Skema – Servizzi waqt Attivitajiet

Artwork title, Artist name, YYYY

Published on 7 August 2025

Qed titnieda l-iskema Servizzi waqt Attivitajiet, inizjattiva konġunta mill-Aġenzija għall-Infurzar Lokali (LESA) u l-Kunsill Malti għall-Arti, bil-għan li jiġu appoġġjati attivitajiet fil-komunità b’servizzi relatati mal-ordni pubblika, is-sigurtà u t-traffiku.

Għal din l-iskema, LESA qed timpenja ruħha li tinvesti total ta’ €600,000 fuq sentejn – bejn Lulju 2025 u Ġunju 2027.

X’tkopri l-Iskema?

L-iskema toffri għajnuna f’servizzi provduti minn:

  • Il-Korp tal-Pulizija
  • Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili
  • LESA

Dawn is-servizzi huma relatati ma’ buon ordni, sigurtà, u mmaniġġjar tat-traffiku waqt attivitajiet li jiġu organizzati minn entitajiet mhux governattivi jew għaqdiet volontarji fil-lokalitajiet.

Kif Tapplika?

Agħfas hawn biex tniżżel il-linji gwida. Agħfas hawn biex tapplika.

Skip to content