Rappreżentant Kulturali għall-Kunsill Malti għall-Arti (ibbażat f’Londra)

Artwork title, Artist name, YYYY

Published on 6 November 2025

Din is-sejħa għal servizz għar-rwol ta’ Rappreżentant Kulturali (bbażat f’Londra), hekk kif ippubblikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern nru. 21,534 nhar is-7 ta’ Novembru 2025, qed tiġi estiża biex tirċievi applikazzjonijiet sal-21 ta’ Novembru, nofsinhar CEST.

Din l-opportunità għal Rappreżentant Kulturali bbażat f’Londra hija parti mill-Istrateġija tar-Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali tal-Kunsill Malti għall-Arti li tkabbar is-setturi kulturali u kreattivi.

Permezz ta’ ħidma mill-qrib u taħt is-superviżjoni tad-Direttorat tar-Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali tal-Kunsill Malti għall-Arti, ir-Rappreżentant Kulturali tal-Kunsill Malti għall-Arti għar-Renju Unit u l-Ewropa se jagħti sehmu lejn l-istrateġija u l-viżjoni tal-programm ta’ internazzjonalizzazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti, b’attenzjoni speċjali fuq l-iskambji artistiċi u kulturali internazzjonali, il-kollaborazzjonijiet u l-inizjattivi, li huma parti mill-portafoll tar-Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali tal-Kunsill Malti għall-Arti.

L-għan huwa li r-Rappreżentant Kulturali jagħti opportunità lill-artisti, il-produtturi, u l-prattikanti kulturali u kreattivi biex iżidu l-aċċessibbiltà internazzjonali u jiġu aktar esposti b’mod li jwassalhom iduru bil-produzzjonijiet tagħhom, jibnu networks u jiġu megħjuna joħolqu rabtiet ma’ prattikanti fl-industrija bbażati fir-Renju Unit u l-Ewropa; u jesebixxi l-eċċellenza kreattiva Maltija lil dawk li jfasslu l-programmi, il-festivals, l-operaturi u l-udjenzi kulturali u jippromwovi d-diversità kulturali waqt li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet kulturali mal-Ewropa u r-Renju Unit.

Ir-Responsabbiltajiet Ġenerali

  • Maniġġjar u żvilupp tar-rappreżentazzjoni tal-KMA fir-Renju Unit u l-Ewropa. Dan jinkludi s-sehem ta’ Malta f’inizjattivi u avvenimenti internazzjonali organizzati mill-KMA u n-networks internazzjonali bbażati fir-Renju Unit u l-Ewropa, f’kollaborazzjoni mad-Direttorat tar-Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali;
  • Ħolqien, kordinazzjoni u tmexxija ta’ programm kulturali fosthom kwalunkwe programm edukattiv biex jintlaħqu n-nies u l-baġits annwali rispettivi tagħhom allokati lill-KMA skont l-għanijiet tal-Kunsill;
  • Sehem attiv f’networks, proġetti u inizjattivi kulturali internazzjonali fir-Renju Unit u l-Ewropa kif mitlub mill-KMA;
  • Rappreżentazzjoni tal-KMA fil-Clusters tal-EUNIC, attendenza fil-laqgħat tagħhom u l-ġestjoni u l-kordinazzjoni tas-sehem ta’ Malta f’avvenimenti tal-Clusters tal-EUNIC;
  • Kollaborazzjoni mal-missjonijiet diplomatiċi Maltin u t-timijiet tagħhom, kif ukoll mal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta fir-Renju Unit u l-Ewropa biex jitrawmu proġetti kulturali;
  • Tfittxija ta’ opportunitajiet, sħubijiet u sponsors potenzjali għall-finanzjament u l-programmar tal-programm kulturali tal-KMA;
  • Segwiment tal-istadji importanti u r-riżultati tanġibbli tal-programmi u l-inizjattivi tal-KMA fir-Renju Unit u l-Ewropa, rigward il-perjodi taż-żmien u l-indikaturi mwaqqfa, għal żgurar tat-twettiq tagħhom b’suċċess;
  • Għajnuna fil-kordinazzjoni u t-twettiq tal-pjanijiet tal-marketing u l-komunikazzjoni biex jiġu promossi l-programmi u l-inizjattivi internazzjonali fir-Renju Unit u l-Ewropa, fosthom iżda mhux biss il-ġbir tad-data, il-kitba tal-kontenut, l-abbozzar u l-editjar tal-informazzjoni, u għajnuna fl-inizjattivi u l-eżerċizzji tar-relazzjonijiet pubbliċi marbuta mal-proġetti internazzjonali;
  • Kordinazzjoni u provvediment ta’ għajnuna loġistika kif meħtieġ fosthom arranġamenti ta’ ospitalità għal proġetti internazzjonali f’kollaborazzjoni mad-Direttorat tar-Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali u t-timijiet tal-komunikazzjoni tal-KMA, żgurar tat-twettiq effettiv ta’ kwalunkwe avveniment skedat li huwa parti mill-proġetti;
  • Abbozzar tal-korrispondenza, is-sejħiet miftuħa, il-proposti, u r-rapporti kif meħtieġ mill-proġetti u l-inizjattivi fi ħdan il-programm kulturali tal-KMA fir-Renju Unit u l-Ewropa;
  • Provvediment ta’ aġġornamenti regolari lill-KMA dwar il-progress li qed isir fi programmi u inizjattivi internazzjonali fir-Renju Unit u l-Ewropa;
  • Żamma tal-baġits b’mod preċiż u aġġornat, kif ukoll ta’ spreadsheets bid-dħul u l-ħruġ, u massimizzazzjoni mir-riżorsi u l-fondi disponibbli;
  • Akkwist tas-servizzi u l-provvisiti meħtieġa għall-eżekuzzjoni tas-sehem ta’ Malta f’rappreżentazzjonijiet, inizjattivi u proġetti kulturali internazzjonali fir-Renju Unit u l-Ewropa, skont ir-Regolamenti tal-Akkwisti Pubbliċi;
  • Żamma u tmexxija tal-iffajljar tad-dokumenti marbuta mal-programmi u l-inizjattivi diġitalment.

