Sejħa għal Servizz

Artwork title, Artist name, YYYY

Published on 5 December 2025

Amministratur tal-Appoġġ (Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali) fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti

Deskrizzjoni tas-Servizz

B’ħidma fil-qrib u taħt is-superviżjoni tad-Direttur (Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali & Avvenimenti) u l-Kap (Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali) fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti, l-Uffiċjal Amministrattiv se jikkontribwixxi għall-viżjoni tal-programm tar-Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali tal-Kunsill Malti għall-Arti, b’fok speċifiku fuq programmi t’esportazzjoni u inizjattivi li jiffurmaw parti mill-portafoll tal-istrateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti, inkluż il-parteċipazzjoni ta’ Malta f’avvenimenti internazzjonali, kif ukoll kollaborazzjonijiet u skambji kulturali internazzjonali.

Id-Dmirijiet u r-Responsabbiltajiet Ewlenin

  • Tassisti u tipprovdi appoġġ lid-Direttur u t-tim fl-amministrazzjoni ta’ kuljum, inkluż skedar, korrispondenza, preparazzjoni ta’ dokumenti, filing, eċċ;
  • Tmanti b’mod preċiż rikordji, databases, u sistemi ta’ filing relatati ma’ proġetti internazzjonali, skemi ta’ finanzjament internazzjonali, u sħubiji;
  • Twettaq dmirijiet ġenerali tal-uffiċċju, bħal koordinazzjoni tal-irriżervar ta’ vjaġġar, arranġamenti għal laqgħat, u talbiet għal akkwisti;
  •  
  • Tassisti sabiex tappoġġja l-amministrazzjoni, il-koordinazzjoni, u t-twettiq ta’ programmi, skambji t’artisti, u avvenimenti internazzjonali;
  • Tassisti fil-ġestjoni ta’ għotjiet u proċessi ta’ rappurtar għal sejħiet ta’ finanzjament internazzjonali (primarjament IPS, ICE, u l-Biennale ta’ Venezja u Gwangju, eċċ.);
  • Tassisti fil-koordinazzjoni ma’ partijiet interessati lokali u internazzjonali;
  • Tabbozza emails, minuti ta’ laqgħat, preżentazzjonijiet, u rapporti interni skont il-bżonn;
  • Tassisti fil-koordinament ta’ aġġornamenti ta’ kontenut relatati m’attività internazzjonali fuq il-pjattaformi u l-midja soċjali tal-KMA għall-ICRD f’kollaborazzjoni mat-tim tal-Komunikazzjoni;
  • Tassisti fil-preparazzjoni ta’ materjali u rapporti ta’ promozzjoni;
  • Tiżgura aderenza mar-regolamenti amministrattivi u finanzjarji tal-KMA;
  • Tipprepara dokumenti t’akkwist skont il-bżonn.

Dmirijiet Oħra hekk kif Assenjati

Id-deskrizzjoni tal-impjieg mhux neċessarjament lista eżawrenti tad-dmirijiet imma hija intiża biex tirrifletti l-firxa ta’ dmirijiet li Amministrattur tal-Appoġġ mistenni jwettaq. Id-deskrizzjoni tal-impjieg tista’ tiġi riveduta regolarment u tista’ tinbidel fid-dawl tal-esperjenza u f’konsultazzjoni mal-Amministratur tal-Appoġġ.

Il-fornitur tas-servizz magħżul se jkollu jaħdem 40 siegħa fil-ġimgħa, ikun ibbażat fil-Kunsill Malti għall-Arti, u jrid ikun disponibbli għal laqgħat tramite l-internet, fuq il-lok, u fl-uffiċċju. Huwa/hija se jkollu sigħat ta’ ħidma flessibbli u jkun kapaċi jipprovdi servizzi matul ħinijiet mhux skedati jew mhux normali, skont il-bżonn tal-esiġenzi tal-ħidma internazzjonali.

Kwalifikazzjonijiet, Ħiliet, u Esperjenza Neċessarji

Kwalifikazzjoni post-sekondarja ta’ Livell 4 MQF, jew kwalifikazzjoni xierqa, rikonoxxuta, u komparabbli, flimkien m’erba’ (4) snin esperjenza ta’ xogħol. Interess speċjali fis-setturi kulturali u kreattivi, sostnuti minn ċertifikati u/jew kwalifikazzjonijiet fl-, iżda mhux limitati għal, Arti Performattiva u Viżiva, ikunu meqjusa bħala vantaġġ.

