Għall-Kunsill Malti għall-Arti, aċċessibbli fuq l-internet mis-sit web uffiċjali https://artscouncilmalta.gov.mt, waħda mill-prijoritajiet ewlenin hi l-privatezza tal-viżitaturi tagħna. Dan id-dokument dwar il-Politika tal-Privatezza jelenka t-tipi ta’ informazzjoni li tiġi miġbura u rreġistrata mill-Kunsill Malti għall-Arti u kif tintuża.
Jekk ikollkom aktar mistoqsijiet jew teħtieġu iżjed tagħrif dwar il-Politika tal-Privatezza tagħna toqogħdux lura milli tikkuntattjana.
Din il-Politika tal-Privatezza tapplika biss għall-attivitajiet online tagħna u hi valida għall-viżitaturi tas-sit tagħna fir-rigward tal-informazzjoni li tiġi kondiviża u/jew miġbura mill-Kunsill Malti għall-Arti. Din il-politika mhix applikabbli għal kwalunkwe informazzjoni miġbura offline jew permezz ta’ mezzi oħra għajr dan is-sit.
Meta tużaw is-sit tagħna tkunu qegħdin tagħtu l-kunsens tagħkom għall-Politika tal-Privatezza tagħna u taqblu mat-termini tagħha.
L-informazzjoni personali li tintalbu tagħtu u r-raġunijiet għaliex tintalbu tipprovduha jiġu spjegati ilkoll b’mod ċar sewsew malli nitolbukom tagħtuna l-informazzjoni personali tagħkom.
Jekk tikkuntattjawna direttament nistgħu nirċievu informazzjoni addizzjonali dwarkom bħal isimkom, l-indirizz elettroniku u n-numru tat-telefon tagħkom, il-kontenut tal-messaġġ u/jew l-annessi li tistgħu tibgħatulna kif ukoll kwalunkwe informazzjoni oħra li tistgħu tagħżlu li tipprovdu.
Meta tirreġistraw Kont fuq is-sit nistgħu nitolbukhom id-dettalji tal-kuntatt tagħkom, fosthom isimkom, l-isem tal-kumpanija, l-indirizz postali, l-indirizz elettroniku u n-numru tat-telefon.
Aħna nużaw l-informazzjoni li niġbru b’diversi modi, inkluż biex:
Il-Kunsill Malti għall-Arti jsegwi proċedura standard għall-użu tal-log fajls. Dawn il-fajls jirreġistraw lill-viżitaturi meta jżuru s-sit. Dan jagħmlu il-kumpaniji kollha tal-hosting, qabelxejn għax dan jagħmel parti mill-analitika tas-servizzi tal-hosting. L-informazzjoni miġbura mil-log fajls tinkludi l-indirizzi tal-protokoll tal-internet (IP), it-tip ta’ brawżer, il-fornitur tas-servizz tal-internet (ISP), id-data u l-kronogramma elettronika, il-paġni ta’ riferiment/ħruġ u possibbilment l-għadd ta’ klikks. Dawn mhumiex marbuta ma’ xi informazzjoni li tkun personalment identifikabbli. L-iskop tal-informazzjoni hu għall-analiżi tax-xejriet, l-amministrazzjoni tas-sit, it-traċċar tal-moviment tal-utenti fuq is-sit u l-ġbir ta’ informazzjoni demografika.
Bħal kull sit ieħor il-websajt tal-Kunsill Malti għall-Arti tuża l-cookies. Dawn il-cookies jintużaw biex jaħżnu ċerta informazzjoni, bħall-preferenzi tal-viżitaturi u l-paġni tas-sit illi l-viżitaturi jaċċessaw jew iżuru. L-informazzjoni tintuża biex tottimizza l-esperjenza tagħkom l-utenti billi tippersonalizza l-kontenut tal-paġni web tagħna abbażi tat-tip ta’ brawżer użat mill-viżitaturi u/jew informazzjoni oħra.
Tista’ tikkonsulta din il-lista biex issib il-Politika tal-Privatezza għal kull wieħed mis-sħab pubbliċitarji tal-Kunsill Malti għall-Arti.
Servers tar-reklami jew netwerks tar-reklami ta’ partijiet terzi jużaw teknoloġiji bħal cookies, JavaScript jew web beacons li jintużaw fir-reklami rispettivi tagħhom u ħoloq li jidhru fuq is-sit tal-Kunsill. Dawn jintbagħtu direttament lill-brawżer tal-utenti. Kull meta jiġri hekk dawn jirċievu l-indirizz tal-IP tiegħek b’mod awtomatiku. Dawn it-teknoloġiji jintużaw biex ikejlu l-effettività tal-kampanji pubbliċitarji tagħhom u/jew biex jippersonalizzaw il-kontenut tar-reklamar illi taraw fuq il-pani web li żżuru.
