Taħriġ u Żvilupp ta’ Proġetti, speċifikament għall-Edinburgh Fringe – The Malta Showcase (2027). Din l-inizjattiva hija ddisinjata sabiex tappoġġja diretturi, produtturi, u prattikanti kreattivi fl-arti performattiva, u li għandhom l-għan li jkabbru n-netwerks tagħhom, u jippreżentaw ix-xogħol tagħhom fix-xena internazzjonali. Dan il-programm jinkludi l-opportunità unika għall-parteċipanti magħżula sabiex jissottomettu l-proposta tagħhom u biex jippreżentaw ix-xogħol tagħhom fl-Edinburgh Fringe fl-2026 għall-2027.
Il-programm għandu l-mira li jipprovdi workshops speċifiċi, sessjonijiet ta’ tagħlim f’gruppi, u eżerċizzji ta’ touring prattiċi għallparteċipanti sabiex jakkwistaw l-għodda biex jiddisinjaw u jwettqu proġetti ta’ suċċess. Permezz ta’ mentoraġġ strutturat u taħriġ immexxi minn esperti, il-Kunsill Malti għall-Arti għandu l-għan li jgħammar l-artisti bl-għodda prattiċi sabiex jinnavigaw ix-xena internazzjonali.
Bħala investiment f’karrieri artistiċi, dan il-programm huwa miftuħ għal applikanti Maltin u/jew li huma bbażati f’Malta li jaħdmu fit-teatru, fiż-żfin, f’prestazzjonijiet/spettakli interdixxiplinarji, ċrieki, kummiedja, mużika, spirtu pront, u arti performattiva oħra. Il-programm huwa wkoll pjattaforma strateġika professjonali ta’ profil għoli għan-netwerking bl-għan li kreazzjonijiet minn Malta jiġu mxerrda u biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp tal-karrieri ta’ professjonisti tal-arti performattiva lil hinn mix-xtut Maltin.
Parteċipazzjoni f’dan il-programm hija b’xejn, però l-postijiet huma limitati.
Il-programm se jinkludi:
- Laboratorji Prattiċi – workshops fiżiċi mmexxija minn professjonisti tal-industrija, bħal workshops fil-produzzjoni għallesportazzjoni
u t-touring; - Mentoraġġ – kif tista’ tagħmel l-aħjar użu mir-riżorsi disponibbli, strateġija għall-midja, l-involviment tal-industrija, u
r-reklamar; - Appoġġ – spazju ta’ appoġġ fejn jiġu diskussi sfidi, esperimentazzjoni, u l-bini ta’ kunfidenza;
- Netwerking tal-Industrija – laqgħat ma’ programmaturi, ġestituri ta’ festivals, u rappreżentanti ta’ siti permezz ta’
sessjonijiet ‘meet-the-industry’ online; - Skambju ta’ Għarfien – aqsam ma’ u appoġġja lil oħrajn fi gruppi żgħar sabiex tanalizza u ssolvi sfidi, tixpruna t-tkabbir
professjonali ta’ xulxin, kif ukoll tikkontribwixxi għal sessjonijiet bejn il-pari sabiex tinkuraġġixxi soluzzjonijiet għal problemi
kollettivi u kollaborazzjoni futura.
Struttura tal-Programm
Dan il-programm huwa strutturat fuq medda ta’ 18-il xahar, f’erba’ stadji (indikati hawn taħt), u se jinżamm minn April 2026 sa Settembru 2027. Jekk proposta tkun magħżula, il-parteċipanti għandhom l-opportunità sabiex jipparteċipaw f’sessjoni ta’ preżentazzjoni għall-Fringe fl-2026, bil-possibbiltà li jipparteċipaw bil-produzzjoni tagħhom stess fl-Edinburgh Fringe 2027.
Selezzjoni inizjali | Preżentazzjoni tal-proposti u evalwazzjoni f’Q1 2026.
L-1el Fażi | Workshop fuq medda ta’ 4 ijiem bejn il-25 – it-28 ta’ April 2026.
It-2ni Fażi | Appoġġ kontinwu, mentoraġġ, u laqgħat ma’ pari fl-industrija f’Mejju, Ġunju, u Lulju 2026 (żewġ sessjonijiet ta’ 90 minuta fix-xahar li se jkopru netwerking tal-industrija u skambju ta’ għarfien).