Dmirijiet Oħra Assenjati

Din id-deskrizzjoni tal-impjieg mhijiex neċessarjament lista eżawrjenti ta’ dmirijiet imma għandha l-għan li tirrifletti firxa ta’ dmirijiet li r-Rappreżentant Kulturali fir-Renju Unit u Londra għandu jaqdi. Id-deskrizzjoni tal-impjieg tista’ tiġi riveduta regolarment u tista’ tinbidel skont l-esperjenza tar-Rappreżentant Kulturali u f’konsultazzjoni miegħu.

Il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol u l-Ispejjeż

Sad-data ta’ skadenza, l-applikanti jridu jkunu:

  • residenti fir-Renju Unit;reside in the United Kingdom,
  • għandhom id-dritt li jaħdmu fir-Renju Unit;

Ibbażat f’Londra, il-kandidat magħżul huwa mistenni jaħdem medja ta’ 40 siegħa fil-ġimgħa b’mod flessibbli, li nofshom jeħtieġu jkunu fl-uffiċċju. Il-kandidat magħżul jeħtieġ jivvjaġġa għax-xogħol u jkun disponibbli għal laqgħat online u wiċċ imb wiċċ skont il-ħtieġa. Il-kandidat magħżul huwa mistenni jipprovdi servizz waqt ħinijiet mhux skedati u mhux tas-soltu skont l-esiġenzi ta’ xogħol internazzjonali, li jvarjaw skont skont ix-xogħol involut marbut mall-avvenimenti u l-ħolqien ta’ programm kulturali kif ukoll l-opportunitajiet ta’ networking fir-Renju Unit u l-Ewropa.

Il-Kwalifiki u l-Esperjenza Meħtieġa

Sa meta titressaq l-applikazzjoni, il-kandidat irid ikollu:

Maġisteru rikonoxxut fil-Livell 7 tal-MQF jew kwalifika xierqa rikonoxxuta u komparabbli fl-Umanitajiet bħall-Istorja tal-Arti, il-Mużika, l-Istudji Teatrali, il-Ġestjoni Kulturali, ir-Relazzjonijiet Internazzjonali, id-Diplomazija Kulturali, il-Komunikazzjoni, jew oqsma oħra relevanti, kif ukoll esperjenza ta’ għall-inqas sena waħda (1) f’xogħol relevanti.

