Numru tal-Permess ta’ Jobsplus: 833/2025
Id-Dmirijiet u r-Responsabbiltajiet Ewlenin
- Twettiq ta’ dmirijiet ta’ kontabbiltà bħala parti minn tim, b’tir li jiġu mwettqa termini ta’ skadenza stretti;
- Verifikazzjoni, proċessar, dħul ta’ dejta – ta’ dokumenti rċevuti, fatturi, pagamenti, u ordnijiet ta’ ħlas; u tiżgura li t-tranżazzjonijiet huma konformi ma’ politiki u proċeduri finanzjarji, f’konformità mar-regolamenti finanzjarji tal-gvern;
- Tassisti fil-kumpilazzjoni, kordinament, u moniteraġġ tal-line votes governattivi tal-kunsill u tassisti fil-preparazzjoni ta’ dokumenti ta’ pretensjoni u skedi ta’ pretensjoni skont il-bżonn;
- Tassisti fil-filing tad-dokumentazzjoni finanzjarja kollha;
- Tittratta ma’ membri tal-pubbliku, twieġeb mistoqsijiet, tisma’ lmenti, u tikkomunika skont il-bżonn;
- Tikkordina ma’ units oħra fi ħdan il-Kunsill;
- Taġixxi bħala punt fokali sabiex tirċievi u tivverifika dokumenti rċevuti minn units oħra fi ħdan il-Kunsill;
- Tassisti l-Kontrollur Finanzjarju f’kwalunkwe dmirijiet oħra skont kif ikun hemm bżonn minn żmien għal żmien.
Rekwiżiti t’Eliġibbiltà
Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti jridu jkunu:
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea li huma intitolati għal trattament ugwali bħal ċittadini Maltin f’kwistjonijiet t’impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE jew proviżjonijiet tat-trattat li jirrelataw mal-moviment ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li huma intitolati għal trattament ugwali bħal ċittadini Maltin f’kwistjonijiet t’impjieg bis-saħħa tal-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u proviżjonijiet tat-trattat li jirrelataw mal-moviment ħieles tal-ħaddiema f’dak il-pajjiż; jew
- kwalunkwe persuni oħra li huma intitolati għal trattament ugwali bħal ċittadini Maltin f’kwistjonijiet t’impjieg ai termini tal-liġi jew il-leġiżlazzjoni tal-UE u proviżjonijiet tat-trattat imsemmija hawn fuq, minħabba r-relazzjoni familjari ta’ dawn il-persuni msemmija f’paragrafu (a), (b), jew (c); jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom status ta’ residenti għat-tul f’Malta taħt ir-regolament 4 taħt ‘Regolamenti tal-Istatus ta’ Residenti għat-Tul (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi), 2006’, jew li ġew mogħtija permess ta’ residenza taħt regolament 18(3) tal-istess, flimkien ma’ membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi tali li ġew mogħtija permess ta’ residenza taħt ‘Regolamenti ta’ Riunifikazzjoni tal-Familja, 2007’; jew
- fil-pussess ta’ dokument ta’ residenza maħruġ ai termini ta’ ‘L-Istatus ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta f’konformità mal-Ftehim fuq il-Ħruġ tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mir-Regolamenti tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika’.
Il-parir tal-Unit taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunità Malta u l-Unit tal-Espatrijati fi ħdan Identità għandu jiġi mfittex skont il-bżonn fl-interpretazzjoni ta’ dawn il-proviżjonijiet imsemmija.
L-għażla ta’ kandidati riferuti f’(b), (c), (d), u (e) hawn fuq tkun tinneċessita l-ħruġ ta’ liċenzja tal-impjieg sa fejn din hija mitluba mill-Att tal-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandu jiġi kkonsultat fuq dil-kwistjoni skont il-bżonn.
U
kapaċi li jikkomunika kemm bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża sabiex iwettaq id-dmirijiet li jkun applika għalihom b’mod suffiċjenti u adegwat.
U
Fil-pussess ta’:
- Kwalifikazzjoni MQF Livell 5 rikonoxxuta (120 ECTS) kif ukoll tliet (3) snin ta’ esperjenza ta’ xogħol relevanti
JEW
- Kwalifikazzjoni ta’ Livell Ordinarju MQF Livell 2/3 rikonoxxuta fl-Accountancy, Ingliż, Malti, u Matematika kif ukoll 10 snin t’esperjenza ta’ xogħol, bi tmienja (8) minn dawn jinvolvu l-użu ta’ SAGE
U FIL-PUSSESS TA’
- Ċertifikat tal-ECDL
- Għarfien tajjeb tas-software tal-Excel
Il-Kuntratt u Informazzjoni dwar is-Salarju
Il-kandidat magħżul se jkollu kuntratt t’impjieg full-time fuq bażi indefinita. Is-salarju mħallas se jkun salarju bażiku ta’ €28,832 fl-2025 (Grad 6 fl-Istruttura ta’ Gradazzjoni u Salarju tal-Kunsill Malti għall-Arti).
L-Applikazzjonijiet
Applikanti li għandhom kwalifiki barranin huma mitluba li jipproduċu dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent mill-Malta Qualifications Recognition Information Centre (MQRIC) fi ħdan il-Malta Further and Higher Education Authority (MFHEA), li trid tiġi miksuba billi timla applikazzjoni online għar-rikonoxximent tal-kwalifiki fuq https://services.mfhea.mt/CertificationApplication.aspx. Tali dikjarazzjoni għandha tkun annessa mal-applikazzjoni u l-oriġinali tiġi ppreżentata fl-intervista.
Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet hija l-Erbgħa, 17 ta’ Settembru, 2025, f’nofsinhar.
Applikanti interessati se jintablu jattendu intervista ta’ selezzjoni.