Numru tal-Permess ta’ Jobsplus: 79/2025
Deskrizzjoni tal-ImpjiegJob Description
Il-Kunsill Malti għall-Arti (KMA) qiegħed ifittex li jikseb is-servizzi ta’ Eżekuttiv (Fondi) sabiex jaħdem millqrib mad-Direttur (Fondi), mal-Kap (Fondi) tal-KMA u t-tim tal-Fondi fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti.
Responsabbiltajiet Ġenerali
Id-dmirijiet tal-kandidati magħżula jinkludu, iżda mhux limitati għal:
- Li jkunu responsabbli mill-ipproċessar f’waqtu u korrett tal-akkwist tal-prodotti u tas-servizzi, l-akkwist ta’ kwotazzjonijiet, il-verifiki, l-irrekordjar, it-traċċar u r-rikonċiljazzjoni;
- Li jkunu responsabbli għall-korrettezza taż-żamma tal-kotba u ta’ dokumenti finanzjarji oħra, inkluż mit-twettiq ta’ ħidma fuq il-proċess ta’ rikonċiljazzjoni tal-karti tal-Iżborż tal-Fondi;
- Li jkunu responsabbli miż-żamma aġġornata u regolari tad-dokumenti fiżiċi;To be responsible for maintaining physical files up to date regularly;
- Li joħorġu l-pretensjonijiet għall-fondi tramite mekkaniżmi stabbiliti;
- Li jikkontribwixxu u jassistu lill-Kap (Finanzjament) fit-tħejjija ta’ rapporti varji;
- Li jimmaniġġaw tranżazzjonijiet ma’ partijiet interessati rilevanti;
- Li jiżguraw li t-tranżazzjonijiet ikunu konformi ma’ politiki u proċeduri finanzjarji;
- Li jirċievu u jipproċessaw fatturi għall-akkwist ta’ prodotti u servizzi, li joħorġu talbiet għal pagamenti u li jiżguraw li l-pagamenti jsiru b’mod effettiv u f’waqthom;
- Li jiżguraw il-kunfidenzjalità u s-sigurtà taddokumentazzjoni finanzjarja u amministrattiva kollha;
- Li jwettqu kwalunkwe impenn ieħor li s-superjuri tagħhom kapaċi jiddelegaw lilhom, skont il-ħtieġa;
- Li jassistu fi kwalunkwe dmirijiet oħra fi ħdan it-Taqsima ta’ Fondi u Strateġija skont il-bżonn minn żmien għal żmien;
- Kwalunkwe dmirijiet oħra skont kif mitlub mid-Direttur (Fondi u Strateġija) u mill-Kap Eżekuttiv;
- Li jassistu fl-iżvilupp u l-immaniġġjar tal-istrateġija tar-reklamar u tal-komunikazzjoni tal-KMA sabiex tissaħħaħ u tinżamm ir-reputazzjoni tal-KMA bħala mexxej proattiv, viżjonarju, u ta’ kompassjoni fis-setturi kulturali u kreattivi ta’ Malta.
Din id-deskrizzjoni tal-impjieg mhix bilfors lista eżawrjenti ta’ dmirijiet iżda tfasslet biex tirrifletti firxa ta’ dmirijiet li l-Eżekuttiv (Fondi) se jkun qiegħed iwettaq. Iddeskrizzjoni tal-impjieg tista’ tiġi riveduta b’mod regolari u kapaċi tinbidel.
Ir-Rekwiżiti t’Eliġibbiltà
Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti jridu jkunu:
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea li huma intitolati għal trattament ugwali bħal ċittadini Maltin f’kwistjonijiet t’impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE jew proviżjonijiet tat-trattat li jirrelataw mal-moviment ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li huma intitolati għal trattament ugwali bħal ċittadini Maltin f’kwistjonijiet t’impjieg bis-saħħa tal-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u proviżjonijiet tat-trattat li jirrelataw mal-moviment ħieles tal-ħaddiema f’dak il-pajjiż; jew
- kwalunkwe persuni oħra li huma intitolati għal trattament ugwali bħal ċittadini Maltin f’kwistjonijiet t’impjieg ai termini tal-liġi jew il-leġiżlazzjoni tal-UE u proviżjonijiet tat-trattat imsemmija hawn fuq, minħabba r-relazzjoni familjari ta’ dawn il-persuni msemmija f’paragrafu (a), (b), jew (c); jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta’ resident għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti dwar “Status ta’ Residenti għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi) tal-2006”, jew li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji, 2007”; jew
- fil-pussess ta’ dokument ta’ residenza maħruġ ai termini ta’ ‘L-Istatus ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta f’konformità mal-Ftehim fuq il-Ħruġ tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mir-Regolamenti tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika’.
