Titolu tal-Arti, Isem tal-Artist, SSSS

Pjattaforma tal-Fond għall-Kultura u s-Saħħa għall-Gżejjer Maltin

Il-Pjattaforma tal-Fond għall-Kultura u s-Saħħa għall-Gżejjer Maltin hija parti minn inizjattiva t’erba’ snin immirata biex tappoġġja artisti Ewropej emerġenti li jaħdmu fl-interesezzjoni tas-setturi tal-kultura, saħħa, kura, u dawk soċjali.

Invalid deadline format: May 27, 2025 12:00 pm

Skadenza

L-iskadenza biex tapplika hija May 27, 2025 fi

12:00 pm.

Applikazzjonijiet tardivi mhux se jiġu aċċettati

Il-pjattaforma KulturaUSaħħa hija ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea, minn Ewropa Azzjoni Kulturali, u minn 14-il organizzazzjoni Ewropea sħab oħra, inkluż ARC Research & Consultancy bħala l-isħab Malti għal din il-pjattaforma. Il-benefiċċji ewlenin tal-pjattaforma KulturaUSaħħa għall-artisti jinkludu:

•Appoġġ finanzjarju għal proġetti li jwaħħdu l-kultura u s-saħħa;
• Mobbiltà internazzjonali u viżibbiltà miżjuda;
• Inizjattivi ta’ taħriġ u bini ta’ kapaċità;
• Appoġġ bejn il-pari u opportunitajiet ta’ netwerking;
• Li jiġu aċċenati avvenimenti li jitfgħu dawl fuq ix-xogħol tal-artisti.


Għal aktar informazzjoni dwar il-Pjattaforma tal-KulturaUSaħħa, tista’ tikkonsulta l-vidjo tal-avveniment tat-tnedija online. Kollezzjoni ta’ proġetti fl-oqsma tal-kultura, saħħa, u benessri jistgħu jinsabu fid-database tal-immappjar tal-CultureForHealth.


Bħala parti mill-inizjattivi tal-pjattaforma lokali, ARC Research & Consultancy, f’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti (minn dan il-punt ’il quddiem referuti bħala l-Entitajiet tal-Finanzjament) se jkunu qed iniedu fond li fil-mira tiegħu se jkollu artisti emerġenti Maltin jew ibbażati f’Malta kif ukoll professjonisti kreattivi fil-qasam interkulturali tal-kultura, saħħa, u kura.

L-iskema hija appoġġjata b’mod ugwali mill-Kunsill Malti għall-Arti permezz ta’ fondi allokati mill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u l-ARC Research & Consultancy permezz ta’ fondi allokati mill-Unjoni Ewropea.


F’konformità ma’ waħda mit-temi ewlenin tal-KMA li tiffoka fuq il-kura, dan il-fond huwa għodda biex ikompli jappoġġja s-setturi kulturali u kreattivi billi:

• Irawwem kollaborazzjonijiet intersettorjali fuq livelli lokali u nazzjonali biex jappoġġjaw l-interesezzjoni bejn il-kultura, saħħa, u kura.
• Irawwem interess fil-kultura, saħħa, u kura bħala intersezzjoni li tappoġġja l-benessri olistiku u soċjetajiet prosperużi.
• Jesplora l-effetti pożittivi t’attivitajiet tal-arti u dawk kulturali fuq is-saħħa u l-benessri.
• Jappoġġja l-iżvilupp tal-artisti u l-professjonisti kreattivi impenjati fl-esplorazzjoni ta’ dan il-qasam.
• Jiffaċilita l-ħolqien ta’ proġetti, programmi, u pjattaformi li jippermettu lil artisti emerġenti sabiex jinteraġġixxu ma’ komunitajiet speċifiċi, oqsma tal-kura tas-saħħa, u/jew kundizzjonijiet ta’ saħħa ta’ sfida permezz tal-prattika artistika tagħhom.
• Jibni u jsaħħaħ sħubiji strateġiċi, kollaborazzjonijiet, u netwerks, kemm fuq livell nazzjonali u internazzjonali, sabiex jippermetti opportunitajiet sostenibbli u soluzzjonijiet sistematiċi fit-tul fl-interesezzjoni bejn il-kultura u s-saħħa.
• Jagħti valur u pożizzjoni aktar promettenti lid-diversità tal-espressjoni artistika u kulturali, kif ukoll aċċess u parteċipazzjoni fis-suespost, bħala parti integrali tal-ekoloġija wiesa’ kulturali u kreattiva ta’ Malta.


