Dwar l-irwol
Il-kandidat magħżul se jkun qed jipprovdi appoġġ amministrattiv għal proġett tal-UE mogħti lill-KMA taħt il-Fond Soċjali Ewropew Plus (ESF+), u se jassisti fl-implimentazzjoni f’waqtha tal-attivitajiet tal-proġett u jiżgura konformità mar-regolamenti nazzjonali u tal-UE.
Ir-Responsabbiltajiet Ewlenin
L-Amministratur tal-Proġett se:
- Jipprovdi appoġġ amministrattiv ta’ kuljum għall-implimentazzjoni tal-proġett.
- Imantni dokumentazzjoni preċiża u aġġornata tal-proġett, inkluż kuntratti, timesheets, rikordji t’attendenza, dokumentazzjoni t’akkwist, u fatturi.
- Jappoġġja l-preparazzjoni u s-sottomissjoni ta’ rapporti, eżerċizzji ta’ verifika, u evalwazzjonijiet.
- Jikkoordina loġistika għal attivitajiet tal-proġett, inkluż laqgħat, sessjonijiet ta’ taħriġ, avvenimenti, u vvjaġġar.
- Jabbozza aġendi u minuti għal-laqgħat u jiżgura azzjoni f’waqtha fuq punti t’azzjoni.
- Jissorvelja termini ta’ skadenza tal-proġett, eżiti, u konformità mar-regolamenti tal-ESF+ u l-Manwal ta’ Proċeduri.
- Jikkoordina ma’ dipartimenti interni, imsieħba, u partijiet interessati sabiex jiġbor u jsegwi d-dokumentazzjoni u d-dejta meħtieġa.
- Imantni sistemi diġitali u fiżiċi ta’ arkivjar f’konformità mal-protezzjoni tad-dejta u r-rekwiżiti tal-UE.
- Jassisti fis-segwitu tal-ispejjeż tal-proġett, jiġbor dokumentazzjoni finanzjarja, u jikkompila dejta finanzjarja u statistikali.
- Jiżgura viżibbiltà u pubbliċità xierqa f’konformità mal-Linji Gwida tal-Identità Viżwali tal-ESF+.
- Jattendi u jieħu l-minuti ta’ laqgħat tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Proġett skont il-bżonn.
- Jirrapporta regolarment lill-Maniġer tal-Proġett fuq il-progress, l-iżborżjar, ir-riskji, u kwistjonijiet amministrattivi.
- Jikkoopera mal-Awtorità ta’ Ġestjoni u l-awdituri skont il-bżonn.
- Iwettaq impenji oħra skont kif assenjati mill-Maniġer tal-Proġett jew minn kwalunkwe rappreżentant awtorizzat tal-KMA.
Kwalifikazzjonijiet u Esperjenza
Fil-pussess ta’:
- Kwalifikazzjoni rikonoxxuta ta’ Livell MQF 5 f’Public Administration, Business Administration, Cultural Management, jew qasam ieħor relatat;
- Minimu ta’ sentejn esperjenza f’irwoli amministrattivi jew irwoli li jinvolvu appoġġ għal proġetti, preferibbilment fi ħdan proġetti ffinanzjati mill-UE jew fis-settur pubbliku.
Ħiliet u Kompetenzi:
- Ħiliet eċċellenti organizzazzjonali u tal-ġestjoni tal-ħin, b’attenzjoni b’saħħitha għad-dettall.
- Profiċjenza fil-Microsoft Office (Word, Excel, Outlook, Teams).
- Ħiliet ta’ komunikazzjoni verbali u bil-miktub b’saħħithom, sija bl-Ingliż u sija bil-Malti.
- L-abbiltà li taħdem b’informazzjoni sensittiva b’mod kunfidenzjali u professjonali.
- Kapaċi li taħdem indipendentament u kollaborittivament f’ambjent xprunat minn termini ta’ skadenza.
- Kapaċi tadatta għall-prijoritajiet tal-proġett li ġieli jafu jinbidlu.
