
Agħfas hawnhekk biex tniżżel il-linji gwida.
>> Fergħa 1 (Impjegati tas-Settur Pubbliku) – Applika hawnhekk
>> Fergħa 2 (Independent Cultural and Creative Professionals) – Applika hawnhekk
>> Fergħa 3 (Impjegati ta’ Organizzazzjonijiet Kulturali tas-Settur Privat jew Mhux Governattivi) – Applika hawnhekk
- Dwar xiex jittratta?
Il-Kunsill Malti għall-Arti nieda Programm ta’ Taħriġ Lokali Speċjalizzat għas-Setturi Kulturali u Kreattivi ta’ Malta bħala parti mill-proġett ESF+.03.243 ‘Strengthening Malta’s Cultural and Creative Sectors through Lifelong Learning’.
Ikkofinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew+ 2021-2027, dan it-taħriġ għandu l-għan li jappoġġa t-tagħlim tul il-ħajja, l-iżvilupp professjonali u l-bini tal-kapaċità fl-ekosistema kulturali u kreattiva ta’ Malta.
Dan il-Programm joffri taħriġ akkreditat bla ħlas mogħti lokalment permezz ta’ sensiela ta’ moduli li jkopru tliet oqsma ta’ taħriġ speċjalizzat:
- Id-Dritt hħall-Kultura
- Is-Sostenibbiltà
- L- Intraprenditorija Kreattiva
- Għal min jappella?
Is-Sejħa tinsab miftuħa fi tliet fergħat:
- Fergħa 1: Impjieg tas-Settur Pubbliku
- Fergħa 2: Professjonisti Kulturali u Kreattivi Indipendenti
- Fergħa 3: Impjegati ta’ Organizzazzjonijiet Kulturali tas-Settur Privat jew Mhux Governattivi
Il-parteċipazzjoni fit-taħriġ hija bla ħlas għat-3 Fergħat.
- Moduli ta’ Taħriġ
i. Id-Dritt għall-Kultura (Ir-reġistrazzjonijiet huma miftuħa –għal informazzjoni dettaljata agħfas hawnhekk)
| Modulu | Titlu | Livell MQF | Dati tat-taħriġ | Deadline to apply |
| Modulu 1 | Għarfien dwar id-Drittijiet Kulturali | 3 | 1, 2, 15, 17, 29 ta’ Settembru 2026 | 24 August 2026 |
| Modulu 2 | Il-Parteċipazzjoni u t-Tgawdija tal-Arti | 3 | 1, 8, 13, 15, 29 ta’ Ottubru 2026 | 17 September 2026 |
| Modulu 3 | Id-Diversità, l-Ekwità u l-Inklużjoni (DEI) fl-Organizzazzjoni Kulturali | 4 | 3, 5, 10, 12, 26 ta’ Novembru 2026 | 20 October 2026 |
| Modulu 4 | L-Iżvilupp Kulturali tal-Komunità u l-Impenn fil-Politika | 4 | 3, 7, 10, 15, 17 ta’ Diċembru 2026 | 19 November 2026 |
| Modulu 5 | L-Aċċess Diġitali għall-Kultura | 5 | 7, 12, 14, 19, 28 ta’ Jannar 2027 | 24 December 2026 |
| Modulu 6 | Id-Difiża u t-Tmexxija Strateġika għad-Drittijiet Kulturali | 5 | 2, 4, 9, 11, 23 ta’ Frar 2027 | 19 January 2027 |
ii. Is–Sostenibbiltà
| Modulu | Titlu | Livell MQF | Dati tat-taħriġ | Deadline to apply |
| Modulu 7 | Il-Pedamenti tal-Prattika Kulturali Sostenibbli | 3 | Marzu 2027 | tbc |
| Modulu 8 | L-Organizzazzjonijiet Kulturali bħala Muturi tal-Iżvilupp Sostenibbli | 3 | April 2027 | tbc |
| Modulu 9 | Il-Ġestjoni Sostenibbli ta’ Avvenimenti u Postijiet | 4 | Mejju 2027 | tbc |
| Modulu 10 | Il-Kollaborazzjoni Intersettorjali għas-Sostenibbiltà | 4 | Ġunju 2027 | tbc |
| Modulu 11 | It-Tmexxija Trasformazzjonali u r-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva fil-Kultura | 5 | Lulju 2027 | tbc |
| Modulu 12 | L-Ippjanar u l-Awditjar Strateġiku tas-Sostenibbiltà f’Organizzazzjonijiet Kulturali | 5 | Settembru 2027 | tbc |
iii. L- Intraprenditorija Kreattiva
