In-Numru tal-Permess tal-Jobsplus: 338/2025
Il-Prijoritajiet tal-Kariga
- Tagħti rendikont lid-Direttur rispettiv dwar il-ġestjoni tal-proċessi sħaħ tal-għoti ta’ kuntratti kollha tal-Kunsill Malti għall-Arti (KMA) waqt li tiżgura konformità mal-leġiżlazzjoni u l-politiki interni u governattivi kif ukoll kollegament mal-Ministeri u d-Dipartimenti Governattivi għal approvazzjoni xierqa għall-għoti ta’ kuntratti.
- Isservi bħala pont li minnu jgħaddi l-proċess kollu tal-għoti ta’ kuntratti waqt li tiżgura l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża permezz ta’ kompetizzjoni u twaqqif regolari ta’ valutazzjoni komparattiva biex jiġu żgurati prezzijiet kompetittivi
- Rfigħ ta’ responsabbiltà għal kwistjonijiet amministrattivi marbutin mal-ġestjoni tal-uffiċċji u l-faċilitajiet.
Ir-Responsabbiltajiet Ewlenin
- Tikkordina u tmexxi l-proċess kollu tal-Offerti/RFP skont il-proċessi u l-politiki governattivi u tabbozza kull dokumentazzjoni marbuta (offerti, kuntratti, eċċetra) f’kollegament mal-persunal involut;
- Tikkollabora mal-persunal dwar il-ħtiġiet tal-għoti ta’ kuntratti billi tanalizza u tevalwa l-ħtiġiet tagħhom u tagħti pariri;
- Tikseb kwotazzjonijiet, tevalwa l-ispejjeż u tfittex l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża;
- Tiżgura li n-nefqa ġiet inkluża fil-baġit u ġew allokati fondi għaliha permezz ta’ finanzjament xieraq;
- Toħroġ ordnijiet ta’ xiri, issegwi l-ordnijiet ta’ xiri pendenti u tiżgura eżattezza fil-fatturar tal-fornituri;
- Tiżgura konformità mal-leġiżlazzjoni tal-proċeduri tal-politiki dwar l-għoti ta’ kuntratti tal- KMA u dawk governattivi u l-aħjar prattika;
- Taderixxi u tiżgura aderenza mad-direttivi finanzjarji tal-gvern;
- Issolvi problemi marbuta max-xiri, konsenja, ħatt u ħlas lill-fornituri;
- Issib is-sors tal-problema u tieħu l-azzjoni xierqa li ssolvi l-problema;
- Tidentifika oqsma li fihom jistgħu jiġu ffrankati l-ispejjeż u fejn il-prattiċi kurrenti jistgħu jitjiebu;
- Tikkollabora mal-ministeri u d-dipartimenti governattivi għal approvazzjoni xierqa tal-għoti ta’ kuntratti;
- Tiżgura li d-dokumentazzjoni vinkolanti hija awtorizzata mit-tim legali;
- Iżżomm sistema ta’ ffajljar preċiża li tiżgura li d-dokumentazzjoni tiġi ffajljata kif xieraq;
- Tassisti lid-Direttur tal-Affarijiet Korporattivi fit-tħejjija u dwar l-implikazzjonijiet amministrattivi tal-Pjan ta’ Direzzjoni tan-Negozju Annwali, il-Pjanijiet tar-Riżorsi Umani, il-kumpilazzjoni ta’ mistoqsijiet parlamentari, il-libertà tal-informazzjoni u rapporti oħra neċessarji;
- Tirrapporta lid-Direttur tal-Affarijiet Korporattivi kull xahar dwar l-attivitajiet tad-Direttorat u tirrakkomanda azzjoni xierqa biex tindirizza nuqqasijiet bħal pereżempju arretrati, kwistjonijiet marbuta mal-persunal, eċċetra;
- Tassisti lid-Direttur tal-Affarijiet Korporattivi fil-kordinazzjoni ta’ kwistjonijiet amministrattivi ma’ direttorati u Organizzazzjonijiet Pubbliċi Kulturali oħrajn;
- Tiżviluppa u timplimenta linji gwida għall-politiki tas-Saħħa u s-Sigurtà u ttejjeb il-kwalità tal-uffiċċji u t-tagħmir; u
- Taqdi kwalunkwe dmir assenjat minn żmien għal żmien mid-Direttur tal-Affarijiet Korporattivi, il-Kap Eżekuttiv u r-rappreżentanti tiegħu.
Akkontabbiltà:
- Rfigħ ta’ responsabbiltà għat-tħejjija ta’ ordnijiet ta’ xiri u tmexxija sħiħa tat-tħejjija ta’ offerti/talbiet għal proposti, li tinkludi tħejjija għal offerti/talbiet għal dokumenti tal-proposti skont il-linji gwida tal-Politiki u Proċeduri tal-Għoti ta’ Kuntratti tal-KMA u l-Gvern;
- Konformità mal-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti u kisba ta’ awtorizzazzjoni xierqa skont il-politiki tal-KMA u l-gvern dwar l-għoti ta’ kuntratti; u
- Konferma li l-oġġetti u s-servizzi twasslu/ingħataw kif mitlub.
ŻVILUPP PERSONALI
- Tinforma u taġġorna ruħek sew mal-politiki amministrattivi, l-istrateġiji u l-kwistjonijiet tal-gvern;
- Titħarreġ regolarment dwar żvilupp personali u professjonali.
