Esibizzjoni tal-arti li tesplora il-‘bejn’ bħala spazju mhux definit fejn il-perspettivi, il-vuċijiet u l-postijiet jeżistu flimkien, jiltaqgħu u jevolvu.
Post: Horanggasy, 22, Jejung-ro 47beon-gil, Nam-gu, Gwangju
Ħinijiet tal-Ftuħ: 10am – 6pm
Dati tal-Ftuħ: 5 ta’ Settembru – 15 ta’ Novembru 2026
Il-Padiljun inawgurali ta’ Malta fis-16-il edizzjoni tal-Biennale ta’ Malta jippreżenta BEJN / IN
BETWEEN, esebizzjoni kollaborattiva ta’ Norbert Francis Attard, PONKS (Sam Alekksandra &
Julien Vinet) u Michael Quinton, ikkurata minn Moon Hyun Jeoung. L-esebizzjoni tittrasforma
Horanggasy, wieħed mill-postijiet ewlenin tal-wiri tal-esebizzjoni tal-Biennale fi spazju fejn l
istallazzjoni, il-ħoss u l-poeżija jiltaqgħu biex jesploraw il-‘bejn’ bħala stat ta’ tensjoni, djalogu u
trasformazzjoni. L-esebizzjoni hija kkummissjonata mill-Kunsill Malti għall-Arti taħt l-awspiċi tal
Ministru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali.
L-artisti, li ħadmu flimkien bħala l-Kollettiva BEJN, żviluppaw l-istallazzjonijiet tagħhom speċifiċi
għas-sit tul residenza ta’ tliet xhur fi Gwangju fejn sejsu x-xogħlijiet fil-kuntest lokali. L-esebizzjoni
tagħmel konnessjonijiet mhux mistennija bejn Malta u l-Korea: żewġ kulturi separati minn xulxin
permezz ta’ kontinenti imma magħqudin permezz ta’ tħassib komuni fuq il-komunità, ir-ritwali u
r-reżiljenza. Fi żmien ta’ polarizzazzjoni u nuqqas ta’ stabbiltà globali dejjem tikber, BEJN / IN
BETWEEN tistieden lill-udjenzi biex jidħlu fi spazju ta’ skambju u transizzjoni fejn jitfaċċaw inkontri
u possibbiltajiet ġodda.
L-esebizzjoni tiżvolġi fi tliet spazji relatati: il-Poligoni tal-Arti, tal-Ħġieġ u l-Poligonu Bażi. Norbert
Francis Attard, wieħed mill-pijunieri f’Malta tal-arti kontemporanja, jippreżenta xogħlijiet ġodda
fuq tliet dimensjonijiet li jgħaqqdu dinjiet li jidhru distinti minn xulxin: il-festi ikoniċi ta’ Malta
(ċelebrazzjonijiet reliġjużi annwali fit-toroq), il-prinċipji tal-kulur Koreani ta’ Obangsaek u l-kriżi
umanitarja li għaddejja f’Gaza. Fost ix-xogħlijiet fil-Poligonu tal-Arti, Obangsaek hija istallazzjoni
sospiża fuq skala kbira fejn lasktijiet stirati jibbilanċjaw il-kuluri, id-dawl u l-istruttura u b’dan il
mod, tinkorpora tensjoni bejn ferħ bla kontroll u l-minimaliżmu filosofiku. PERISTYLE hija skultura
għolja mibnija minn kolonni tal-metall vojta minn ġewwa u forom miżbugħa kulur il-fidda li jfakkru
lill-ispettatur fit-tiżjin tal-festi. Jispellu ‘GAZA’ u b’dan il-mod, Attard ipoġġi ċ-ċelebrazzjonijiet
ritwali direttament kontra l-qerda kontemporanja u joħroġ paralleli skomdi bejn il-kultura storika
ta’ Malta ta’ assedji, il-kommemorazzjonijiet kollettivi, u r-realtajiet tal-kunflitti li għaddejjin
bħalissa. Dan ix-xogħol jistieden lill-viżitaturi biex jidħlu fl-arkitettura tal-iskultura stess u hekk,
iwassalhom biex jirriflettu fuq ir-rwol tagħna kemm bħala spettaturi kif ukoll bħala parteċipanti, l
istejjer li nirtu u r-realtajiet li nikkonfrontaw.



