Għaliex għandi nirreġistra
- Tikkwalifika għal għadd ta’ privileġġi
- Tista’ tapplika sabiex tibbenefika minn fondi pubbliċi u tal-Unjoni Ewropeja (UE)
- Tista’ tidħol għal kuntratti ta’ koperazzjoni mal-Gvern
- Tista’ tiġbor fondi bla mingħajr ma tapplika kull darba għall-permess tal-Pulizija
- Tiggarantixxi li l-għaqda tkun qed titmexxa sew u b’mod trasparenti
Min jista’ japplika
Kull organizzazzjoni
- Stabbilita bi statut
- B’għan soċjali jew għan leġittimu ieħor
- Titmexxa b’mod volontarju
- Ma toperax b’għan ta’ qligħ
- Indipendenti u awtonoma mill-Istat
X’għandi nippreżenta
- Applikazzjoni (li tintniżżel mis-sit tal- Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Oganizzazzjonijiet Volontarji)
- Id-dokumenti msemmija fl-applikazzjoni, fosthom: kopja aġġornata tal-istatut, l-aħħar rapport annwali u l-aħħar rapport finanzjarju annwali
Hemm xi ħlas
Ħlas ta’ €40 mal-applikazzjoni (ta’ darba)
Kemm jieħu fit-tul il-proċess
Mhux aktar minn 3 xhur
Fejn nirreġistra
Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji
Binja Ċ, Beltissebħ, Il-Furjana FRN 1700
Tel | 2568 7261
Email | vo@gov.mt