Innotaw li l-Kunsill Malti għall-Arti m’għandu ebda aċċess fuq il-cookies illi jintużaw minn reklami ta’ partijiet terzi. Lanqas m’għandu kontroll fuqhom.
Il-Politika tal-Privatezza tal-Kunsill Malti għall-Arti ma tapplikax għal reklamaturi jew siti oħra. Għalhekk nagħtukhom parir biex tikkonsultaw il-Politiki tal-Privatezza rispettivi ta’ dawn is-servers pubbliċitarji minn partijiet terzi għal aktar informazzjoni dettaljata. Din tista’ tinkludi l-prattiki u l-istruzzjonijiet tagħhom dwar kif tagħżlu li ma tirċevux ċerti opzjonijiet.
Tistgħu tagħżlu li tiddiżattivaw il-cookies permezz tal-opzjonijiet individwali tal-brawżer tagħkom. Iżjed informazzjoni dettaljata dwar il-ġestjoni tal-cookies fi brawżers speċifiċi tinstab fis-siti rispettivi tal-brawżers.
Nixtiequ niżguraw li intom tkunu konxji bis-sħiħ mid-drittijiet kollha tagħkom fir-rigward tal-protezzjoni tad-data. Kull utent għandu dritt għal dan li ġej:
Id-dritt għall-aċċess – Għandkom dritt titolbu kopji tad-data personali tagħkom. Nistgħu nitolbuk ħlas żgħir għal dan is-servizz.
Id-dritt ta’ rettifika – Għandkom dritt titolbuna nikkoreġu kwalunkwe informazzjoni li temmnu li ma tkunx preċiża. Għandkom dritt ukoll titolbuna nikkompletaw l-informazzjoni li temmnu li ma tkunx kompluta.
Id-dritt għat-tħassir tad-data– Għandkom dritt titolbuna nħassru d-data personali tagħkom, taħt ċerti kundizzjonijiet.
Id-dritt li tressqu oġġezzjoni għall-ipproċessar tad-data – Għandkom dritt titolbuna nillimitaw l-ipproċessar tad-data personali tagħkom, taħt ċerti kundizzjonijiet.
Id-dritt li toġġezzjonaw għall-ipproċessar – Għandkom dritt toġġezzjonaw għall-ipproċessar tagħna tad-data personali tagħkom, taħt ċerti kundizzjonijiet.
Id-dritt għall-portabbiltà tad-data – Għandkom dritt titolbuna nittrasferixxu d-data li nkunu ġbarna lil xi organizzazzjoni oħra jew direttament lilkom, taħt ċerti kundizzjonijiet.
Jekk tagħmlu talbiet bħal dawn għandna xahar żmien biex inweġbuk. Jekk tixtiequ teżerċitaw xi wieħed minn dawn id-drittijiet, jekk jogħġobkom ikkuntattjawna.
Parti oħra mill-prijorità tagħna hi li nżidu l-protezzjoni għat-tfal waqt li jużaw l-internet. Għaldaqstant inħeġġu lill-ġenituri u lill-kustodji biex josservaw, jipparteċipaw u/jew jimmonitorjaw u jiggwidaw l-attività online tagħhom.
Il-Kunsill Malti għall-Arti ma jiġbor ebda Informazzjoni Personali Identifikabbli minn tfal taħt it-13-il sena. Kemm-il darba taħsbu li t-tfal tagħkom ipprovdew dan it-tip ta’ informazzjoni fuq is-sit web tagħna nħeġġukom bil-qawwa biex tikkuntattjawna minnufih. Min-naħa tagħna mbagħad nagħmlu kulma nistgħu biex inneħħu minnufih tali informazzjoni mir-rekords tagħna.
Minn żmien għal żmien nistgħu naġġornaw il-Politika tal-Privatezza tagħna. Għalhekk nagħtukom parir biex terġgħu żżuru din il-paġna perjodikament għal kwalunkwe tibdil. Aħna ninnotifikawkom dwar kwalunkwe tibdil billi nippubblikaw il-Politika tal-Privatezza l-ġdida f’din il-paġna. Dawn it-tibdiliet jidħlu fis-seħħ immedjatament wara li jiġu ppubblikati f’din il-paġna.
Jekk ikollkom xi mistoqsijiet jew suġġerimenti dwar il-Politika tal-Privatezza tagħna toqogħdux lura milli tikkuntattjawna.