Titolu tal-Arti, Isem tal-Artist, SSSS

Skema ta’ Parteċipazzjoni Internazzjonali

Din l-Iskema ta’ Parteċipazzjoni Internazzjonali tifforma parti mill-Istrateġija għall-Internazzjonalizzazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti għas-setturi kulturali u kreattivi.

Invalid deadline format: February 25, 2025 12:00 pm

Skadenza

L-iskadenza biex tapplika hija February 25, 2025 fi

12:00 pm.

Applikazzjonijiet tardivi mhux se jiġu aċċettati

Tittratta l-mobbiltà barra l-pajjiż tal-artisti Maltin u ta’ dawk ibbażati f’Malta li għandhom aktar minn 18-il sena kif ukoll ix-xogħlijiet artistiċi u l-produzzjonijiet kulturali tagħhom.

L-objettiv ta’ din l-iskema huwa li tassisti l-mobbiltà ta’ artisti u operaturi kulturali biex joħolqu, juru u jesponu x-xogħlijiet tagħhom lil udjenzi internazzjonali, filwaqt li jirċievu feedback internazzjonali biex jesploraw, jiżviluppaw il-ħiliet, jibnu networks u jidħlu f’kollaborazzjonijiet internazzjonali.

Din l-iskema toffri għajnuna għal:
• Parteċipazzjoni f’festivals, esibizzjonijiet, wirjiet, avvenimenti ta’ networking, films, konferenzi, residenzi ta’ artisti u fieri internazzjonali.


Rekwiżiti konformi mal-Istrateġija 2025


F’konformità mal-impenn tiegħu li jappoġġja l-arti permezz tal-approċċ sostenibbli u responsabbli tiegħu għall-investiment pubbliku, il-KMA jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti għal dan li ġej f’konformità mal-Istrateġija 2025.

L-applikanti huma mitluba jikkunsidraw id-Dritt għall-Kultura – Pakkett ta’ Riżorsi meta jizviluppaw il-proposta tagħhom b’rabta ma’ kif jimpenjaw ruħhom mal-komunitajiet u l-konsiderazzjonijiet tad-drittijiet kulturali ta’ kulħadd fix-xogħol tagħhom. Il-pakkett ta’ riżorsi għandu l-għan li jżid l-għarfien dwar l-inklussività u jappoġġja l-implimentazzjoni tad-drittijiet kulturali fil-prattika tagħna ta’ kuljum.

L-applikanti huma meħtieġa wkoll jikkunsidraw il-Karta għall-Istatus tal-Artist meta jipproponu l-attivitajiet operattivi u ta’ programmazzjoni tagħhom biex jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol aċċettabbli u deċenti għall-artisti u l-prattikanti kreattivi li jħaddnu l-libertà artistika, l-aċċessibbiltà, ir-rikonoxximent ta’ ħiliet formali/informali/non-formali, kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi deċenti, non-diskriminazzjoni u ekwità, konsiderazzjonijiet etiċi u aderenza mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-liġi internazzjonali tax-xogħol. Il-Karta għall-Istatus tal-Artist hija maħsuba biex tipprovdi qafas dinamiku ta’ referenza għal kwalunkwe leġiżlazzjoni, politika, jew inizjattiva li jkollha impatt dirett jew indirett fuq l-artisti u s-setturi kulturali u kreattivi, u tiżgura li kwalunkwe azzjoni tkun allinjata mal-viżjoni aħħarija fit-tul li tgħolli l-istatus tal-artisti f’Malta f’konformità mal-valur tanġibbli tagħhom għas-soċjetà.

L-applikanti jistgħu jkunu:
• Entitajiet irreġistrati mar-Reġistru tan-Negozju ta’ Malta (inklużi kumpaniji, sħubijiet, fondazzjonijiet u organizzazzjonijiet/assoċjazzjonijiet)
• Gruppi, Kollettivi u Konsorzji
• Kooperattivi irreġistrati
• Organizzazzjonijiet Volontarji iskritti mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.
• Professjonisti kreattivi/artisti individwali

Agħfas hawn għal-linji gwida. Agħfas hawn għal kopja tal-applikazzjoni.

Applika hawn.

Skip to content