Direttorat għar-Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali (ICRD)
Il-Kunsill Malti għall-Arti jappoġġja l-internazzjonalizzazzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi ta’ Malta billi jrawwem il-kollaborazzjoni internazzjonali, l-iskambju kulturali u s-sħubijiet. Joħloq opportunitajiet għall-artisti u l-professjonisti kulturali biex jiltaqgħu, jiżviluppaw u juru l-kreattività Maltija lil hinn mill-fruntieri.