L-ewwel parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Biennale ta’ Gwangju mħabbra ma’ BEJN / IN-BETWEEN

Artwork title, Artist name, YYYY

Published on 5 August 2025

Il-Kunsill Malti għall-Arti se jkun qed jipparteċipa fil-Biennale prestiġġjuż ta’ Gwangju fil-Korea t’Isfel fl-2026, bil-proġett BEJN / IN-BETWEEN. Din se tkun l-ewwel darba li Malta se tkun qed tieħu sehem f’dan l-avveniment, li ġie stabbilit sew bħala wieħed mill-avvenimenti tal-arti kontemporanja ewlenin tal-Asja, u jservi ta’ pjattaforma għal artisti kontemporanji ewlenin sabiex jippreżentaw xogħol esperimentali u innovattiv.

It-tim artistiku ta’ BEJN / IN-BETWEEN hu kompost minn erba’ artisti kontemporanji ewlenin: Norbert Francis Attard, Sam Alekksandra, Julien Vinet, u Michael Quinton.

Il-proġett se jara lil dawn artisti jimmappjaw ekosistema li tiżvolġi bejn Malta u l-Korea permezz ta’ installazzjonijiet immersivi li jittrasformaw il-Paviljun ta’ Malta f’threshold ħaj. Il-Paviljun se joħloq bejn ġdid: sit sagru immaġinat mill-ġdid għal żmien ta’ polarizzazzjoni; mhux bħala refuġju mit-tensjoni, iżda bħala kroġjolu fejn enerġiji opposti jiġġeneraw id-dawl.

Il-proġett ġie magħżul matul proċess kompetittiv minn bord t’evalwazzjoni mmexxi mid-Direttorat għar-Relazzjonijiet Internazzjonali Kulturali fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti. Il-bord kien kompost minn:

  • ● Dusu Choi, Kap tad-Dipartiment tal-Esebizzjoni tal-Biennale ta’ Gwangju

  • ● Sean Buhagiar, Direttur Artistiku, Teatru Malta

  • ● Rupert Cefai, CEO tal-Fondazzjoni Kreattività

L-artisti u l-kunċetti

Norbert Francis Attard: ArtPolygon

F’ArtPolygon, l-artist-perit Norbert Francis Attard se jintroduċi sens ta’ tensjoni nnegozjata fost il-bini. Ix-xogħol se jara multitudni ta’ ċineg tal-lasktu rqaq u mġebbda li jlaħħqu madwar il-ħitan, soqfa, u l-art taż-żewġ kmamar—splużjoni ta’ ċineg, bħal murtal sospiż fl-ajru—li gradwalment ikanġu kulurhom, b’referenza għal individwalità Maltija kif ukoll għall-ġabra tal-aktar thresholds ikoniċi ta’ Malta: il-festa.

Sam Alekksandra u Julien Vinet: PONKS – Rope Temple

PONKS jintroduċi rilaxx ta’ din it-tensjoni permezz ta’ ritwal kollaborattiv kontemporanju, u joħloq l-ewwel installazzjoni poetika parteċipatorja li torbot flimkien lill-Korea u Malta. Għall-Glass Polygon, iż-żewġ artisti se joħolqu tempju ta’ poeżija (kon)temporanja, u jimlew il-ħitan tal-ħġieġ bi vrus ta’ poeti u dilettanti miż-żewġ pajjiżi, hekk kif santifikati minn mijiet ta’ ħbula sagri. L-installazzjoni se tkun imsejjħa Rope Temple.

Minn barra, Rope Temple tħabbar infisha permezz tal-vrus: poeżiji Maltin u Koreani se jgħattu l-ħitan ta’ barra kollha tal-Glass Polygon (Librerija) daqslikieku huma ġilda ta’ poeżija protettiva, ex-voto poetiku viżibbli għal kulħadd.

Michael Quinton & co: BasePolygon

Fil-kantina ta’ Glass Polygon, il-‘kripta’ tat-tempju tal-ħbula se tintroduċi tliet kmamar li jirrappreżentaw tliet stadji ta’ portal miftuħ bejn Malta u l-Korea fil-wiċċ.

Għall-ewwel kamra taħt l-art, l-artist tal-ħsejjes Michael Quinton se jesplora transmutazzjonijiet soniċi tal-perċezzjonijiet tagħna. Se jiżviluppa, waqt li jkun fil-Korea u f’Malta, bejn permezz tal-ħsejjes—spazju bejn l-attiv u l-passiv, żamma u rilaxx, ritorn u tluq, ħajja u mewt, eżistenza u non-eżistenza.

It-tieni spazju huwa trasportazzjoni tal-udjenza lejn Malta u lura. Dan jippermetti lil BEJN / IN-BETWEEN sabiex joħloq rabta attiva bejn iż-żewġ pajjiżi, b’programmi li jirriflettu lil xulxin fiż-żewġ postijiet matul ix-xahrejn tal-biennale.

It-tielet u l -aħħar kamra se tikkonkludi l-prestazzjoni billi tipproponi traskrizzjoni tax-xogħlijiet tal-arti, poeżiji, u interventi li se jseħħu matul il-proċess kreattiv u r-residenza fi Gwangju, f’forma ta’ ktieb downloadble.

Il-konverżazzjoni tespandi aktar permezz ta’ workshops fl-Università ta’ Sangmyung f’Seoul, fejn Attard u PONKS se jestendu l-investigazzjoni tal-proġett tal-ispazju liminali matul il-perjodu tal-biennale.

Il-Biennale tal-Arti ta’ Gwangju

Il-Kunsill Malti għall-Arti, taħt l-awspiċi tal-Ministeru għall-Arti, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, ġie fdat li jservi bħala l-kummissjonant u l-awtorità kontraenti tal-Paviljun ta’ Malta fis-16-il edizzjoni tal-Biennale ta’ Gwangju fil-Korea t’Isfel.

It-tema għas-16-il Biennale ta’ Gwangju hija You must change your life, frażi kkwotata mill-poeta Awstrijak Rainer Maria Rilke. Id-direttur artistiku huwa Ho Tzu Nyen.

Il-Biennale tal-Korea t’Isfel għandu l-għan li jesplora s-setgħa trasformattiva tal-arti, u kif xogħol kbir t’arti jista’ jispira bidla profonda u jespandi l-potenzjal uman.

Il-Paviljun tal-Biennale ta’ Gwangju jħares ir-rispett għad-diversità kulturali billi jħalli lil kull paviljun ikun indipendenti fil-kurazzjoni tal-esebizzjonijiet, u b’hekk joffri opportunità sabiex dawn jesebixxu l-arti kontemporanja ta’ pajjiżhom fuq pjattaforma globali.

Sitwat fir-reġjun fir-reġjun tal-Lbiċ tal-Korea t’Isfel, il-belt metropolitana ta’ Gwangju hija msejsa f’tradizzjoni rikka t’arti u kultura.

Il-Biennale ta’ Gwangju se jinżamm bejn Settembru u Novembru tal-2026.

Klassifika

Skip to content