Titolu tal-Arti, Isem tal-Artist, SSSS

Skema għall-Arti fl-Iskejjel

L-Iskema għall-Arti fl-Iskejjel hija waħda mill-għodod tal-Kunsill Malti għall-Arti li ssostni u tappoġġa lekoloġija kulturali u kreattiva, b’attenzjoni speċjali fuq l-edukazzjoni tal-arti.

Invalid deadline format: April 29, 2025 12:00 pm

Skadenza

L-iskadenza biex tapplika hija April 29, 2025 fi

12:00 pm.

Applikazzjonijiet tardivi mhux se jiġu aċċettati

L-Iskema tifforma parti mill-impenn tal-Kunsill li jinvolvi edukaturi u prattikanti kreattivi fi djalogu u kollaborazzjoni. L-għan huwa li jħeġġeġ lill-istudenti u lill-edukaturi biex iżidu l-involviment fis-setturi kreattivi u kulturali, u li jesplora metodoloġiji pedagoġiċi innovattivi għat-twettieq tal-arti fl-iskejjel. L-Iskema hija wkoll konformi mal-għan tal-Kunsill li jsejjaħ għal inklużjoni usa’ tal-kreattività u tal-arti fl-edukazzjoni biex ikompli jsaħħaħ l-edukazzjoni u l-ħiliet tas-seklu 21.

L-iskema tinkoraġġixxi kollaborazzjonijiet bejn istituzzjoni edukattiva u prattikant kreattiv għal kull
proġett.

L-għanijiet tal-Iskema huma:

  • Li ġġib prattikanti kreattivi fi skejjel u istituzzjonijiet edukattivi biex jaħdmu ma’ edukaturi u
    studenti ħalli jispiraw, jitgħallmu u joħolqu b’mod kollaborattivi u innovattivi
  • Li tappoġġa proġetti li jinvolvu lill-komunità lokali tal-iskejjel u lix-xena artistika Maltija
  • Li tappoġġa proġetti li jikkumplimentaw il-kurrikulu għas-snin bikrin sal-edukazzjoni sekondarja
    u tistinka biex iżżid il-valur tal-esperjenza tat-tagħlim u lill-ambjenti tal-istituzzjonijiet
  • Li tħeġġeġ il-kollaborazzjoni bejn l-istituzzjonijiet edukattivi, il-kultura u l-industriji kreattivi, u
    setturi rilevanti oħra bħax-xjenza u t-teknoloġija
  • Li tippromwovi l-innovazzjoni u l-kollaborazzjoni fl-oqsma kollha u tħeġġeġ lill-istudenti biex
    imexxu l-konfini tal-arti kreattiva fi ħdan istituzzjonijiet post-sekondarji u terzjarji

L-applikanti huma mitluba jikkunsidraw id-Dritt għall-Kultura – Pakkett ta’ Riżorsi meta jizviluppaw il-proposta tagħhom b’rabta ma’ kif jimpenjaw ruħhom mal-komunitajiet u l-konsiderazzjonijiet taddrittijiet
kulturali ta’ kulħadd fix-xogħol tagħhom. Il-pakkett ta’ riżorsi għandu l-għan li jżid l-għarfien dwar l-inklussività u jappoġġja l-implimentazzjoni tad-drittijiet kulturali fil-prattika tagħna ta’ kuljum.

L-applikanti huma meħtieġa wkoll jikkunsidraw til-Karta għall-Istatus tal-Artist meta jipproponu lattivitajiet
operattivi u ta’ programmazzjoni tagħhom biex jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol aċċettabbli u deċenti għall-artisti u l-prattikanti kreattivi li jħaddnu l-libertà artistika, l-aċċessibbiltà, irrikonoxximent ta’ ħiliet formali/informali/non-formali, kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi deċenti, nondiskriminazzjoni u ekwità, konsiderazzjonijiet etiċi u aderenza mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-liġi internazzjonali tax-xogħol. Il-Karta għall-Istatus tal-Artist hija maħsuba biex tipprovdi qafas dinamiku ta’ referenza għal kwalunkwe leġiżlazzjoni, politika, jew inizjattiva li jkollha impatt dirett jew indirett fuq l-artisti u s-setturi kulturali u kreattivi, u tiżgura li kwalunkwe azzjoni tkun allinjata malviżjoni aħħarija fit-tul li tgħolli l-istatus tal-artisti f’Malta f’konformità mal-valur tanġibbli tagħhom għas-soċjetà.

Il-Kunsill Malti għall-Arti qed jorganizza sessjoni ta’ Matchmaking fil-21 ta’ Marzu mid-9 sas-13:30 f’Esplora, il-Kalkara.

Edukaturi, irreġistraw hawn: https://forms.gle/dS9CFrPqnmdXrorf9

Kreattivi, irreġistraw hawn https://forms.gle/285BNZ58fk9PbnqSA

L-Għotja hija miftuħa għal istituzzjonijiet edukattivi jew kulleġġi li joffru edukazzjoni formali miċ-Ċiklu
tas-Snin Bikrin sal-Edukazzjoni Terzjarja.

Agħfas hawn biex tniżżel il-linji gwida u agħfas hawn biex tniżżel il-mudell tal-applikazzjoni.

Skip to content