JEW

Baċellerat rikonoxxut fil-Livell 6 tal-MQF, jew kwalifika xierqa, rikonoxxuta u komparabbli fl-Istorja tal-Arti, il-Ġestjoni Kulturali, il-Komunikazzjoni, ir-Relazzjonijiet Internazzjonali, id-Diplomazija Kulturali jew oqsma oħra relevanti, kif ukoll esperjenza ta’ għall-inqas tliet (3) snin f’xogħol relevanti.

JEĦTIEĠ UKOLL

  • Komunikazzjoni eċċellenti bil-kitba u verbali bil-Malti u bl-Ingliż;
  • Għarfien tas-setturi kulturali u kreattivi kif ukoll tal-artisti u l-prattikanti lokali;
  • Tkun networker eċċellenti;
  • Għarfien ġenerali tal-proċeduri tal-uffiċċju u ħiliet fil-kitba kummerċjali;
  • Ħiliet b’saħħithom ta’ organizzazzjoni u amministrazzjoni, kif ukoll attenzjoni għad-dettall;
  • Ħiliet interpersonali u ta’ servizz lill-klijenti mill-aqwa;
  • Turija ta’ ħila ta’ osservazzjoni u kisba ta’ ħiliet ġodda marbuta ma’ ħiliet ta’ komunikazzjoni esterna u interna;
  • Mentalità kreattiva u l-ħila ta’ ħidma tajba meta taħt pressjoni, it-twettiq ta’ kompiti b’mod effiċjenti, u żamma ma’ skadenzi stretti;
  • Impenn għal servizz lill-klijenti u mmaniġġjar ta’ kwalità.

Dawn li ġejjin jitqiesu bħala vantaġġ:

  • Portafoll artistiku estensiv;
  • Esperjenza ta’ kollaborazzjoni ma’ missjonijiet diplomatiċi;
  • Għarfien tas-setturi kulturali u kreattivi tar-Renju Unit.

Informazzjoni dwar il-Kuntratt u s-Salarju

Il-kandidat magħżul se jingħata Kuntratt għal Servizz ta’ sena waħda (1), bil-possibbiltà li jiġġedded għal aktar, skont il-prestazzjoni tiegħu.

Il-kandidat magħżul jaqa’ taħt id-Direttorat tar-Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali, u se jaħdem sigħat flessibbli biex jissodisfa t-talbiet u r-rekwiżiti tal-pożizzjoni. Se jkollu wkoll jaħdem skont ir-regoli u r-regolamenti tar-Servizz Pubbliku Malti.

Ir-rimunerazzjoni hija ta’ £30,147.12 kull sena (€34,226 skont ir-rata tal-kambju fid-data tal-pubblikazzjoni), bil-VAT eskluża. Barra minn hekk, il-kandidat magħżul se jkun intitolat għal £5,000 kull sena (€5,700 skont ir-rata tal-kambju fid-data tal-pubblikazzjoni) bħala kumpens għall-għoli tal-ħajja fil-pajjiż fejn huwa assenjat, kif ukoll kumpens għad-disturb ta’ 15% fis-sena. Il-ħlas jiġi pproċessat kull xahar mill-Kunsill Malti għall-Arti kontra fattura b’numru tal-VAT validu.

Kif tapplika

L-applikanti interessati jeħtieġu jibagħtu ittra ta’ motivazzjoni flimkien ma’ CV, portafoll artistiku u kopji taċ-ċertifikati f’email indirizzata lil vacancies.acm@artscouncil.mt sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Novembru 2025.

Applikanti li għandhom kwalifiki barranin huma mitluba jippreżentaw dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent mill-Malta Qualifications Recognition Information Centre (MQRIC) fi ħdan il-Malta Further and Higher Education Authority (MFHEA), li tinkiseb permezz ta’ mili ta’ applikazzjoni online għar-rikonoxximent tal-kwalifiki fuq https://services.mfhea.mt/CertificationApplication.aspx. Tali dikjarazzjoni għandha tkun mehmuża mal-applikazzjoni u l-oriġinali trid tiġi ppreżentata fl-intervista.

L-applikanti eliġibbli jissejħu għal intervista.

Skip to content