Fil-Poligonu tal-Ħġieġ, PONKS jippreżenta t-TEMPJU TAL-ĦBULA, istallazzjoni maħsuba bħala
‘bejn’ fiżiku ta’ Malta u l-Korea li tintegra l-ħbula, il-poeżija, il-kuluri u d-dawl. Mijiet ta’ ħbula
sospiżi jiffurmaw kamra ġo kamra, fejn f’nofs it-tempju, hemm struttura ta’ ħbula li tixbah lil siġra
folta li tikber ’il fuq qalb l-ispazju. Ix-xogħol tal-arti jorbot is-sinifikat ritwali ta’ Geumjul – ħbula
sagri tradizzjonali Koreani maħsuba biex ikeċċu l-erwieħ ħżiena – mat-tradizzjonijiet antiki ta’
Malta bil-ħbula, minn bastimenti marittimi sa purċissjonijiet reliġjużi fejn il-ħabel isir kemm ħtieġa
funzjonali kif ukoll simbolu sagru. Kull poeżija ġiet iddesinjata individwalment u qed jintwerew bl-identità individwali tagħhom b’mod li jirrappreżentaw dinja għalihom u jieħdu lill-viżitaturi f’kostellazzjoni ta’ vuċijiet poetiċi distinti.
Testi minn poeżiji Maltin u Koreani jgħattu l-ħġieġ tal-madwar filwaqt li jiffurmaw waħda mill-ikbar ġabriet ta’ poeżija kontemporanja Maltija u Koreana li qatt ġew ippreżentati f’xogħol unika tal-arti. L-istallazzjoni tiżvela l-poeżiji ta’ ’l fuq minn 140 poeta miż-żewġ pajjiżi, kemm ta’ poeti emerġenti kif ukoll ta’ poeti magħrufa, fosthom tal-poeta femminista prominenti, Kim Hyesoon, il-poeta rinomat fi Gwangju, Kwak Jaegu, u l-ewwel benefiċjarja Maltija tal-Premju Poeta Lawreat, Maria Grech Ganado. Kull poeżija ġiet iddesinjata individwalment u qed jintwerew bl-identità individwali tagħhom b’mod li jirrappreżentaw dinja għalihom u jieħdu lill-viżitaturi f’kostellazzjoni ta’ vuċijiet poetiċi distinti.


Taħt it-TEMPJU TAL-ĦBULA, il-Poligonu Bażi jiżvela tlett ikmamar konnessi flimkien li jesploraw l
għeruq tal-poeżija: il-kliem, il-ħoss u l-ambjent. Fl-ewwel kamra, l-ambjent akustiku ta’ Michael
Quinton juża rekordings tal-postijiet, liema rekordings ittieħdu f’postijiet f’Malta u fil-Korea. Il
kompożizzjoni tassorbixxi l-ambjenti, l-atmosferi, frammenti tad-diskors u l-ħsejjes tal-madwar u
tesplora kif jinstema’ l-bejn qabel ma jiġi artikolat, filwaqt li talterna mis-silenzju għad-diskors,
minn post għal ieħor, minn pajjiż għal ieħor.

Il-programm pubbliku tal-proġett, Trasportazzjoni, jaġixxi bħala portall bejn Malta u l-Korea f’serje
ta’ xogħlijiet ta’ prestazzjoni. Il-proġett jiġbor flimkien vidjows immersivi ta’ 360 grad meħudin
minn Charlene Galea, Keit Bonnici, Martina Georgina, Romeo Roxman Gatt, u Tara Dalli & Felix
Deepen, li huma artisti bbażati f’Malta, kif ukoll mill-artist Korean Kim On – direttur tal-movimenti
u żeffien kontemporanju magħruf, u More, wieħed mill-artisti tal-prestazzjoni drag u queer l-iktar
magħrufin fil-Korea t’Isfel. L-artisti ntalbu jirriflettu fuq post b’sinifikat personali, storiku jew
simboliku f’pajjiżhom, mill-Fanal t’Għasri f’Għawdex sat-Teatru storiku ta’ Gwangju. Il-performanzi
ntwerew fuq headsets tal-VR li joħolqu relazzjoni intima bejn l-artist u l-ispettatur u jittrasformaw
kull post tal-wiri tal-esebizzjoni f’palk individwali tal-artist.

