Skema ta’ Għotja ta’ Culture Pass 2025/2026

Artwork title, Artist name, YYYY

Published on 30 June 2025

Permezz tal-Culture Pass, studenti tal-kindergarten, tal-primarja, tal-iskola sekondarja, studenti ta’ bejn is-17 u t-18-il sena, u studenti post-sekondarji sal-Livell MQF 4 se jingħataw l-opportunità li jesperjenzaw tal-inqas produzzjoni artistika waħda waqt is-sena skolastika, li ġiet prodotta minn kreattivi professjonali permezz ta’ programm ikkurat.

Il-Culture Pass huwa maħsub biex:


I. Jipprovdi lil tfal u lil studenti mill-kindergarten sal-iskejjel post-sekondarji jew istituti li jipprovdu edukazzjoni sal-Livell MQF 4 b’esperjenzi kulturali u artistiċi professjonali tal-ogħla kwalità;

II.Ifaħħar ir-riżultati ta’ tagħlim tal-Kurrikulu Nazzjonali u jżid valur għall-edukazzjoni kulturali u suġġetti kurrikulari u temi transkurrikulari (il-litteriżmu, il-litteriżmu diġitali, it-tagħlim għat-tagħlim u t-tagħlim kooperattiv, l-edukazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli, l-intraprenditorija, id-diversità u l-kreattività u l-innovazzjoni;


III. Iħeġġeġ lill-prattikanti kreattivi joħolqu u jiżviluppaw xogħol ġdid għal udjenzi żgħażagħ u jżidu l-kapaċità tal-ipprogrammar fuq perjodi itwal bl-iskop li jingħaqdu dixxiplini artistiċi u mhux artistiċi mal-kurrikulu tal-istudenti.

Id-Direttorat tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u l-Kunsill Malti għall-Arti ħabbru flimkien Sejħa għal Espressjoni ta’ Interess għas-sottomissjoni/il-proposta ta’ avvenimenti ta’ natura kulturali u artistika mmirati lejn it-tfal u l-istudenti mill-Kindergarten, il-Primarja u studenti li jattendu skejjel Sekondarji u post-sekondarji. L-attivitajiet għandhom jittellgħu bejn id-data tat-tnedija u Ġunju tal-2026.


Din is-Sejħa hija maħsuba biex tippermetti lill-prattikanti kreattivi jiġġeneraw xogħol attraenti, kreattiv, innovattiv, oriġinali kif ukoll xogħol diġà eżistenti, għal udjenzi f’dawn il-kategoriji ta’ età u jipprovdu l-opportunità lit-tfal u liż-żgħażagħ li jesperjenzaw tal-inqas attività kulturali waħda bħala estensjoni għall-kurrikulu kopert waqt l-aħħar sena skolastika.

Is-Sejħa għal Espressjoni ta’ Interess hija miftuħa għal:

• Individwi li għandhom 18-il sena u ’l fuq,
• Gruppi ta’ kreattivi,
• Organizzazzjonijiet mhux governattivi reġistrati li n-natura tax-xogħol tagħhom hija bbażata fuq il-kultura u l-arti.

Skadenza

L-iskadenza biex tapplika hija 12 ta’ Awissu, 2025 fi 12:00 pm.

Agħfas hawn biex tniżżel il-linji gwida u agħfas hawn biex tniżżel il-mudell tal-applikazzjoni.

Riżultati

Lista tal-proġetti rakkomandati 2025/2026

Skip to content