Din l-iskema tirrikonoxxi l-potenzjal tal-intersezzjoni bejn il-kultura, is-saħħa, u l-kura sabiex tappoġġja l-benessri olistiku, il-prevenzjoni tal-mard, u proċessi ta’ kura, kif ukoll komunitajiet aktar b’saħħithom u f’saħħithom. Filwaqt li tirrikonoxxi l-valur ta’ kull forma ta’ prattiċi u interventi, din l-iskema speċifika mhux intenzjonata li tappoġġja proġetti ta’ terapija tal-arti per se. It-tipi ta’ proġetti li dan il-fond għandu l-mira li jgħin huma deskritti taħt is-sezzjonijiet ‘L- FERGĦA ’ u ‘It-2 FERGĦA ’.

L-iskema, li se tkun maqsuma f’żewġ faxex, se toffri l-opportunità lil artisti emerġenti sabiex:

L-1 fergħa – Mobbiltà ta’ tagħlim internazzjonali
Tkopri involviment f’opportunitajiet ta’ shadowing/mentoraġġ internazzjonali sabiex jiġi appoġġjat l-iżvilupp u l-iskambju ta’ għarfien ta’ artisti emerġenti f’dan I l-qasam.
Dan il-FERGĦA se jippermetti lil individwi sabiex jesprimu l-interess tagħhom f’, kif ukoll jiriċevu appoġġ għal, mobbiltà ta’ tagħlim internazzjonali, fi ħdan pajjiżi ta’ Ewropa Kreattiva, b’entità jew individwu/I stabbilita li tispeċjalizza fil-prattiċi, proġetti, u programmi tal-kultura u s-saħħa. L-ospitant irid jiġi kkuntattjat qabel l-istadju tal-applikazzjoni u jiffirma ittra ta’ intenzjoni għal mas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

It-2 fergħa – Implimentazzjoni tal-Proġett

Il-proponiment ta’ proġetti, immexxija minn artisti emerġenti f’dan il-qasam, li jippromwovu t-titjib tal-kwalità tal-ħajja u l-aċċess kulturali f’ambiti ta’ kura tas-saħħa jew kura soċjali.
Proġetti jistgħu jinkludu: Dan il-fergħa se tappoġġja proġetti u/jew programmi li jġibu flimkien professjonisti u organizzazzjonijiet fost is-setturi tal-arti, tas-saħħa, u dawk soċjali, bl-għan li jiġi pprovdut appoġġ għal proġetti kreattivi ddisinjati sabiex iwasslu benefiċċji tas-saħħa u l-benessri.

• Programmi ta’ arti parteċipattiva għal nies li qed jesperjenzaw mard fiżiku u mentali, kif ukoll programmi ffukati fuq il-prevenzjoni, f’sitwazzjonijiet differenti.
• L-arti f’ambjenti ta’ kura tas-saħħa, inkluż proġett iddisinjati biex itejbu ambjenti tal-kura tas-saħħa u jappoġġjaw il-benessri tal-istaff u l-pazjenti.
• Produzzjonijiet f’ambjenti ta’ kura tas-saħħa, li jistgħu jinkludu prestazzjonijiet, installazzjonijiet, u esebizzjonijiet li jappoġġjaw il-benessri ġenerali kif ukoll jitfgħu dawl fuq kwistjonijiet relatati mas-saħħa.
• Residenzi ta’ artisti f’ambjenti ta’ kura tas-saħħa jew soċjali.
• Attività ta’ riċerka bbażata fil-prattika

Il-proġetti se jħarsu sabiex jintegraw artisti prattiċi—jew biex isaħħu programmi eżistenti—fi ħdan komunitajiet lokali u strutturi stabbiliti sabiex irawwmu konessjonijiet u sostenibbiltà fit-tul. Se jkunu qed iħarsu wkoll li jiżviluppaw ix-xogħol tal-artisti emerġenti involuti.

L-entità/organizzazzjoni tal-kura tas-saħħa jew dik tal-kura soċjali li se tkun sħab trid tiġi kkuntattjata qabel l-istadju tal-applikazzjoni. L-ospitant irid jiffirma ittra ta’ intenzjoni li trid tiġi sottomessa mal-appikazzjoni. L-organizzazzjoni sħab ma tistax tkun entità kulturali jew entità kulturali oħra, iżda trid speċifikament tkun organizzazzjoni/entità tal-kura tas-saħħa jew tal-kura soċjali.

• Entitajiet irreġistrati mar-Reġistru dwar in-Negozju ta’ Malta (inklużkumpaniji, sħubiji, fondazzjonijiet u organizzazzjonijiet/assoċjazzjonijiet)
• Gruppi, kollettivi u konsorzji
• Koperattivi rreġistrati
• Organizzazzjonijiet volontarji iskritti mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji
• Professjonisti kreattivi/artisti individwali.

Agħfas hawn għall-linji gwida u agħfas hawn biex tniżżel il-mudell tal-applikazzjoni għal Fergħa 1 u Fergħa 2.

Arts Council Malta is organising an info session online on the 28th April from 12:00 till 13:30. Join us here.

The einfo session presentation is available for download here.

Skip to content