Id-diversità u l-komunitajiet

Id-diversità, l-ekwità u l-inklużjoni huma kruċjali għall-arti u l-kultura daqskemm huma għall-individwu u l-benessri kollettiv, l-iżvilupp sostenibbli u komunitajiet iktar b’saħħithom. id-diversità tirrikonoxxi u tapprezza d-differenzi. din tħeġġeġ u tippermetti wkoll l-għoti ta’ kontribut kontinwu f’kuntest inklużiv li jilqa’ ’l kulħadd. filwaqt li l-inklużività tiżgura li kulħadd jista’ jieħu sehem, id-diversità tiżgura li kulħadd jista’ jipparteċipa skont il-karattru partikulari tiegħu. dan irawwem parteċipazzjoni kulturali usa’ li tneħħi l-ostakli u tħares id-dritt ta’ kulħadd għal opportunitajiet indaqs biex igawdi d-drittijiet tal-bniedem speċifiċi għalih u jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu.

Nemmnu li l-kultura tista’ tkun katalista li trawwem komunitajiet diversi u inklużivi – fejn kulħadd jiġi trattat b’dinjità u rispett, kif ukoll jiġi valorizzat u appoġġat b’mod ekwu fit-twettiq tad-drittijiet kulturali tiegħu jew tagħha. Għandna l-għan li nippromwovu u nirsistu għall-ħarsien u t-twettiq tad-drittijiet u l-libertajiet ta’ kull persuna (kemm individwalment u kemm fil-komunità) sabiex tiżviluppa l-potenzjal sħiħ tagħha u tesprimi l-umanità tagħha, il-fehma tagħha u t-tifsira illi tagħti lill-eżistenza u lill-iżvilupp tagħha permezz ta’ valuri, twemmin, konvinzjonijiet, lingwi, għarfien, l-arti, l-istituzzjonijiet u modi ta’ ħajja. Proċessi ta’ identifikazzjoni u żvilupp bħal dawn iseħħu biss jekk il-wirt kulturali u r-riżorsi jiġu protetti u l-aċċess għalihom jiġi mbuttat ’il quddiem. F’dawn il-komunitajiet nippermettu u nappoġġaw l-awtentiċità u l-ħsieb kritiku, nippromwovu sensibilizzazzjoni rigward narrattivi diversi u nirrikonoxxu l-isfidi u l-opportunitajiet. Irridu niżguraw li kulħadd, ikun min ikun – irrispettivament mis-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, l-età, id-diżabbiltà, l-orjentazzjoni sesswali jew it-twemmin reliġjuż u l-qasam tal-ħajja tiegħu – ikollu aċċess għall-kultura u l-arti u għall-benefiċċji u l-benessri li dawn jiġġeneraw.

Se naħdmu mal-organizzazzjonijiet u mal-individwi kollha – fil-livelli lokali, nazzjonali u internazzjonali – minn kull settur li jkollu dawk ir-responsabbiltajiet ewlenin illi kapaċi jappoġġaw ir-rwol ċentrali tal-kultura fil-bini ta’ soċjetà aktar ġusta, aktar prospera u aktar reżiljenti. Fl-istess ħin għandu jkun hemm ingaġġ attiv f’dibattiti lokali, reġjonali u globali kif ukoll iffurmar ta’ żvilupp sostenibbli fil-komunitajiet u l-isfera kulturali. Biħsiebna naħdmu wkoll ma’ dawk kollha li jkunu ankrati fil-komunitajiet lokali u li jkollhom ir-riżorsi biex jisfruttaw l-innovazzjoni fil-kultura, fid-dimensjoni soċjali u fil-kontenut għall-benefiċċju tal-komunitajiet u tas-soċjetà. Nemmnu li nistgħu nsaħħu dan l-approċċ billi nippromwovu u ninvestu f’miżuri li jkattru l-parteċipazzjoni kulturali attiva, iqawwu l-iżvilupp tal-udjenza u jappoġġaw l-iżvilupp artistiku ġenerali b’inizjattivi mmexxija mill-komunità.

