Rata Ridotta ta’ Taxxa għal Prattikanti Kreattivi

Artwork title, Artist name, YYYY

Published on 10 February 2025

F’konformità mal-emenda legali tal-Kap. 123 Artiklu 56 26(A) tal-Att dwar Taxxa fuq id-Dħul, wieħed jista’ jibbenefika minn rata ridotta ta’ taxxa ta’ 7.5%. Dan l-inċentiv fiskali qiegħed jiġi implimentat sabiex jimmitiga inċertezzi ekonomiċi għal attivitajiet artistiċi, li huma aktar probabbli li jseħħu fi ħdan kundizzjonijiet ta’ ħidma atipiċi.

F’konformità mal-emenda legali tal-Kap. 123 Artiklu 56 26 (A) tal-Att dwar Taxxa fuq id-Dħul, artisti jistgħu jibbenefikaw minn rata ridotta ta’ taxxa ta’ 7.5%. Din l-inċentiva fiskali hija ddisinjata biex timmitiga inċertezzi ekonomiċi għal operaturi kulturali li huma esposti għal kundizzjonijiet ta’ ħidma atipiċi. Filwaqt li din l-iskema se tibqa’ miftuħa għal artisti li jaħdmu għal rashom, sa mill-2025, din l-iskema hija miftuħa għal firxa aktar wiesgħa t’attivitajiet ekonomiċi. Ir-rata ridotta ta’ taxxa ta’ 7.5% hija applikabbli għal attivitajiet artistiċi mwettqa minn artist li jaħdem għal rasu, sija jekk fuq bażi full-time u sija jekk part-time. Barra minn hekk, ir-rata applikabbli ta’ taxxa issa hija applikabbli għal dħul massimu nett ta’ EUR50,000. Dan jista’ jinkludi dħul li joriġina minn proprjetà intellettwali u royalties.

Attivitajiet ekonomiċi eliġibbli jridu jiġu kklassifikati taħt waħda mis-segwenti NACE Code Rev 2.1 sabiex ikunu eliġibbli.
Għal aktar mistoqsijiet dwar in-NACE Code tiegħek, żur:
http://nso.gov.mt/nsos-business-register/

NACE CodeDeskrizzjoni Qasira
58.11Pubblikazzjoni ta’ kotba
58.21Pubblikazzjoni ta’ logħob elettroniku
59.11Attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ films ċinematografiċi, vidjo, u programmi ta’ televiżjoni
59.12Attivitajiet ta’ wara l-produzzjoni ta’ films ċinematografiċi, vidjo, u programmi ta’ televiżjoni
59.20Attivitajiet ta’ rekordjar tal-awdjo u pubblikazzjoni ta’ mużika
90.11Attivitajiet ta’ ħolqien letterarju u kompożizzjoni mużikali
90.12Attivitajiet ta’ ħolqien t’arti viżiva
90.13Attivitajiet t’arti performattiva
90.20Attivitajiet t’arti performattiva
90.31Operar ta’ faċilitajiet u siti tal-arti
90.39Attivitajiet oħra t’appoġġ għall-arti u l-arti performattiva

Applikazzjonijiet se jiġu pproċessati f’temp t’20 jum ta’ xogħol.
*Skop artistiku jirreferi għal dħul derivat minn:

  • produzzjonijiet teatrali, tal-park, ta’ films ċinematografiċi, u ta’ produzzjonijiet tat-televixin
  • esebizzjonijiet
  • pitturi, skultura, u xogħlijiet letterarji u mużikali
  • proprjetà intellettwali, royalties
  • ġestjoni tal-proġett

Id-data tal-iskadenza sabiex tissottometti talba għas-Sena Bażika 2025 mill-Kunsill Malti għall-Arti (KMA) hija l-Erbgħa, 2 t’April 2026, sa nofsinhar. Il-KMA se jipprovdi ittra ta’ notifika f’temp t’20 jum ta’ xogħol.