KOMPETENZI ESSENZJALI U KUNDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL ANORMALI
- Tagħti pariri, tgħin u tinfluwenza faxxa diversa ta’ persunal strateġiku;
- Tiffoka fuq il-kompiti tiegħek b’enerġija u motivazzjoni;
- Tipprijoritizza kif meħtieġ u taħdem taħt pressjoni;
- Tiġġudika b’mod indipendenti u divers;
- Livell eċċellenti ta’ ħiliet interpersonali, u komunikazzjoni bil-kitba u orali mill-aqwa;
- Ħiliet ta’ organizzazzjoni u attenzjoni għad-dettall;
- Ħila u rieda biex tivvjaġġa;
- Ħidma kif meħtieġ biex jintlaħqu l-iskadenzi.
Kwalifiki u Esperjenza Meħtieġa
- Maġisteru rikonoxxut fil-Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 90 krettu skont l-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti f’każ ta’ programmi li bdew minn jew wara Ottubru tal-2008) fl-Istudji Umanistiċi, l-Arti, l-Amministrazzjoni tan-Negozju jew kwalifika ekwivalenti, rikonoxxuta u komparabbli kif ukoll esperjenza ta’ sentejn (2) ta’ ħidma f’qasam relevanti.
JEW
- Baċellerat rikonoxxut fil-Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 180 krettu skont l-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti f’każ ta’ programmi li bdew minn jew wara Ottubru tal-2003) fl-Istudji Umanistiċi, l-Arti, l-Amministrazzjoni tan-Negozju kif ukoll esperjenza ta’ sitt (6) snin ta’ ħidma f’qasam relevanti.
Teħtieġ ukoll:
- Esperjenza f’ambjent ta’ għoti ta’ kuntratti b’esperjenza prattika estensiva fit-tħejjija ta’ offerti governattivi mill-bidu sal-aħħar;
- Diġà għandek il-kapaċità kollha kif ukoll inti familjari mal-proċess tal-offerti governattivi mill-bidu sal-aħħar fuq inizjattiva tiegħek;
- Għarfien ġenerali tal-proċeduri tal-uffiċċju u tar-Regolamenti tal-Għoti ta’ Kuntratti Governattivi;
- Ħiliet ta’ negozjar tajba;
- Ħiliet analitiċi b’saħħithom u ta’ soluzzjoni tal-problemi;
- Kapaċitajiet ta’ ppjanar u organizzazzjoni;
- Ħila ppruvata ta’ komunikazzjoni effettiva kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż;
- Ħiliet tajba interpersonali biex tinteraġixxi b’mod effettiv ma’ kull livell ta’ persunal u partijiet terzi;
- Ħila li taħdem fuq inizjattiva tiegħek u li tipparteċipa bħala membru ta’ tim;
- Ħila profiċjenti fl-użu ta’ firxa wiesgħa ta’ software ta’ awtomazzjoni tal-uffiċċju; u
- Attitudni kreattiva u l-ħila li taħdem tajjeb meta taħt pressjoni, tlesti l-kompiti b’mod effiċjenti, u tilħaq skadenzi stretti.
Il-Kuntratt u Informazzjoni dwar is-Salarju
Il-kandidat(a) magħżul(a) j/tidħol f’kuntratt ta’ impjieg ta’ tliet (3) snin, bil-possibbiltà li dan jiġġedded għal perjodu ta’ tliet (3) snin oħra, skont il-prestazzjoni tiegħu jew tagħha. Għas-sena 2025, is-salarju bażiku huwa ta’ €37,133 (Grad 4 tal-Valutazzjoni u Struttura tas-Salarju tal-KMA), flimkien ma’ Bonus għall-Prestazzjoni li jitla’ sa 15% kull sena, Allowance għall-Komunikazzjoni li jinkludi kollox ta’ €1,600 kull sena u Allowance għat-Trasport li jinkludi kollox ta’ €1,500 kull sena.
L-Applikazzjonijiet
L-applikanti, sal-ħin u d-data ta’ skadenza ta’ din is-sejħa għandhom ikunu:
(a) ċittadini ta’ Malta; jew
(b) ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
(ċ) ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż b’leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
(d) kwalunkwe persuna oħra li għandha jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħha ma’ persuni msemmija fil-paragrafi (a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE u d-dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
(e ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta’ resident għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti dwar “Status ta’ Residenti għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi) tal-2006”, jew li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji, 2007”.
(f) persuni li għandhom dokument ta’ residenza maħruġ skont it-termini tal-Istatus tar-Residenza taċ-Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja Tagħhom f’Malta skont il-Ftehim tal-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.
Il-pariri tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u l-Affarijiet tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identità għandhom jintalbu skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati li jaqgħu taħt punti (b), (ċ), (d), (e) u (f) imsemmija hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja ta’ impjieg fil-każi li din tkun meħtieġa mill-Att dwar l-Immigrazzjoni u l-leġiżlazzjoni sussidjarja. F’dak il-każ, l-entità Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
L-applikanti interessati jeħtieġu jibagħtu ittra ta’ motivazzjoni flimkien ma’ CV u kopji taċ-ċertifikati f’email indirizzata lil vacancies@artscouncil.mt
Applikanti li għandhom kwalifiki barranin jeħtieġu jipproduċu stqarrija ta’ rikonoxximent miċ- Ċentru Malti għal Rikonoxximent ta’ Kwalifiki u ta’ Informazzjoni (MQRIC) li jinsab fi ħdan il-Malta Further and Higher Education Authority (MFHEA). Din tista’ tinkiseb billi tissottometti applikazzjoni online għar-rikonoxximent tal-kwalifiki fuq https://services.mfhea.mt/CertificationApplication.aspx. Din l-istqarrija għandha tinhemeż mal-applikazzjoni waqt li l-kopja oriġinali għandha tiġi ppreżentata waqt l-intervista.
Id-data ta’ skadenza għall-applikazzjonijiet hija nhar il-Ġimgħa, is-6 ta’ Ġunju 2025 f’nofsinhar
L-applikanti eliġibbli jissejħu għal intervista.