Shortlisting | Skont il-prestazzjoni matul il-programm sa dan il-punt, panel espert se jirrivedi u jevalwa l-progress tal-parteċipanti, abbażi ta’ kriterji li se jkunu kkomunikati lill-parteċipanti matul it-2ni
Fażi. Jekk ikunu shortlisted, il-parteċipanti se jkunu mistiedna biex jipparteċipaw fit-3et Fażi.
It-3et Fażi | Sessjoni ta’ preżentazzjoni fis-Sajf ta’ 2026.
Shortlisting addizzjonali |Il-parteċipanti se jkunu jistgħu jippreżentaw l-idea jew proġett żviluppat
tagħhom. Għas-sessjonijiet ta’ preżentazzjoni, kwalunkwe spejjeż ta’ vjaġġar u akkommodazzjoni se
jiġu koperti mill-Kunsill Malti għall-Arti. Jekk tali proposta tkun shortlisted għal darb’oħra, dan it-tali
parteċipant se jkun mistieden jipparteċipa fir-4a’ Fażi.
Ir-4a’ Fażi | Preparazzjoni għal parteċipazzjoni fil-Fringe fl-2027.
Kriterji ta’ Eliġibbiltà u Selezzjoni
Wara s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni, applikanti prospettivi se jkunu mistiedna għal proċess ta’ selezzjoni inizjali fejn se jkunu mistennija li jippreżentaw il-proposta tagħhom għall-kunsiderazzjoni u evalwazzjoni ta’ panel espert. Il-KMA qiegħed ifittex diretturi, produtturi, u prattikanti kreattivi Maltin u/jew ibbażati f’Malta impenjati, li huma ħerqana sabiex jikbru u jkunu parti minn esperjenza ta’ arrikkiment li matulha l-parteċipanti se jirċievu taħriġ u mentoraġġ sabiex jiżviluppaw u jipproduċu xogħol għax-xena internazzjonali.
Aħna nilqgħu applikazzjonijiet eliġibbli minn diretturi u produtturi li:
- Huma professjonisti kreattivi/artisti individwali, kooperattivi, organizzazzjonijiet volontarji iskritti mal-Kummissarju għall-
Organizzazzjonijiet Volontarjiet, JEW entitatijiet reġistrati mar-Reġistru tan-Negozji ta’ Malta (inkluż kumpaniji, msieħba,
fundazzjonijiet, u organizzazzjonijiiet/assoċjazzjonijiet) JEW gruppi, kollettivi, u konsorzji; - Huma Maltin u/jew ibbażati f’Malta;
- Qed jiżviluppaw xogħol ġdid jew għandhom proġett eżistenti lest għall-esportazzjoni;
- Jixtiequ jespandu l-għarfien, ħiliet, u netwerks internazzjonali tagħhom;
- Jixtiequ jfittxu għajnuna professjonali sabiex jibnu strateġija ta’ produzzjoni, ġbir ta’ fondi, u għodda promozzjonali;
Applikazzjonijiet se jiġu riveduti minn panel ta’ esperti li se jevalwaw abbażi tal-kriterji mniżżla hawn taħt:
- Oriġinalità, relevanza, u mertu artistiku tax-xogħol propost (20 marka);
- Il-potenzjali għal touring u l-adattabbiltà tal-proġett għal touring (f’termini ta’ skala, adattabbiltà, u reżonanza tematika) (10 marki);
- Kunsiderazzjonijiet ta’ udjenzi u siti potenzjali (15-il marka);
- Il-livell tat-tħejjija, l-impenn, u l-għarfien tal-applikanti ta’ fejn jinsabu fil-vjaġġ professjonali tagħhom (10 marki);
- Għanijiet ċari għall-parteċipazzjoni fil-programm (15-il marka);
- Għarfien dimonstrabbli tal-għanijiet tal-programm u impenn għat-tagħlim u l-kollaborazzjoni (10 marki);
- Kuntest u bżonn ta’ kif il-programm se jimpatta l-karriera tal-applikant (10 marki);
- Ostakli li l-applikant jaffaċċja biex jaċċessa opportunitajiet għal touring (5 marki);
- Kemm l-applikant huwa mħejji sabiex jaffaċċja din l-isfida (5 marki).