Il-parir tal-Unit taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunità Malta u l-Unit tal-Espatrijati fi ħdan Identità għandu jiġi mfittex skont il-bżonn fl-interpretazzjoni ta’ dawn il-proviżjonijiet imsemmija.
L-għażla ta’ kandidati riferuti f’(b), (c), (d), u (e) hawn fuq tkun tinneċessita l-ħruġ ta’ liċenzja tal-impjieg sa fejn din hija mitluba mill-Att tal-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandu jiġi kkonsultat fuq dil-kwistjoni skont il-bżonn.
U
kapaċi li jikkomunika kemm bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża sabiex iwettaq id-dmirijiet li jkun applika għalihom b’mod suffiċjenti u adegwat.
Kwalifiki
Il-kandidati għandu jkollhom:
Kwalifika ta’ Maġisteru ekwivalenti għal Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 60 krettu ta’ ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, fir-rigward ta’ programmi li bdew minn Ottubru 2008 ’l quddiem) f’Business Management, Business Administration jew kwalifika professjonali kumparabbli rikonoxxuta ekwivalenti għal Livell 7 tal-MQF f’Administration kif ukoll sena (1) esperjenza ta’ impjieg relevanti;
JEW
Kwalifika ta’ Baċċellerat ekwivalenti għal MQF Livell 6 (suġġett għal minimu ta’ 60 krettu ta’ ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, fir-rigward ta’ programmi li bdew minn Ottubru 2003 ’l quddiem) f’Business Management, Business Administration jew kwalifika professjonali kumparabbli rikonoxxuta ekwivalenti għal Livell 6 tal-MQF f’Administration kif ukoll tliet (3) snin esperjenza ta’
impjieg rilevanti.
U għandu jkollhom ukoll:
L-abbiltà li jaħdmu taħt pressjoni u li jsolvu problemi skont il-bżonn;
L-abbiltà li jaħdmu bħala parti minn tim;
L-abbiltà li jaħdmu b’mod awtonomu taħt ftit superviżjoni;
Ir-rieda li jitgħallmu u jespandu l-għarfien tagħhom.
Applikanti li għandhom kwalifiki barranin huma mitluba li jipproduċu dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent mill-Malta Qualifications Recognition Information Centre (MQRIC) fi ħdan il-Malta Further and Higher Education Authority (MFHEA), li trid tiġi miksuba billi timla applikazzjoni online għar-rikonoxximent tal-kwalifiki fuq https://services.mfhea.mt/CertificationApplication.aspx. Tali dikjarazzjoni għandha tkun annessa mal-applikazzjoni u l-oriġinali tiġi ppreżentata fl-intervista.
Informazzjoni dwar il-Kuntratt u s-Salarju
Il-kandidati magħżula se jintalbu jidħlu f’kuntratt ta’ impjieg full-time fuq bażi indefinita. Is-salarju mħallas ser jkun salarju bażiku ta’ €34,226 fl-2025 (Grad 5 tal-Istruttura tal-Gradazzjoni u Salarju tal-Kunsill Malti għall-Arti), Kumpens għad-Disturb sa 15% fis-sena, Bonus ta’ Prestazzjoni sa 15% fis-sena, Kumpens ta’ Klassi tal-Entita’ ta’ €1,500 fis-sena u Kumpens għat-Taħriġ ta’ €700 fis-sena.
Applikazzjonijiet
Applikanti interessati għandhom jibagħtu ittra ta’ motivazzjoni flimkien ma’ CV u kopja taċ-ċertifikati lil (vacancies.acm@artscouncil.mt). Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet hi d-9 ta’ Diċembru f’nofsinhar. Applikanti interessati se jintablu jattendu intervista ta’ selezzjoni.