Il-Premju għall-Arti 2025

Is-seba’ edizzjoni tal-Premju għall-Arti – premju għall-eċċellenza fl-arti

Il-Premju għall-Arti huwa ċ-ċelebrazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti (KMA) tal-kisbiet ewlenin tal-industriji kulturali u kreattivi ta’ Malta. Kif enfasizzat fil-Politika Kulturali Nazzjonali tal-2021, dan huwa avveniment nazzjonali ta’ profil għoli li jippremja l-eċċellenza fil-qasam tal-kultura u l-arti filwaqt illi jħeġġeġ aktar professjonaliżmu u distinzjoni fis-settur. Dan jallinja mal-ewwel prinċipju gwida tal-KMA kif stipulat fl-Istrateġija 2025 tagħha, jiġifieri l-promozzjoni tal-avvanz tal-istatus tal-artisti u l-prattikanti kulturali u kreattivi.

L-espressjoni artistika għandha tiġi rikonoxxuta, iċċelebrata u apprezzata bħala valur ewlieni tal-ħajja kulturali kontemporanja, riflessa f’impenn lejn il-prinċipji tad-drittijiet kulturali. Il-premju jitfa’ dawl fuq xi wħud mill-protagonisti ewlenin li wrew il-qawwa tal-espressjoni artistika biex jippreżentaw perspettivi u ideat ġodda f’kuntest soċjali u kulturali li dejjem qiegħed jinbidel.

L-eċċellenza fl-arti hi kkaratterizzata mill-ħolqien tal-aktar xogħlijiet kuraġġużi, oriġinali, innovattivi u eżegwiti b’mod impekkabbli. Dan jinkludi firxa wiesgħa ta’ espressjonijiet artistiċi, minn dawk tradizzjonali sa dawk kontemporanji, minn dawk b’laħqa wiesgħa sa dawk ta’ suq niċċa, minn dawk b’baġit żgħir sa dawk b’baġit kbir. L-eċċellenza tinsab fl-impatt tagħha – kemm fuq il-prattikanti kreattivi kif ukoll fuq l-udjenzi – immarkata mill-profondità, mill-viżjoni u mill-innovazzjoni permezz ta’ proċessi ekwi u inklużivi. Tinvolvi wkoll l-integrità, ir-reżonanza, l-oriġinalità, il-profiċjenza, l-ambizzjoni, l-immaġinazzjoni u l-ħsieb fit-tul. L-eċċellenza tħaddan xejn inqas prattiki ġusti fil-proċessi li jwettqu proġetti artistiċi, fosthom ir-rispett tar-regolamenti tas-saħħa u tas-sigurtà, in-nondiskriminazzjoni, l-aċċess u l-opportunitajiet indaqs, ir-responsabbiltà, il-kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u l-aderenza għar-regolamentazzjoni tal-proprjetà intellettwali. Dan il-premju jaspira li jirrikonoxxi l-ogħla standards artistiċi miksuba permezz ta’ prattiki ġusti filwaqt li jħaddan il-potenzjal kontinwu tal-bidliet soċjetali u teknoloġiċi li jħallu impatt fuq il-proċessi u r-riżultati artistiċi.

Għaldaqstant, l-għan ewlieni tal-premji hu li jirrikonoxxi u jippremja xogħol eċċellenti, innovattiv u eċċezzjonali li ġie ppreżentat għall-ewwel darba tul l-istaġuni tal-aħħar sentejn u/jew li wera progress sinifikanti fl-approċċ lejn il-produzzjoni.

Mill-2023 ’il quddiem, il-Premju għall-Arti beda jsir fuq bażi biennali. Din l-edizzjoni ser issir fl-2025 mentrei dik illi jmiss ser tittella’ fl-2027. Il-perjodu ta’ eliġibbiltà għal din l-edizzjoni hu bejn l-1 ta’ Settembru 2023 u l-31 ta’ Awwissu 2025.

1 Best artistic programme or season 2023/2024 L-aqwa programm jew staġun artistiku 2023/2024
2 Best artistic programme or season 2024/2025 L-aqwa programm jew staġun artistiku 2024/2025
3 Award for national artistic excellence Premju għat-tisħiħ artistiku nazzjonali
4 Best work for young audiences L-aqwa xogħol għal tfal u żgħażagħ
5 Best project in the community L-aqwa proġett fil-komunità
6 Best Production: theatre L-aqwa produzzjoni: teatru
7 Best Production: dance L-aqwa produzzjoni: żfin
8 Best Production: visual art L-aqwa produzzjoni: arti viżiva
9 Best Production: multidisciplinary L-aqwa produzzjoni: multidixxiplinarja
10 Best Production: music L-aqwa produzzjoni: mużika
11 Best international achievement L-aqwa kisbiet internazzjonali
12 Best creative and innovative enterprise L-aqwa intrapriża kreattiva u innovattiva
13 Young creative practitioner award Premju għallprattikant kreattiv żagħżugħ/a
14 Creative practitioner award Premju għall-prattikant kreattiv

In-nominati għall-kategoriji ta’ hawn fuq iridu jkunu individwi, entitajiet, NGOs kulturali, kumpaniji u/jew kollettivi, sakemm ikunu s-Sidien tal-Proprjetà Intellettwali tal-proġett li qied jiġi ppreżentat. Organizzazzjonijiet Kulturali Pubbliċi jistgħu jkunu msieħba fil-proġetti.

1

Lifetime achievement award

Unur għall-karriera artistika

2

Honour for cultural promoters

Unur għall-promoturi kulturali

3

Honour for artistic legacy

Unur għall-wirt artistiku

4

Ambassador of the Arts Award

Premju għall-Ambaxxatur fl-Arti

Qegħdin jiġu aċċettati nominazzjonijiet għall-kategoriji tal-unuri. Dawn imbagħad ser jiġu evalwati minn bord intern. Għal aktar informazzjoni rreferi għat-taqsima relatata mal-unuri.

Il-premju tal-Ambaxxatur tal-Arti ser ikun miftuħ għall-aġġudikazzjoni kull erba’ snin.

Għal aktar informazzjoni, linji gwida u biex tinnomina x-xogħlijiet artistiċi favoriti tiegħek, jekk jogħġbok żur is-sit www.premju.mt. Għal kwalunkwe mistoqsija jekk jogħġbok ibgħat email fuq [email protected].

Skip to content