L-aħħar kamra hi ddedikata għal antoloġija: pubblikazzjoni sperimentali li tiddokumenta l-proċess
kreattiv, kontribuzzjonijiet poetiċi u skambji artistiċi bejn Malta u l-Korea, u ssir rekordju ta’
inkontru bejn żewġ kulturi poetiċi.
Il-Ministru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali, Dr Malcolm Paul Agius Galea qal, “Id-debutt
ta’ Malta fil-Biennale ta’ Gwangju huwa tragward storiku għal Malta u xhieda tal-potenzjal u tal
kwalità tal-artisti u l-kreattivi lokali tagħna. Il-parteċipazzjoni tagħna ssaħħaħ iktar il-preżenza
kulturali ta’ Malta fuq skala internazzjonali u toħloq opportunitajiet ġodda għal kollaborazzjoni,
skambju u djalogu ma’ pajjiżi oħrajn u ma’ komunitajiet internazzjonali. Il-proġett BEJN / IN
BETWEEN jirrifletti sew kemm l-arti tista’ tgħaqqad kulturi differenti u toħloq opportunitajiet għal
ftehim komuni. Il-gvern tagħna jibqa’ impenjat li jinvesti fil-kultura u li jappoġġa lill-artisti lokali
tagħna sabiex ikunu jistgħu jibqgħu jesprimu l-kreattività tagħhom u jirrappreżentaw lil Malta fuq
skala globali bl-aqwa mod possibbli.”
Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti, Dr Luke Dalli, qal, “L-ewwel parteċipazzjoni ta’
Malta fil-Biennale ta’ Gwangju timmarka tragward importanti għas-settur lokali kulturali u tirrifletti
r-rikonoxximent internazzjonali dejjem jiżdied tal-prattika artistika Maltija. Il-Biennale, li hija waħda
mill-pjattaformi ewlenin fl-Asja għall-arti kontemporanja, toffri lill-artisti u l-kreattivi Maltin
esponiment internazzjonali ta’ valur u opportunitajiet għal skambju kulturali. Permezz tat-tema
BEJN / IN-BETWEEN, il-proġett jesplora l-identità, il-koeżistenza, it-tranżizzjoni, u l-konnessjoni
umana permezz ta’ approċċ artistiku interdixxiplinarju li jikkombina l-istallazzjoni, il-poeżija, il-ħoss,
il-performanza u teknoloġiji emerġenti. Il-Kunsill Malti għall-Arti jibqa’ impenjat li jappoġġa lill
artisti u lill-kreattivi filwaqt li jsaħħaħ il-preżenza ta’ Malta fi ħdan pjattaformi kulturali
internazzjonali bħall-Biennale ta’ Gwangju.”

Il-Padiljun ta’ Malta, immexxi minn Annabelle Stivala mid-Direttorat għar-Relazzjonijiet Kulturali
Internazzjonali, jippożizzjona d-diplomazija kulturali bħala proċess attiv ta’ inkontru,
kollaborazzjoni u immaġinazzjoni maqsuma bejn Malta u l-Korea t’Isfel.

BEJN / IN-BETWEEN hu kkummissjonat mill-Kunsill Malti għall-Arti bl-appoġġ ta’ Visit Malta u l
Fond għad-Diplomazija Kulturali mmaniġġjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.
Dwar Moon Hyun Jeoung
Moon Hyun Jeoung hija kuratriċi u riċerkatriċi li tispeċjalizza fl-intersezzjoni tat-teknoloġija
kontemporanja, il-midja u d-diskors soċjokulturali. Il-prattika tagħha tinvestiga kif l-arti timmedja
l-punt bejn l-umanità u s-sistemi teknoloġiċi b’fowkus speċifiku fuq iċ-ċibernetika u l-bioarti.
Għandha esperjenza estensiva f’istituzzjonijiet bħall-Art Center Nabi u Barakat Contemporary,
tipproduċi esebizzjonijiet immexxija mir-riċerka u tikteb kitbiet kritiċi li jeżaminaw ideoloġiji
istituzzjonali u prattiċi artistiċi sperimentali. Bħalissa, qed taħdem bħala kuratriċi indipendenti fejn
tiffoka fuq l-esplorazzjoni tal-istrutturi li qed jevolvu fl-ambjent tal-arti kontemporanja. Għall-ewwel Padiljun ta’ Malta, BEJN / IN-BETWEEN, fil-Biennale ta’ Gwangju, qed taġixxi bħala
Kuratriċi Assoċjata fejn qed tappoġġa l-iżvilupp kuratorjali tal-padiljun u d-djalogu li qed jinħoloq
bejn il-prattiċi artistiċi Maltin u Koreani.

