•Jrawmu l-potenzjal kreattivi tagħhom u jappoġġjaw l-iżvilupp tagħhom, billi jħeġġu l-ħolqien konġunt, il-kollaborazzjoni u l-esperimentazzjoni.
• Jinvestu fl-eċċellenza artistika, billi jħeġġu livelli ta’ riskju kreattiv, esperimentazzjoni, u l-involviment attiv tal-komunitajiet. Dan għandu jsir billi jappoġġjaw proġetti ta’ kwalità, kif ukoll jidentifikaw it-talent u jħeġġu l-iżvilupp tiegħu.
• Jiddokumentaw u jwettqu riċerka dwar il-komunitajiet artistiċi u kulturali Maltin tal-imgħoddi u tal-preżent, kif ukoll jikkunsidraw u jesploraw il-wirt artistiku ta’ Malta.
L-iskema tifforma parti mill-iskemi ta’ finanzjament tal-Kunsill Malti għall-Arti mfassla biex jinvestu fi proġetti esploratorji li jippermettu lil professjonisti u komunitajiet kreattivi jesperimentaw, jittestjaw xogħolhom, jinvolvu lil sħabhom, ikunu rappreżentati b’mod xieraq fi kwistjonijiet ta’ politika u strateġija, irawmu l-kollaborazzjoni, u jiżviluppaw aktar l-ideat tagħhom. L-applikazzjonijiet imressqa jistgħu jkunu parti mill-fażi inizjali ta’ proġett/korp ta’ xogħol usa’ jew ikunu proposti awtonomi.
Din l-iskema se tiffoka fuq żewġ oqsma ewlenin. Fil-proġetti tagħhom, l-applikanti jistgħu jagħżlu li jiffukaw fuq wieħed minn dawn l-oqsma jew fuq it-tnejn li huma:
1. Il-prattika artistika
– Riċerka f’kunċetti, tekniki, u suġġetti artistiċi;
– Riċerka esploratorja li tadotta approċċi innovattivi jew mhux ittestjati tul il-konċepiment, il-ħolqien u l-iżvilupp tax-xogħol artistiku;
– Riċerka dwar il-komunitajiet artistiċi ta’ Malta, bil-ħsieb li tiddokumenta l-wirt artistiku ta’ Malta b’mod miftuħ, inklużiv u sostenibbli.
2. L-involviment tal-komunità u tal-udjenza
– L-esplorazzjoni ta’ approċċi parteċipattivi għall-involviment tal-udjenza sabiex dak li jkun japprofondixxi l-involviment ma’ udjenzi eżistenti jew ġodda
– L-esperimentazzjoni b’metodi innovattivi ta’ involviment empiriku mal-udjenzi
– Riċerka dwar modi kif ittejjeb l-aċċess għall-arti u tippromwovi l-parteċipazzjoni inklużiva u diversità akbar fl-arti.