| Modulu | Titlu | Livell MQF | Dati tat-taħriġ | Deadline to apply |
| Modulu 13 | Sensibilizzazzjoni dwar l-Intraprenditorija fis-Setturi Kulturali u Kreattivi | 3 | Ottubru 2027 | tbc |
| Modulu 14 | L-Għarfien Kulturali u l-Valuri tal-Intraprenditorija | 3 | Novembru 2027 | tbc |
| Modulu 15 | L-Immudellar tan-Negozju u l-Ippjanar Finanzjarju għal Intrapriżi Kulturali | 4 | Diċembru 2027 | tbc |
| Modulu 16 | Il-Kummerċjalizzazzjoni, l-Żvilupp tal-Udjenzi u l-Istrateġija Diġitali | 4 | Jannar 2028 | tbc |
| Modulu 17 | L-Intraprenditorija Soċjali u Mudelli ta’ Negozju Ġejjiena fl-SKKs | 5 | Frar 2028 | tbc |
| Modulu 18 | It-Tmexxija u r-Reżiljenza għal Intraprendituri Kreattivi | 5 | Marzu 2028 | tbc |
- Ċerifikazzjoni
Il-parteċipanti jirċievu Ċertifikat ta’ Parteċipazzjoni u jistgħu wkoll jagħżlu li jiksbu ċertifikat akkreditat għal kull modulu li jkun temmew b’suċċess.
Parteċipanti li jlestu b’suċċess il-moduli akkreditati kollha f’livell partikulari tal-MQF ikunu eliġibbli għal kwalifika ta’ Premju.
- Post tat-taħriġ
Is-sessjonijiet ta’ taħriġ ser isiru f’The Brewhouse, Triq l-Imdina, Birkirkara. Matul is-sessjonijiet ta’ taħriġ ser jingħata xorb ħafif.
- Rekwiżiti tad-Dħul
Għall-parteċipazzjoni m’hemm ebda prerekwiżit obbligatorju. L-applikanti jistgħu japplikaw għal moduli fi kwalunkwe livell tal-MQF. Madankollu nħeġġuhom jagħżlu l-aktar moduli xierqa għall-isfond professjonali, l-esperjenza u l-objettivi tat-tagħlim tagħhom.
Il-moduli jistgħu jiġu segwiti b’mod indipendenti. Il-parteċipazzjoni f’moduli ta’ livell aktar baxx mhix meħtieġa qabel ir-reġistrazzjoni f’moduli ta’ livell ogħla.
- Applikazzjonijiet
L-applikanti jistgħu japplikaw għal modulu wieħed jew aktar, dejjem skont id-disponibbiltà.
Kull modulu għandu kapaċità massima ta’ 50 parteċipant. Il-postijiet ser jiġu allokati lil dawk illi jirreġistraw l-ewwel, dejjem skont l-eliġibbiltà.
Jekk jogħġbok innota: L-applikazzjonijiet bħalissa jinsabu miftuħin biss għall-qasam ta’ taħriġ tad-Dritt għall-Kultura. L-applikazzjonijiet għas-Sostenibbiltà u l-Intraprenditorija Kreattiva ser jinfetħu iżjed ’il quddiem.
- Skadenza tal-Applikazzjoni
L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu mill-inqas 14-il jum tal-kalendarju qabel id-data tal-bidu tal-modulu magħżul biex ikun hemm biżżejjed żmien għall-verifika tal-eliġibbiltà u, fejn applikabbli, għall-ipproċessar meħtieġ mill-MCAST għall-parteċipanti li jixtiequ jiksbu ċertifikazzjoni akkreditata. Ladarba kull modulu għandu kapaċità limitata ta’ 50 parteċipant nirrakomandaw ħafna li tapplika kmieni kemm jista’ jkun.
L-applikazzjonijiet li jaslu wara din l-iskadenza xorta jistgħu jiġu kkunsidrati, dejjem skont id-disponibbiltà tal-postijiet u t-tlestija ta’ kwalunkwe proċedura ta’ eliġibbiltà u amministrattiva meħtieġa. Madankollu applikanti li jaslu tard jistgħu ma jkunux eliġibbli biex isegwu ċertifikazzjoni akkreditata jekk ma jkunx hemm biżżejjed żmien biex jitlestew ir-rekwiżiti tal-ipproċessar meħtieġa.
Ladarba jkun diġà beda l-modulu l-applikazzjonijiet ma jibqgħux jiġu aċċettati.