U jrid ikollu/ikollha is-sett ta’ ħiliet segwenti:

  • Ħakma tajba tal-Malti u l-Ingliż;
  • Għarfien ġenerali tal-proċeduri tal-akkwist tal-uffiċċju;
  • Ħiliet organizzattivi u amministrattivi b’saħħithom, kif ukoll attenzzjoni għad-dettall
  • Ħiliet interpersonali u tas-servizzi tal-klijenti eċċellenti;
  • L-abbiltà li jaħdem taħt pressjoni u jwettaq diversi inkarigi simultanjament, filwaqt li juża approċċ ta’ tim biex isolvi l-problemi skont il-bżonn;
  • Rieda li jitgħallem u jespandi l-għarfien tiegħu;
  • L-abbiltà li jaħdem b’mod awtonomu bi ftit jew mingħajr superviżjoni

Informazzjoni dwar Kuntratt u Salarju

Il-kandidati magħżula se jingħataw Kuntratt ta’ Servizz ta’ sena (1) waħda, bil-possibbiltà li dan jiġi estiż għal perjodu ulterjuri, skont il-prestazzjoni tal-kandidat.

Irid iwieġeb lid-Direttur (Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali & Avvenimenti) u l-Kap (Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali) fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti u jopera b’sigħat flessibbli sabiex ilaħħaq mat-talbiet u r-rekwiżiti tal-pożizzjoni. Il-kandidati magħżula jridu jaħdmu fi ħdan ir-regoli u regolamenti tas-Servizz Pubbliku ta’ Malta.

Ir-remunerazzjoni se tkun dik ta’ €25,000 (eskluż il-VAT iżda inkluż kwalunkwe taxxi jew miżati oħra) fis-sena.

Il-pagament jiġi proċessat kull xahar mill-Kunsill Malti għall-Arti wara li jkun irċieva fattura b’numru tal-VAT validu.

Eliġibbiltà

Sal-ħin u d-data tal-iskadenza ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti jridu jkunu:

(a) ċittadini ta’ Malta; jew

b) ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li huma intitolati għal trattament ugwali bħal ċittadini Malti f’kwistjonijiet t’impjieg bis-saħħa ta’ leġizlazzjoni tal-UE jew proviżjonijiet tat-trattat li jittrattaw il-moviment ħieles tal-ħaddiema; jew

ċ) ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li huma intitolati għal trattament ugwali bħal ċittadini Maltin f’kwistjonijiet relatati mal-impjieg bis-saħħa tal-applikazzjoni ta’ dak il-pajjiż ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u proviżjonijiet tat-trattat li jittrattaw il-moviment ħieles tal-ħaddiema; jew

d) kwalunkwe persuni oħra li huma intitolati għal trattament ugwali bħal ċittadini Maltin f’kwistjonijiet relatati mal-impjieg ai termini tal-liġi jew il-leġiżlazzjoni tal-UE u proviżjonijiet tat-trattat hawn fuq imsemmija, abbażi tar-relazzjoni tal-familja tagħhom ma’ persuni indikati f’paragrafi (a), (b), jew (ċ); jew

(e) ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ngħataw status ta’ residenza fit-tul f’Malta taħt ir-regolament 4 ta’ “Regolamenti dwar l-Istatus ta’ Residenti fit-Tul (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi), 2006”, jew li ngħataw permess tar-residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess, flimkien ma’ membri tal-familja ta’ tali ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ngħataw permess tar-residenza taħt ir-“Regolamenti dwar Riunifikazzjoni tal-Familja, 2007”; jew

(f) persuni fil-pussess ta’ dokument ta’ residenza maħruġ ai termini tal-Istatus ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u Membri Familjari tagħhom f’Malta, f’konformità mal-Ftehim tal-Ħruġ tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.

Il-parir tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u Affarijiet Barranin fi ħdan l-Aġenzija Identità Malta għandu jittieħed skont il-bżonn fl-interpretazzjoni tal-proviżjonijiet imniżżla hawn fuq.

Il-ħatra tal-kandidati indikati f’(b), (ċ), (d), (e), u (f) hawn fuq tkun tinneċessita l-ħruġ ta’ liċenzja tal-impjieg in kwantu tal-fatt li din hija indikata bħala rekwiżit mill-Att tal-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandu jiġi wkoll ikkonsultat dwar din il-kwistjoni.

Kif tapplika

Applikanti interessati huma mitluba biex jibagħtu ittra ta’ motivazzjoni flimkien ma’ CV, u kopji ta’ ċertifikati fuq vacancies.acm@artscouncil.mt san-nofsinhar tat-2 ta’ Jannar 2026

Applikanti eliġibbli se jkunu mitluba jattendu għal intervista ta’ selezzjoni.

Skip to content