Din is-sejħa hija kompetittiva u se tiġi evalwata minn panel ta’ esperti settorjali skont il-kriterji stabbiliti. Hekk kif speċifikat hawn fuq, kull kriterju huwa allokat numru speċifiku ta’ marki. Sabiex ikunu kkunsidrati għas-selezzjoni, il-proposti magħmula jridu jakkwistaw minimu 60 marka.
Il-Kunsill Malti għall-Arti se jagħżel l-evalwaturi abbażi tal-esperjenza indipendenti u professjonali tagħhom. L-evalwaturi se jippreżentaw evalwazzjoni ta’ kull produzzjoni proposta, u jindikaw il-klassifikazzjonijiet relevanti mogħtija. Is-sessjoni ta’ evalwazzjoni u d-deċiżjoni fuq parteċipazzjoni jiddependu mill-kwalità tal-proposti sottomessi kif ukoll id-disponibbiltà ta’ fondi governattivi sabiex isostnu dan il-programm.
Rekwiżiti tal-Parteċipazzjoni
Matul il-programm, dawk li jirċievu mentoraġġ iridu:
- Jikkommettu għall-programm matul il-perjodu kollu tiegħu;
- Jivvjaġġaw skont il-bżonn;
- Jirrispettaw il-ħinijiet allokati għas-sessjonijiet;
- Jippreparaw minn qabel xogħol, mistoqsijiet, abbozzi, pjanijiet għal tours, u xogħol ieħor mhux lest kif ukoll materjali skont
il-bżonn; - Jirrispettaw il-ħidma u l-isfondi tal-bqija tal-membri tal-grupp;
- Jirrikonoxxu l-appoġġ tal-programmm permezz tal-midja soċjali waqt li l-programm ikun għaddej u f’dokumentazzjoni futura jew materjali użati waqt touring.
Għall-1el u t-2ni fażi speċifikament, dawk li jirċeivu mentoraġġ huma mistennija li jattendu tal-anqas 80% tas-sessjonijiet ta’ taħriġ u workshops, li se jinżammu lokalment fuq il-post.
Jekk dawk li jirċievu mentoraġġ javvanzaw għat-3et u/jew ir-4a’ fażi, termini u kundizzjonijiet addizzjonali japplikaw, abbażi tal-proposta magħżula, skont kif ikun xieraq għall-possibbiltà ta’ preżentazzjoni u produzzjoni mtellgħa fil-Fringe, inkluż iżda mhux limitat għal adattamenti speċifiċi għas-sit, preparazzjonijiet ta’ provi, laqgħat dwar strateġija għall-midja, u rekwiżiti tas-sit.
Sottomissjoni tal-Applikazzjoni
Segwi dawn l-istruzzjonijiet biex tapplika:
- Aqra dawn il-linji gwida u regolamenti b’reqqa.
- Iċċekkja jekk l-idea proposta ma tistax tiġi indirizzata b’din l-iskema.
- Segwi din il-ħolqa għas-sistema ta’ applikazzjoni online.
- Għal dawk li m’għandhomx profil, jekk jogħġobkom oħolqu wieħed mal-Kunsill Malti għall-Arti billi tagħfsu ‘Irreġistra’ u timlew id-dettalji. L-applikanti huma mitluba biex jirreġistraw fuq is-CRM tal-KMA minn tal-anqas ġimagħtejn qabel id-data tal-iskadenza tas-sejħa.
- Mis-sezzjoni għal sejħiet miftuħa, agħżel l-applikazzjoni online għall-iskema applikabbli.
- Segwi l-istruzzjonijiet pass b’pass. Imla l-informazzjoni mitluba kollha mill-applikazzjoni online, inkluż il-baġit, u ehmeż iddokumentazzjoni
ta’ appoġġ. - Issottometti l-applikazzjoni. Jintbagħat rikonoxximent awtomatiku mis-sistema. Jekk ma tirċevihx, ikkuntattjana fuq applyforfunds@artscouncil.mt.
Skeda ta’ Żmien għall-Applikazzjonijiet
Data ta’ skadenza għall-applikazzjonijiet:
15 ta’ Frar 2026, nofsinhar (CET).
Preżentazzjonijiet: L-applikanti se jkunu mistiedna għal sessjoni ta’ preżentazzjonijiet.
Selezzjoni: Is-selezzjoni finali se tkun mħabbra f’Marzu 2026.
Agħfas hawn biex tniżżel il-linji gwida u agħfas hawn biex tniżżel il-mudell tal-applikazzjoni.