Dwar Norbert Francis Attard
Norbert Francis Attard huwa artist pijunier kontemporanju Malti. Il-prattika multidixxiplinarja
tiegħu, li tvarja minn arkitettura u x-xogħol bikri tiegħu fid-disinn bid-dwal ma’ Johannes Dinnebier
fil-Ġermanja, tesplora l-postijiet u l-memorja permezz tal-istallazzjoni, l-iskultura, u l-interventi
speċifiċi għall-post. Huwa figura prominenti fix-xena artistika ta’ Malta fejn irrappreżenta t-48
edizzjoni tal-Biennale ta’ Venezja (1999) u esebixxa xogħlu estensivament f’esebizzjonijiet maġġuri
internazzjonali fosthom fl-ewwel Biennale f’Malta (2024), fil-Biennale ta’ Beijing (2015), fil-Biennale
ta’ Havana (2003), fil-Biennale ta’ Liverpool (2002), u f’Manifesta 9 (2012). Apparti xogħlu artistiku,
huwa l-fundatur u d-direttur artistiku ta’ Valletta Contemporary u GOZO Contemporary.
www.norbertattard.com
Dwar PONKS
PONKS hija kollettiva tal-arti maħluqa minn Julien Vinet (l-arti viżiva, istallazzjoni, ibbażat fi Franza)
u Sam Alekksandra (poeżija, arti viżiva, ibbażata f’Malta). Din il-kollettiva bdiet f’Malta u hija
bbażata wkoll f’Malta u tgħaqqad il-poeżija, l-arti viżiva, l-istallazzjoni, il-prestazzjoni, vidjows u l
ħoss. Vinet u Alekksandra juru xogħolhom fi spazji pubbliċi biex jispiraw id-diskors kritiku u prattiċi
li jgħinu biex jiżviluppaw il-persuna nfisha filwaqt li jużaw inizjattivi mmexxija mill-kunċetti li jaqilbu
ta’ taħt fuq is-sens ta’ ordni. Wara l-ewwel xow internazzjonali tagħhom f’Shanghai, il-kollettiva
bdiet proġett transmediterranju bl-isem ta’ RITUAL. L-ewwel edizzjoni tax-xow sar f’Novembru
2024 f’JAOU fil-Biennale ta’ Tuneż. PONKS ħadmet fiċ-Ċina, fil-Ġermanja, fi Franza, f’Malta u fit
Tuneżija.
www.ponks.org
Dwar Michael Quinton
Michael Quinton huwa disinjatur tal-ħoss u kompożitur mużikali b’PhD fid-disinn ta’ interfaċċi
tas-sonifikazzjoni li jirrappreżentaw dejta astronomika relatata mar-riċerka planetarja Exosolari.
Tul dawn l-aħħar tmintax-il sena, ħadem fuq bażi internazzjonali fuq bosta proġetti tad-disinn
tal-ħoss u tal-mużika għal films qosra, dokumentarji, produzzjonijiet tat-teatru, istallazzjonijiet
tal-arti bil-vidjow u animazzjonijiet.
Dwar Il-Kunsill Malti għall-Arti
IL-KUNSILL MALTI GĦALL-ARTI, taħt l-awspiċi tal-Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali,
ġie fdat biex jaġixxi bħala l-Kummissarju u l-Awtorità ta’ Kuntrattar tal-Padiljun ta’ Malta fis-16-il
edizzjoni tal-Biennale ta’ Gwangju. Il-Kunsill Malti għall-Arti huwa l-aġenzija nazzjonali għall
iżvilupp u l-investiment fis-setturi kulturali u kreattivi. L-għan ewlieni tiegħu huwa li jiffinanzja,
jappoġġa u jippromwovi effettivament is-setturi kulturali u kreattivi f’Malta.
www.artscouncil.mt | @artscouncilmalta
Dwar Horanggasy
Horanggasy Creative Studio huwa spazju multidixxiplinarju tal-arti kontemporanja u ta’ residenza
għall-artisti li jinsab fil-viċinat storiku kulturali ta’ Yangnim-dong fi Gwangju fil-Korea t’Isfel. L
istudjo jinsab f’dak li kien il-Underwood Missionary Residence, sit li l-istorja tiegħu tmur lura
għall-1904. L-istudjo jittrasforma post ta’ sinifikat storiku fi pjattaforma għar-riċerka artistika, il
produzzjoni u l-iskambju internazzjonali.
Mit-tnedija tal-programm ta‘ residenza tiegħu fl-2013, Horanggasy laqqgħet artisti minn
dixxiplini u pajjiżi diversi u rawmet l-esperimentazzjoni permezz ta’ residenzi, esebizzjonijiet,
workshops u programmi pubbliċi. L-istudjo jinkludi l-Poligonu tal-Arti, il-Poligonu tal-Ħġieġ u l
Poligonu Bażi – spazji flessibbli ta’ esebizzjoni li jinkoraġixxu d-djalogu bejn l-artisti, il
komunitajiet lokali u udjenzi internazzjonali.
Peress li jinsab taħt il-Muntanja Yangnim u f’distanza bil-mixi mill-Asia Culture Center,
Horanggasy għandu pożizzjoni unika fl-ambjent kulturali ta’ Gwangju. Mill-2021, l-ispazji ta’
esebizzjoni tiegħu kienu wkoll il-postijiet uffiċjali fejn sar il-Biennale ta’ Gwangju, u dawn saħħew
ir-rwol tiegħu bħala post importanti għall-prattika artistika kontemporanja u l-kollaborazzjoni
bejn il-kulturi.