Biħsiebna nippermettu, nappoġġaw u niddefendu t-twettiq tad-drittijiet kulturali u nitkellmu favur diversità, ekwità u inklużività akbar bħala komponenti fundamentalment inkorporati tal-Istrateġija tagħna.

Aktar dwar Diversità u Komunitajiet

Our 2020 Community Exchange Strategy
Our 2020 Community Exchange Actions
Il-Premju tal-President għall-Kreattività
Creative Communities
Artivisti
Intercultural Dialogue: a Maltese case study
Voluntary Organisations Act 2007
Reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet volontarji : fi ftit kliem

Diversità u riżorsi tal-Komunitajiet

  • Creative Projects in the Community Ethical ConsiderationsCreative Projects in the Community Ethical Considerations

Funded Projects

External links of interest

  • A Glimmer of Hope at the End of the YearA Glimmer of Hope at the End of the Year
  • Food for Thought, Interview, Times of Malta, 30 September 2016Food for Thought, Interview, Times of Malta, 30 September 2016
  • Aditus FoundationAditus Foundation
  • Artraker FoundationArtraker Foundation
  • Correctional ServicesCorrectional Services
  • Culture Action Europe (CAE)Culture Action Europe (CAE)
  • Design4DCity initiativeDesign4DCity initiative
  • IntegraIntegra
  • Foundation for Social Welfare ServicesFoundation for Social Welfare Services
  • Funds for NGOsFunds for NGOs
  • Gabriel Caruana Foundation (GCF)Gabriel Caruana Foundation (GCF)
  • Greenhouse MaltaGreenhouse Malta
  • Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti (KNM)Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti (KNM)
  • Intercultural Cities Programme (ICC), Council of EuropeIntercultural Cities Programme (ICC), Council of Europe
  • KOPIN (Koperazzjoni Internazzjonali) empowering communities KOPIN  (Koperazzjoni Internazzjonali) empowering communities
  • Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'DiżabilitàKummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità
  • Malta Council for the Voluntary Sector (MCVS)Malta Council for the Voluntary Sector (MCVS)
  • Malta Health NetworkMalta Health Network
  • Migrant Women Association Malta (MWAM)Migrant Women Association Malta (MWAM)
  • Moveo Dance CompanyMoveo Dance Company
  • MUŻAMUŻA
  • Nanniet MaltaNanniet Malta
  • National Book CouncilNational Book Council
  • Office of the Commissioner for Voluntary Organisations (CVO)Office of the Commissioner for Voluntary Organisations (CVO)
  • Opening DoorsOpening Doors
  • Platform of Human Rights Organisations in Malta (PHROM)Platform of Human Rights Organisations in Malta (PHROM)
  • President's Foundation for the Wellbeing of Society (PFWS)President's Foundation for the Wellbeing of Society (PFWS)
  • Prison Education and Re-entry ProgrammePrison Education and Re-entry Programme
  • Re.Cri.Re project Re.Cri.Re project
  • Scouts Malta (TSAM)Scouts Malta (TSAM)
  • See Clearly Now (SCN) See Clearly Now (SCN)
  • SOS Malta Solidarity Overseas ServiceSOS Malta Solidarity Overseas Service
  • St James Cavalier FoundationSt James Cavalier Foundation
  • Teatru SalesjanTeatru Salesjan
  • The Commissioner for ChildrenThe Commissioner for Children
  • The Creative Arts Therapies Society (C.A.T.S.) MaltaThe Creative Arts Therapies Society (C.A.T.S.) Malta
  • UNHCR MaltaUNHCR Malta
  • Żfin Malta dance ensemble (ŻMDE)Żfin Malta dance ensemble (ŻMDE)
  • ŻugragaŻugraga
Skip to content