Nipproponu triq ’il quddiem għall-arti

Artwork title, Artist name, YYYY

Published on 14 February 2025

Il-Kunsill Malti għall-Arti ser jorganizza l-ewwel konferenza nazzjonali tiegħu li tenfasizza l-fokus strateġiku tal-Kunsill għall-ħames snin illi ġejjin.

Il-Kunsill Malti għall-Arti ser jorganizza l-ewwel konferenza nazzjonali tiegħu li tenfasizza l-fokus strateġiku tal-Kunsill għall-ħames snin illi ġejjin.

Kelliema internazzjonali waqt il-konferenza mistennija jinkludu lid-Direttur Ġenerali ta’ BOZAR fi Brussell Paul Dujardin, l-Assoċjata f’DEMOS Shelagh Wright, id-Direttur tal-Kultura f’Marsilja (Franza) Sebastien Cavalier, id-Direttur Artistiku ta’ Linz09 Airan Berg, is-Sieħeb Maniġerjali fil-Creativity Lab Ragnar Siil u l-Produttur Eżekuttiv ta’ ADDICT Cristina Farinha.

Diversi partijiet interessati ewlenin mis-setturi kulturali u kreattivi lokali, prattikanti kreattivi u artisti ser jiffurmaw ukoll parti mid-diversi panels ta’ diskussjoni, inklużi d-diretturi artistiċi kollha tal-Organizzazzjonijiet Kulturali Pubbliċi ta’ Malta.

Peter Jenkinson, OBE, ser imexxi l-konferenza flimkien ma’ Dr Giuliana Fenech mill-Università ta’ Malta. Jenkinson ħadem fis-settur kulturali fil-livell internazzjonali tul aktar minn 20 sena billi tkellem u aġixxa favur bidla profonda u dejjiema fil-pajsaġġ kulturali u politiku.

Il-konferenza ser tirrifletti fuq il-pjanijiet tal-Kunsill għas-setturi kulturali u kreattivi sal-2020. Id-diskussjonijiet ser jenfasizzaw suġġetti bħas-Sostenn tal-Legat – Post ECOC u l-futur tal-bliet u tal-komunitajiet u Organizzazzjonijiet Kulturali Pubbliċi: bini ta’ sħubijiet aktar b’saħħithom għas-setturi kulturali u kreattivi ta’ Malta. Diskussjoni minnhom ser tiffoka fuq l-eċċellenza artistika u l-mantra tal-kwalità mentri oħra ser tittratta l-potenzjal kreattiv u l-iżvilupp ekonomiku.

Tul l-aħħar xhur il-Kunsill Malti għall-Arti organizza proċess ta’ konsultazzjoni ma’ għadd ta’ partijiet interessati mis-setturi kulturali u kreattivi. Aktar minn 300 artist, prattikant kreattiv u parti interessata oħra ddiskutew il-viżjoni, l-ambizzjonijiet u l-ħolm tagħhom għas-setturi kulturali u kreattivi ta’ Malta għall-ħames snin illi ġejjin. Dan il-proċess issejjaħ Create2020.

Il-konferenza miftuħa għall-pubbliku sal-10 ta’ Diċembru 2015 iżda l-postijiet ser jiġu allokati lil dawk illi jirriżervaw l-ewwel. Din ser issir bejn it-8.30 u l-17.15. L-ikel f’ħin niofsinhar Il-konferenza hija bla ħlas u ser jingħataw ukoll servizzi ta’ interpretazzjoni mill-Malti għall-Ingliż.

“Wara l-promulgazzjoni tal-Att Malti tal-Kunsill tal-Arti f’Mejju ta’ din is-sena bdejna minnufih it-tfassil tal-istrateġija tal-Kunsill għall-Arti. Dan ser tiddefinixxi b’mod effettiv pjan ta’ ħidma ta’ ħames snin għall-ħidma tal-Kunsill permezz ta’ azzjonijiet stabbiliti li jipprovdu fokus koerenti u jmexxu l-enerġiji f’oqsma prijoritarji. L-għan tagħna huwa li ninvestu fis-setturi kulturali u kreattivi biex jinkisbu livelli ogħla ta’ eċċellenza,” ,” qal id-Direttur tal-Istrateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti Toni Attard.

Wara l-17.30 ir-rappreżentanti tal-Kunsill Malti għall-Arti ser ikunu disponibbli biex jiddiskutu l-pjan strateġiku tal-Kunsill u jipprovdu informazzjoni dwar il-programmi ta’ finanzjament għall-2016. Dawk interessati jattendu għandhom jibagħtu email fuq [email protected].

Skip to content