Edinburgh Fringe – The Malta Showcase

Sejħa għal Proposti għal Taħriġ u Żvilupp ta’ Proġetti Data u Ħin ta’ skadenza għall-applikazzjonijiet: 15 ta’ Frar, nofsinhar (CET) Dwar il-Programm Il-Kunsill Malti għall-Arti qiegħed iniedi Sejħa għal Proposti għal Taħriġ u Żvilupp ta’ Proġetti, speċifikament għall-Edinburgh Fringe – The Malta Showcase (2027). Din l-inizjattiva hija ddisinjata sabiex tappoġġja diretturi, produtturi, u prattikanti kreattivi fl-arti […]
Jitilgħu għal 120 l-għaqdiet tal-festi li se jibbenefikaw minn investiment totali ta’ €1.1m matul din is-sena

37 organizzazzjoni volontarja li jikkontribwixxu lejn it-tradizzjonijiet tal-festi Maltin ser jibbenefikaw minn għotja ta’ fondi oħra mill-Kunsill Malti għall-Arti fl-ammont ta’ €344,000 biex b’hekk ingħaqdu mat-83 għaqda tal-festi oħra li diġà gawdew minn investiment ta’ €800,000 matul din is-sena. Dan bis-saħħa tal-Iskema għall-Wirt Artistiku amministrata mill-Kunsill Malti għall-Arti, li toħroġ f’żewġ perjodi matul is-sena biex […]
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju għall-Arti 2025

Is-seba’ edizzjoni, li qed tittella’ fl-għaxar anniversarju tal-Kunsill Malti għall-Arti, laħqet rekord ta’ 600 nomina Il-Kunsill Malti għall-Arti (KMA), taħt il-patroċinju tal-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, ħabbar ir-rebbieħa tal-Premju għall-Arti 2025. L-edizzjoni ta’ dis-sena tirrappreżenta wkoll tragward importanti hekk kif laħqet rekord ta’ 600 nomina, l-akbar ammont minn meta twaqqaf dan il-Premju. Ir-rebbieħa tħabbru […]
Tiġi żvelata l-parteċipazzjoni uffiċjali ta’ Malta fil-Biennali ta’ Venezja u Gwangju fl-2026

Din se tkun l-ewwel darba li Malta se tieħu sehem fil-Biennale tal-Korea t’Isfel, avveniment stabbilit bħala wieħed mill-ewlenin tal-arti kontemporanja fl-Asja. Il-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u Gvern Lokali flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti, żvelaw uffiċjalment il-parteċipazzjoni uffiċjali ta’ Malta f’żewġ pjattaformi ewlenin tal-arti internazzjonali – il-Biennale tal-Arti ta’ Venezja u l-Biennale ta’ Gwangju tal-2026. Din se tkun […]
Il-Kunsill Malti għall-Arti jiżvela l-istallazzjoni li jmiss fis-sensiela Retold b’Burning Waters – Diplomazija Astuta

L-istallazzjoni se tintwera fil-Victor Pasmore Gallery sat-3 ta’ Jannar Taħt il-patroċinju tal-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, il-Kunsill Malti għall-Arti żvela l-kapitlu li jmiss fis-sensiela ta’ sena, Retold, li jimmarka l-għaxar anniversarju tal-Kunsill. Wara l-ftuħ ta’ suċċess tal-programm aktar kmieni din is-sena, din il-preżentazzjoni ġdida qed iġġib f’Malta adattament ta’ wieħed mill-proġetti l-iżjed rikonoxxuti internazzjonalment […]
Konferenza Nazzjonali tesplora l-viżjoni għal Akkademja Nazzjonali tal-Arti Viżiva u Performattiva f’Malta

Il-Kunsill Malti għall-Arti, bħala parti mill-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u Gvern Lokali, flimkien mal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, organizzaw konferenza bit-titolu ‘Shaping the Future: National Arts Education Conference’ – konferenza nazzjonali li ġabret partijiet ikkonċernati, edukaturi u prattikanti kulturali minn Malta u minn diversi pajjiżi Ewropej. Waqt il-konferenza ġew diskussa l-futur tal-edukazzjoni fl-arti u […]
200 impjegat fis-settur pubbliku li jaħdmu fil-qasam kulturali se jgawdu minn titjib fil-kondizzjonijiet tagħhom

Il-Ministeru għall-Artijiet, Kultura u Gvern Lokali, id-Diviżjoni People and Standards u l-Kunsill Malti għall-Arti ħabbru t-tlestija ta’ proċess amministrattiv li bis-saħħa tiegħu 200 impjegat fis-settur pubbliku fil-qasam kulturali se jgawdu minn titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom. Bis-saħħa ta’ strument amministrattiv imsejjaħ Direttiva 7 li ġie ffirmat illum, twettaq pass importanti lejn pagi aħjar għall-professjonisti u l-ħaddiema […]
Il-Kunsill Malti għall-Arti nieda proġett ieħor fis-sensiela RETOLD, din id-darba l-proġett The Ship (Unseen), ġewwa l-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu.

The Ship (Unseen), xogħol l-artist żagħżugħ Malti Matthew Attard, hija verżjoni imtennijja ta’ The Ship, il-proġett li rrappreżenta lil Malta fil-padiljun Maltin waqt il-Biennale tal-Arti ġewwa Venezja fl-2024. Għal dan il-padiljun, Attard esplora l-interazzjoni tal-graffitti tal-vapuri storiċi, it-tpinġija kontemporanja u t-teknoloġija diġitali. Billi jeżamina immaġni storika permezz ta’ tagħmir li jsegwi l-għajnejn bħala għodda ta’ […]
L-Istrateġija 2030 tal-KMA – Stħarriġ Online

Bħala parti mir-reviżjoni tal-Istrateġija 2025 u t-tfassil taċ-ċiklu strateġiku li jmiss li ser iwassal sal-2030, il-Kunsill Malti għall-Arti qed jistieden lil kull min hu iteressat jieħu sehem f’dan l-istħarriġ ta’ 7 minuti sabiex jirrifletti fuq ir-riżultati ewlenin tal-gruppi ta’ fokus li saru ftit tal-ġimgħat ilu u li qed jispiraw id-dokument ta’ Strateġija 2030 li se […]
“Qalbna Magħkom” – Avveniment ta’ solidarjetà mal-Palestina wara r-rikonoxximent uffiċjali ta’ Malta tal-Istat Palestinjan

Il-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali flimkien mal-Arts Council Malta u Heritage Malta se jorganizzaw “Qalbna Magħkom”, avveniment ta’ solidarjetà u ta’ kuxjenza dwar is-sitwazzjoni attwali fil-Palestina, wara r-rikonoxximent uffiċjali ta’ Malta tal-Istat Palestinjan. Il-Ministru għall-Wirt Kulturali, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, qal, “Bħalissa, il-ġlieda għall-kuxjenza u għall-umanità ma tistax titħalla barra mill-ispazju kulturali. […]