Prattikanti kreattivi huma mħeġġa sabiex iżommu mad-dati ta’ skadenza indikati sabiex is-sottomissjoni tagħhom tiġi kkalkulata abbażi s-sena ta’ stima 2026.
Il-formoli TA26 li jiġu sottomessi lill-MTCA aktar tard mit-30 t’April 2026 se jġorru magħhom interess mensili ta’ 0.6%.
Għal assistenza rigward l-applikazzjoni, tista’ ċċempel fuq 2334 7230 jew tibgħat email fuq
[email protected]. Għal kjarifikazzjonijiet finanzjarji, ċempel servizz.gov fuq 153.

Sottomissjoni t’applikazzjoni lill-Kunsill Malti għall-Arti
Segwi dawn il-passi biex tapplika:

  1. Imla l-applikazzjoni online. Agħfas hawn biex tidħol fis-sistema.
  2. Jekk m’għandekx profil mal-Kunsill Malti għall-Arti, agħfas fuq Irreġistra u imla d-dettalji.
  3. Mis-sezzjoni tas-sejħiet miftuħa, agħżel Applikazzjoni għal Rata Ridotta ta’ Taxxa għall-artisti.
  4. Imla l-informazzjoni kollha rekwiżita. Żgura li imlejt kull parti korrettament għaliex l-informazzjoni li se ddaħħal se tiġi awtomatikament inkluża fl-ittra ta’ notifika li se tirċievi.
  5. Żgura li tehmeż id-dokumentazzjoni ta’ sostenn kollha.
  6. Issottometti l-applikazzjoni. Se tirċievi rikonoxximent awtomatiku mis-sistema. Jekk ma tirċevix tali notifikazzjoni, ikkuntattjana fuq [email protected].
  7. Jekk l-applikazzjoni tiegħek tkun kompluta, se tkun ipproċessata f’temp t’20 jum ta’ xogħol.

Lista ta’ Kontroll tad-Dokumenti

In order to be able to confirm your application, Arts Council Malta requires conducting basic due diligence, which includes the following:

  1. Kopja taċ-ċertifikat tal-VAT
  2. Prova tal-NACE code at Rev 2.1 classification
  3. Dikjarazzjoni t’accountant (template hija disponibbli hawn)

Din il-formola tapplika għal individwi li għandhom dħul derivat minn attività artistika jew kreattiva ċċertifikata mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Sottomissjoni tal-formola TA26

Il-formola TA26 issa hija disponibbli fuq myTax (https://mytax.mtca.gov.mt/) taħt il-Withholding Tax Forms. Segwi dawn il-passi sabiex timla l-formola ta’ TA26.

  1. Idħol f’myTax billi tagħfas hawn
  2. Agħżel Final Withholding Tax Forms mill-menu ta’ fuq
  3. Mill-menu dropdown, agħżel il-formola Artistic and Creative (TA26)
  4. Agħfas Oħloq
  5. Agħżel is-Sena
  6. Imla s-sezzjoni Trading Account Information skont kif applikabbli (numru tal-VAT, numru tal-PE, numru ta’ referenza tas-sottomissjoni tal-KMA, eż.: TAX__26_____).
  7. Tella’ online l-Ittra ta’ Notifika bir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti dwar l-eliġibbiltà tiegħek
  8. Irrevedi l-informazzjoni u ssottometti l-formola

Lista ta’ Kontroll tad-Dokumenti

  1. L-ittra ta’ notifika bl-approvazzjoni tiegħek hekk kif notifikata mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Prattikanti kreattivi huma mħeġġa sabiex iżommu mad-dati ta’ skadenza indikati sabiex is-sottomissjoni tagħhom tiġi kkalkulata abbażi s-sena ta’ stima 2026.
Il-formoli TA26 li jiġu sottomessi lill-MTCA aktar tard mit-30 t’April 2026 se jġorru magħhom interess mensili ta’ 0.6%.
Għal assistenza rigward l-applikazzjoni, tista’ ċċempel fuq 2334 7230 jew tibgħat email fuq [email protected]. Għal kjarifikazzjonijiet finanzjarji, ċempel servizz.gov fuq 153.

Skip to content