Fl-assenza ta’ evidenza dokumentarja ta’ krediti ta’ ECTS/ECVET jew ta’ sistema oħra li tkejjel il-kontenut tal-kors, il-bord ta’ selezzjoni se jevalwa l-programm ta’ studju sottomess u jiddetermina jekk dan ikunx komparabbli ma’ 60/180 kreditu tal-ECTS/ECVET. Il-parir tal-MQRIC jista’ jiġi mfittex f’din l-eventwalità.
Kwalifikazzjonijiet ogħla mil-livell speċifikat hawn fuq se jiġu aċċettati għal skopijiet ta’ eliġibbiltà, provdut li dawn jilħqu kwalunkwe rekwiżiti speċifiċi soġġetti.
Barra minn hekk, kandidati li għadhom m’akkwistawx formalment kwalunkwe minn dawn il-kwalifikazzjonijiet imsemmija hawn fuq se jkunu kkunsidrati, provdut li jissottomettu evidenza li huma ġew approvati għall-għotja ta’ dawn il-kwalifikazzjonijiet in kwistjoni, jew li lestew b’suċċess il-krediti ta’ ECTS/ECVETS neċessarji, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell MQF ogħla, skont kif rekwiżit fil-kriterji t’eliġibbiltà msemmija qabel, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għal applikazzjonijiet.
Kuntratt
Il-kandidat/a magħżul/a se jingħata Kuntratt ta’ Servizz ta’ tliet (3) snin, fuq bażi part-time (15-il siegħa fil-ġimgħa) minn Ġunju 2025 sa Diċembru 2028.
Dan se jkun irid iwieġeb lis-COO (Fondi u Strateġija), u jopera b’sigħat flesibbli sabiex jilħaq il-bżonnijiet u r-rekwiżiti tal-pożizzjoni. Il-kandidat magħżul se jkun mitlub jaħdem fi ħdan ir-regoli u r-regolamenti tas-Servizz Pubbliku ta’ Malta.
The remuneration is of €9,953 (excluding VAT but including any other taxes or charges) per year.
Il-pagamenti se jkunu pproċessati kull xahar mill-Kunsill Malti għall-Arti wara li dan jirċievi fattura b’numru tal-VAT validu.
L-Applikazzjonijiet
L-applikanti, sal-ħin u d-data ta’ skadenza ta’ din is-sejħa għandhom ikunu:
(a) ċittadini ta’ Malta; jew
(b) ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
(ċ) ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż b’leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
(d) kwalunkwe persuna oħra li għandha jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħha ma’ persuni msemmija fil-paragrafi (a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE u d-dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
(e ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta’ resident għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti dwar “Status ta’ Residenti għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi) tal-2006”, jew li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji, 2007”.
(f) persuni li għandhom dokument ta’ residenza maħruġ skont it-termini tal-Istatus tar-Residenza taċ-Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja Tagħhom f’Malta skont il-Ftehim tal-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.
Il-pariri tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u l-Affarijiet tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identità għandhom jintalbu skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati li jaqgħu taħt punti (b), (ċ), (d), (e) u (f) imsemmija hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja ta’ impjieg fil-każi li din tkun meħtieġa mill-Att dwar l-Immigrazzjoni u l-leġiżlazzjoni sussidjarja. F’dak il-każ, l-entità Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
Applikanti interessati għandhom jibagħtu ittra ta’ motivazzjoni flimkien ma’ CV u kopji ċċertifikati vera taċ-ċertifikati tagħhom fuq (vacancies@artscouncil.mt).
Applikanti li għandhom kwalifikazzjonijiet barranin huma meħtieġa li jipproduċu dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent mill-Malta Qualifications Recognition Information Centre (MQRIC) fi ħdan in-National Commission for Further and Higher Education (NCFHE), li trid tiġi miksuba billi wieħed jissottometti applikazzjoni online għar-rikonoxximent tal-kwalifikazzjonijiet fuq https://services.ncfhe.gov.mt/CertificationApplication.aspx. Tali dikjarazzjoni għandha tkun mehmuża mal-applikazzjoni u l-oriġinali għandha tiġi ppreżentata fl-intervista.
Closing date for applications is 9th June 2025, at noon.
L-applikanti eliġibbli jissejħu għal intervista.