In-Numru tal-Permess tal-Jobsplus: 487/2025
Il-Pożizzjoni
L-Eżekuttiv jaħdem taħt is-superviżjoni tal-Kap Eżekuttiv u l-Kap tar-Relazzjonijiet u l-Avvenimenti Kulturali Internazzjonali) fi ħdan it-Tim tal-Internazzjonalizzazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti biex jikkontribwixxi għall-viżjoni tal-programm tar-Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali tal-Kunsill Malti għall-Arti, permezz ta’ direzzjoni mill-aqwa ta’ proġetti, b’fokus speċifiku fuq il-programmi ta’ esportazzjoni u l-inizjattivi li huma parti mill-portafoll tal-Kunsill Malti għall-Arti, fosthom il-parteċipazzjoni ta’ Malta f’avvenimenti internazzjonali u kollaborazzjonijiet kulturali.
Id-Dmirijiet u r-Responsabbiltajiet Ewlenin
- Jissorvelja, jikkordina, u jmexxi l-iżvilupp tal-parteċipazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti f’inizjattivi u avvenimenti internazzjonali, billi jaħdem mill-qrib mat-tim tad-Direttorat tar-Relazzjonijiet u l-Avvenimenti Kulturali Internazzjonali, waqt li jirrapporta lill-Kap tal-Unità;
- Imexxi l-parteċipazzjoni ta’ Malta f’avvenimenti organizzati minn networks internazzjonali, kif ukoll jikkollabora mal-Clusters tal-EUNIC fuq livell globali u rappreżentazzjonijiet diplomatiċi Maltin barra mill-pajjiż;
- Imexxi u jikkordina l-parteċipazzjoni ta’ Malta f’avvenimenti u proġetti internazzjonali fuq skala kbira;
- Joħloq skedi ta’ żmien, rapporti u previżjonijiet baġitarji u jżomm il-baġits preċiżi u aġġornati, kif ukoll iżomm spreadsheets ta’ dħul u ħruġ, u jieħu kemm jista’ jkun mir-riżorsi u l-fondi disponibbli;
- Jakkwista s-servizzi u l-provvisti meħtieġa skont ir-Regolamenti tas-Servizz Pubbliku, waqt li jżomm rendikont tal-ispejjeż u d-dokumentazzjoni li ssostni dan kollu;
- Jabbozza kuntratti u ftehimiet għall-proġetti assenjati, f’kollaborazzjoni mal-konsulent legali tal-Kunsill Malti għall-Arti;
- Iżomm u jmexxi l-iffajljar tad-dokumenti meħtieġa marbuta mal-programmi u l-inizjattivi fiżikament u diġitalment;
- Imexxi l-istadji importanti tal-proġetti u r-riżultati tanġibbli tal-programmi u l-inizjattivi internazzjonali tal-Kunsill Malti għall-Arti fir-rigward ta’ perjodi ta’ żmien u indikaturi stabbiliti, biex jiżgura t-twettiq b ’suċċess tagħhom;
- Jikkollabora internament u man-networks ta’ diplomazija kulturali kif ukoll il-partijiet ikkonċernati kulturali internazzjonali biex iżomm aġġornat max-xejriet, aġġornamenti li jikkontribwixxu direttament għall-istrateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti rigward is-setturi kulturali u kreattivi;
- Jikkollabora u jikkordina ma’ fornituri esterni u d-Dipartiment tal-Komunikazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti rigward il-ġestjoni u t-twettiq ta’ pjanijiet ta’ marketing u komunikazzjoni, biex jippromwovi programmi u inizjattivi internazzjonali, fosthom iżda mhux biss il-ġbir ta’ data, il-kitba ta’ kontenut, l-abbozzar u l-editjar tal-informazzjoni, l-għajnuna lir-relazzjonijiet pubbliċi kif ukoll għall-inizjattivi u l-eżerċizzji ta’ marketing marbuta ma’ proġetti internazzjonali;
- Jikkollabora ma’ dipartimenti oħrajn tal-Kunsill Malti għall-Arti kif meħtieġ;
- Jabbozza korrispondenza, rapporti qosra/deskrizzjonijiet, sejħiet miftuħa, proposti, u rapporti għal proġetti internazzjonali;
- Jippromwovi l-entità u jiżgura li jinżammu relazzjonijiet tajba mal-isħab u l-kollaboraturi kollha;
- Ikun disponibbli għal xogħol barra mill-pajjiż;
- Dmirijiet oħra kif assenjati mill-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti u/jew ir-rappreżentant maħtur.
Il-Kwalifiki, il-Ħiliet u l-Esperjenza Metħieġa
Sad-data ta’ skadenza, il-kandidat irid ikollu l-kwalifiki u l-esperjenza msemmija hawn taħt bħala minimu:
Maġisteru rikonoxxut fil-livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 90 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, fil-każ ta’ programmi li bdew minn Ottubru tal-2008 ’il hawn) jew kwalifika xierqa u komparabbli fl-Umanitajiet bħall-Istorja tal-Arti, il-Mużika, l-Istudji Teatrali, il-Ġestjoni Kulturali, ir-Relazzjonijiet Internazzjonali, id-Diplomazija Kulturali, il-Komunikazzjoni jew oqsma oħra relevanti, kif ukoll għall-inqas esperjenza ta’ sena waħda (1) f’xogħol relevanti.
