Il-Kunsill Malti għall-Arti jingħaqad ma’ Pearle* – Live Performance Europe

Is-sħubija ssaħħaħ ir-rabtiet ta’ Malta mal-politika u n-networks professjonali Ewropej fis-settur tal-ispettakli diretti Il-Kunsill Malti għall-Arti ngħaqad ma’ Pearle* – Live Performance Europe, in-network Ewropew li jirrappreżenta organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet li jaħdmu fil-mużika, fl-arti tal-ispettaklu u fl-ispettakli diretti. Stabbilita fl-1991, Pearle* tirrappreżenta aktar minn 14,000 teatru, postijiet għall-kunċerti, kumpaniji tal-produzzjoni, orkestri, kumpaniji tal-opri, tal-ballett u […]
Il-Kunsill Malti għall-Arti jappoġġa opportunitajiet għas-settur tal-films fil-Malta Comic Con 2026

Permezz tat-Taqsima għall-Films Domestiċi, il-kollaborazzjoni offriet aċċess għal diskussjonijiet dwar l-industrija u kompetenza esperta internazzjonali lill-professjonisti tal-films lokali Għal darb’oħra din is-sena, il-Kunsill Malti għall-Arti kellu l-pjaċir joffri l-appoġġ tiegħu lil Malta Comic Con 2026 filwaqt li kkollabora wkoll f’għadd ta’ attivitajiet immirati speċifikament għas-settur tal-films domestiċi ta’ Malta. Permezz tat-Taqsima għall-Films Domestiċi, il-Kunsill Malti […]
Il-Kunsill Malti għall-Arti jappoġġa lid-diretturi tal-films lokali permezz ta’ workshops intensivi dwar l-Iżvilupp tal-Udjenzi (Audience Design)

Sitt kumpaniji tal-produzzjoni Maltin ħadu sehem fl-inizjattiva mmexxija minn Síle Culley, il-konsulenta rikonoxxuta internazzjonalment tal-Iżvilupp tal-Udjenzi Il-Kunsill Malti għall-Arti kompla jespandi l-opportunitajiet għall-iżvilupp professjonali għas-settur tal-films domestiku ta’ Malta b’sensiela ta’ workshops intensivi dwar l-Iżvilupp tal-Udjenzi mmexxija minn Síle Culley, konsulenta rikonoxxuta internazzjonalment. Il-workshops, li kienu organizzati mit-Taqsima għall-Iżvilupp u l-Istrateġija tal-Films Domestiċi, ġabru flimkien […]
Tmien proġetti mogħtija appoġġ permezz tal-Fond tal-President għall-Kreattività

Il-fond ta’ €150,000 huwa mmaniġġjat b’mod konġunt mill-Uffiċċju tal-President u l-Kunsill Malti għall-Arti Tmien proġetti ġew mogħtija total ta’ €150,000 permezz tal-Fond tal-President għall-Kreattività tal-2026, li huwa mmaniġġjat b’mod konġunt mill-Uffiċċju tal-President u l-Kunsill Malti għall-Arti. Fil-qalba tat-tmien proġetti appoġġati hemm komunitajiet u esperjenzi li jistgħu faċilment ħafna jibqgħu fuq barra tan-norma kulturali. Il-proġetti ppremjati […]
Il-Kunsill Malti għall-Arti jniedi katalgu għall-Padiljun ta’ Malta fil-Biennale ta’ Venezja

Il-pubblikazzjoni tiġbor flimkien kontributi minn 18-il ħassieb u kittieb li jesploraw l-ideat fil-qalba tal-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-61 Biennale ta’ Venezja. Il-Kunsill Malti għall-Arti nieda l-katalgu uffiċjali ta’ No Need to Sparkle: Experiments in Love and Revolution, il-padiljun nazzjonali ta’ Malta fil-61 Wirja tal-Arti Internazzjonali – La Biennale di Venezia. It-tnedija saret fl-R Gallery f’Tas-Sliema. Il-Padiljun […]
Il-Festival Ewropew tal-Films EUNIC reġa’ magħna għas-sitt edizzjoni tiegħu

Se jintwerew 10 films kontemporanji minn 10 pajjiżi fi Spazju Kreattiv, flimkien ma’ tliet sessjonijiet ta’ mistoqsijiet u tweġibiet. Il-Festival Ewropew tal-Films EUNIC se jirritorna l-Belt Valletta f’Settembru, fejn se jintwerew 10 films kontemporanji minn 10 pajjiżi fi programm ta’ sitt ijiem fi Spazju Kreattiv. L-attività hija organizzat mill-Cluster ta’ Malta tal-EUNIC, in-network tal-Istituti Nazzjonali […]
Norbert Francis Attard, PONKS u Michael Quinton jippreżentaw BEJN / IN-BETWEEN

Esibizzjoni tal-arti li tesplora il-‘bejn’ bħala spazju mhux definit fejn il-perspettivi, il-vuċijiet u l-postijiet jeżistu flimkien, jiltaqgħu u jevolvu. Post: Horanggasy, 22, Jejung-ro 47beon-gil, Nam-gu, Gwangju Ħinijiet tal-Ftuħ: 10am – 6pm Dati tal-Ftuħ: 5 ta’ Settembru – 15 ta’ Novembru 2026 Il-Padiljun inawgurali ta’ Malta fis-16-il edizzjoni tal-Biennale ta’ Malta jippreżenta BEJN / INBETWEEN, esebizzjoni […]
Imħabbra r-riżultati tal-Iskema tal-Appoġġ għall-Arti u l-Iskema l-ġdida ta’ Appoġġ għall-Produzzjonijiet Teatrali

Tnejn u tletin proġett artistiku u teatrali se jirċievu investiment b’total ta’ €1.24 miljun permezz tal-iskemi ta’ finanzjament mill-Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali, permezz tal-Kunsill Malti għall-Arti. Total ta’ 23 applikant li għaddew l-istadji kollha b’suċċess se jirċievu €800,000 f’appoġġ permezz tal-Iskema tal-Appoġġ għall-Arti, u disgħa applikanti oħrajn se jirċievu €440,000 permezz tal-Iskema ta’ […]
Allokati €3 miljun biex jappoġġjaw proġetti awdjoviżivi

Wieħed u tletin proġett awdjoviżiv se jirċievu total ta’ €2,883,916 permezz tal-Iskema tal-Appoġġ għall-Iscreen hekk kif ġew imħabbra r-riżultati għall-Fergħat 1 sa 5. Il-proġetti magħżula jinkludu sitt proġetti ta’ kitba għall-iskrin, 12-il proġett fl-istadju tal-iżvilupp, erba’ films qosra, sitt produzzjonijiet twal u tliet programmi kulturali. Permezz ta’ dawn il-proġetti, qiegħda titwettaq wegħda elettorali oħra. Il-proġetti […]
Immanuel Mifsud ippreżentat bil-Midalja Ewropea Homer tal-Poeżija u l-Arti

Il-premju internazzjonali jirrikonoxxi l-kontribut tal-kittieb Malti għal-letteratura kontemporanja u jfakkar li l-kitba Maltija qiegħda tinfirex dejjem aktar. L-awtur u l-poeta Malti Immanuel Mifsud formalment ġie ppreżentat bil-Midalja Ewropea Homer tal-Poezija u l-Arti għall-2026. Il-midalja ġiet ippreżentata minn Dariusz Tomasz Lebioda, il-President tal-Midalja Ewropea tal-Poezija u l-Arti, waqt ċerimonja li saret fid-Domus Zamittello. Il-Ministru għall-Arti, il-Kultura […]