Il-Kunsill Malti għall-Arti organizza avveniment ta’ jum għal produtturi Maltin u professjonisti awdjoviżivi li xtaqu iżjed għarfien dwar kif jaħdem Eurimages u kif jista’ jgħinhom fil-proġetti tagħhom. L-avveniment, intitolat Unlocking Opportunities with Eurimages (Aktar Opportunitajiet permezz ta’ Eurimages) sar fi Spazju Kreattiv fil-Belt Valletta.
L-avveniment seħħ wara li Malta reċentament issieħbet f’Eurimages li hu l-fond ta’ appoġġ għaċ-ċinema tal-Kunsill tal-Ewropa. Il-fond jista’ joffri opportunitajiet enormi għal produtturi tal-films Maltin billi joffrilhom opportunitajiet biex ikunu koprodutturi f’xogħlijiet Ewropej, u opportunitajiet fid-distribuzzjoni u l-esebizzjoni fl-Ewropa, apparti li joħloq possibbiltajiet ġodda li jaħdmu lil hinn minn xtutna.
Dr Luke Dalli, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti qal, “Is-sħubija ta’ Malta f’Eurimages hija pass sinifikanti lejn it-tisħiħ tad-dimensjoni internazzjonali tas-settur awdjoviżiv tagħna. Dan l-avveniment jirrifletti l-impenn tagħna li niżguraw li l-produtturi u l-prattikanti lokali mhux biss ikunu konxji tal-opportunitajiet disponibbli, imma jkunu mgħammra wkoll bl-għarfien u bin-netwerks meħtieġa biex jaċċessawhom b’mod effettiv. Aħna u nrawmu l-kollaborazzjoni u nħeġġu approċċ iktar strateġiku lejn il-koproduzzjoni, qed nappoġġjaw it-tkabbir kontinwu u lħuq globali fir-rakkontar ta’ stejjer Maltin.”
Il-Kap Eżekuttiv ta’ PBS, is-Sur Keith Chetcuti qal, “Is-sħubija ta’ Malta f’Eurimages hija pass importanti u ġġib magħha responsabbiltà li s-settur ikun mħejji b’mod xieraq biex jibbenifika kemm jista’ mill-opportunitajiet il-ġodda. Mill-proċess tas-sħubija diġà rajna kemm huma rigorużi r-rekwiżiti ta’ dan il-fond. Għal din ir-raġuni, dan l-avveniment illum huwa partikolarment importanti għaliex se jgħin biex żvilupp maġġuri jinbidel f’għarfien prattiku għall-produtturi u għall-produtturi tal-films. Bħala x-xandar nazzjonali, il-PBS iqis dan bħala parti mir-rwol usa’ tiegħu fi ħdan l-ekosistema awdjoviżiva ta’ Malta – rwol li jinkludi li jgħin lil stejjer lokali biex jikbru u biex jilħqu lil iżjed udjenzi, u li jappoġġja settur b’rieda ikbar li jinteraġġixxi ma’ pjattaformi Ewropej usa’.”

L-għan ta’ Unlocking Opportunities with Eurimages hu li jitbiegħed minn termini teoretiċi sabiex jagħti iktar informazzjoni dwar kif jaħdem il-fond. Il-parteċipanti kisbu iktar ċarezza dwar il-kriterji involuti u l-iskemi disponibbli filwaqt li kien hemm panel ta’ diskussjoni ffukat fuq il-ħtieġa ta’ ħsieb iktar profond sabiex ikun hemm approċċ iktar strateġiku lejn il-koproduzzjoni internazzjonali.
The programme included a presentation by Eurimages representative Anton Calleja, covering the fund’s mission, objectives, schemes and eligibility requirements, with time set aside for questions from participants. In the afternoon, the focus shifted to co-production and internationalisation. A panel discussion was moderated by co-production specialist Jennifer Sabbah, who was accompanied by Anton Máni Svannson, from Iceland; Boštjan Virc from Slovenia; Christopher Zitterbart from Germany and Giorgos Linardakis from Greece.
Id-diskussjoni ħarset lejn ir-realtajiet tal-kollaborazzjoni internazzjonali inkluż kif wieħed jidentifka l-aħjar sħab għall-koproduzzjoni u kif jistgħu jiġu żviluppati proġetti biex mill-bidu nett, ikun hemm potenzjal internazzjonali iktar b’saħħtu. Il-programm għalaq b’sessjoni ta’ networking għall-produtturi, prattikanti u msieħba oħrajn fl-industrija.