JEW
Baċellerat rikonoxxut fil-livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 180 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, fil-każ ta’ programmi li bdew minn Ottubru tal-2003 ’il hawn) jew kwalifika xierqa u komparabbli fl-Umanitajiet bħall-Istorja tal-Arti, il-Mużika, l-Istudji Teatrali, il-Ġestjoni Kulturali, ir-Relazzjonijiet Internazzjonali, id-Diplomazija Kulturali, il-Komunikazzjoni jew oqsma oħra relevanti, kif ukoll għall-inqas esperjenza ta’ tliet (3) snin f’xogħol relevanti.
JEW
Diploma rikonoxxuta fil-livell 5 tal-MQF jew kwalifika xierqa u komparabbli fl-Umanitajiet bħall-Istorja tal-Arti, il-Mużika, l-Istudji Teatrali, il-Ġestjoni Kulturali, ir-Relazzjonijiet Internazzjonali, id-Diplomazija Kulturali, il-Komunikazzjoni jew oqsma oħra relevanti, kif ukoll għall-inqas esperjenza ta’ ħames (5) snin f’xogħol relevanti.
Applikanti li għandhom kwalifiki barranin huma mitluba li jipproduċu dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent mill-Malta Qualifications Recognition Information Centre (MQRIC) fi ħdan il-Malta Further and Higher Education Authority (MFHEA), li trid tiġi miksuba billi timla applikazzjoni online għar-rikonoxximent tal-kwalifiki fuq https://services.mfhea.mt/CertificationApplication.aspx. Tali dikjarazzjoni għandha tkun annessa mal-applikazzjoni u l-oriġinali tiġi ppreżentata fl-intervista.
Ħiliet oħrajn meħtieġa:
- Komunikazzjoni eċċellenti bil-kitba u verbali bil-Malti u bl-Ingliż;
- Għarfien tas-setturi kulturali u kreattivi kif ukoll tal-artisti u l-prattikanti lokali;
- Tkun networker eċċellenti;
- Għarfien ġenerali tal-proċeduri tal-uffiċċju u ħiliet fil-kitba kummerċjali;
- Ħiliet qawwija ta’ organizzazzjoni u amministrattivi u attenzjoni għad-dettall;
- Ħiliet interpersonali mill-aqwa;
- Ħila ppruvata li tosserva u tikseb ħiliet ġodda f’rabta ma’ ħiliet ta’ komunikazzjoni esterna u interna;
- Attitudni kreattiva u l-ħila li taħdem taħt pressjoni, tlesti l-kompiti b’mod effiċjenti, u tilħaq skadenzi stretti;
- Impenn għal immaniġġjar ta’ kwalità.
Dmirijiet Oħra Assenjati
Din id-deskrizzjoni tal-impjieg mhijiex neċessarjament lista eżawrjenti ta’ dmirijiet imma għandha l-għan li tirrifletti firxa ta’ dmirijiet li l-Eżekuttiv għandu jaqdi. Id-deskrizzjoni tal-impjieg tista’ tiġi riveduta regolarment u tista’ tinbidel skont l-esperjenza tal-Eżekuttiv u f’konsultazzjoni miegħu.
Il-kandidat magħżul jintalab jaħdem 40 siegħa fil-ġimgħa fl-uffiċċji tal-Kunsill Malti għall-Arti u jrid ikun disponibbli għal laqgħat online, fuq is-sit u l-uffiċċju. Il-ħinijiet huma flessibbli u huwa meħtieġ li ssir ħidma f’ħinijiet mhux skedati u mhux tas-soltu skont l-esiġenzi tax-xogħol internazzjonali
Il-Kuntratt u Informazzjoni dwar is-Salarju
Il-kandidat magħżul jidħol f’kuntratt ta’ impjieg tal-post fuq bażi indefinita. Is-salarju bażiku fl-2025 huwa ta’ €34,226 (il-massimu fi Grad 5 tal-Klassifikazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Istruttura tas-Salarji). Ma’ dan jiżdied Bonus tal-Prestazzjoni li jista’ jitla’ sa 15% kull sena, Disturbance Allowance li jista’ jitla’ sa 15% kull sena, u Entity Class Allowance ta’ €1,500 kull sena.
L-Eliġibbiltà
Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti jridu jkunu:
(a) ċittadini ta’ Malta; jew
(b) ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
(ċ) ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż b’leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
(d) kwalunkwe persuna oħra li għandha jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħha ma’ persuni msemmija fil-paragrafi (a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE u d-dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
(e ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta’ resident għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti dwar “Status ta’ Residenti għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi) tal-2006”, jew li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji, 2007”.
(f) persuni li għandhom dokument ta’ residenza maħruġ skont it-termini tal-Istatus tar-Residenza taċ-Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja Tagħhom f’Malta skont il-Ftehim tal-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.
Il-pariri tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u l-Affarijiet tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identità għandhom jintalbu skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati li jaqgħu taħt punti (b), (ċ), (d), (e) u (f) imsemmija hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja ta’ impjieg fil-każi li din tkun meħtieġa mill-Att dwar l-Immigrazzjoni u l-leġiżlazzjoni sussidjarja. F’dak il-każ, l-entità Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
Kif tapplika
L-applikanti interessati jeħtieġu jibagħtu ittra ta’ motivazzjoni flimkien ma’ CV, u żewġ (2) ittri ta’ referenza, kif ukoll kopji taċ-ċertifikati f’email indirizzata lil vacancies.acm@artscouncil.mt sa mhux aktar tard mill-21 ta’ Novembru 2025, f’nofsinhar CEST.
L-applikanti eliġibbli jissejħu għal intervista.